Pages

Friday, January 1, 2010

Godwin Cini (1952 - )

Membru Tal-Għaqda Poeti Maltin

Godwin Cini twieled Raħal Ġdid nhar it-18 ta’ April 1952. L-iżgħar fost sitt aħwa. Studja l-iskola Primarja tar-Raħal Ġdid u fl-istitut Tekniku ta’ l-Imrieħel.  Ikkwalifika bħala tekniku tal-vetturi. Intbagħat korsijiet fl-inġinerija barra minn Malta. Attenda kors fit-teknika tal-bini fl’MCAST. Ħa kors qasir fil-ġurnaliżmu.  Kiteb diversi artikli,sensiliet u poeżiji fuq bosta gażżetti,ġurnali,magazines u fuljetti. Kien editor ta’ tliet pubblikazzjonijiet differenti. Iżżewweġ lil Connie fil-1977 u għandhom żewġt ulied, Melanie u Carolyn. Kien u huwa membru (kien anki fil-kumitat) ta’ diversi għaqdiet fosthom; Mclaren F1 Malta, l-Għaqda Mużikali Sant’Anna Marsaskala. Saint Ann Choir Marseskala, Għaqda Poeti Maltin, Għaqda Letterarja Maltija, Kikkra Kulturali, Għaqda tal-Malti (Universita). Inħatar f’kumitati differenti mill-Kunsill Lokali Marsaskala. Għandu paġna fuq l-Internet, (poetry.com) tal-International Library of Poets fejn bħalissa ġew magħżula il-poeżiji tiegħu ”From fast to fast” ”Passion on wheels” ”Fair Share” “Cheers before you drive” u “I love and I hate”. Poeżiji tiegħu inqraw u ġew ippubblikati f’antoloġiji bħal “Voyage out of Darkness” fil 2002 u “Theatre of the Mind” fil-2003. u fil-ktieb “The Best Poems And Poets” kemm fl’Istati Uniti kif ukoll f’Pariġi u f’Londra. Poeżiji tiegħu bl-Ingliż wassluh biex jiġi nnominat għall-Poet of the Year Award fil-2003,2004,2005 u 2006 mill-International Society of Poets. Poeżija oħra rebbħitu “l-Editors Choice” fil-2002. Green Peace International stampaw poeżija tiegħu fil-Ġappun. Poeżiji tiegħu anki ġew ippubblikati minn Group 4 Securicor. Godwin huwa xandar bi programmi regolari dwar il-karozzi u b’ħidma kontinwa biex ma jsirux inċidenti tat-traffiku. Huwa ukoll dilettant tat-tpinġija bil-lapes u l-pittura bil-water colour u poster colour u xi drabi anki tella’ xi wirjiet tax-xogħolijiet  tiegħu. Bħal issa huwa responsabbli mill-programm “Driveway” fuq Radju Hompesch u huwa ukoll membru fil-kumitat tal-kultura tal-Kunsill Lokali ta’ Marsaskala.

BEWSA TAHRAQ NAR
Godwin Cini 1/10/08

L-arlogg sejjer itektek
sekondi war’ xulxin,
tiktok tiktok bla jieqaf
Man-nifs sejjer il-hin.
Kull hin int dak li taghmel,
Kuljum int dak li trid,
Kull nifs u kull sekonda,
Ta’ hajtek li int is-sid.
Jekk tibla’ l-arja pura,
Fl-ghelieqi jew fix xtut,
Jekk tiekol ikel tajjeb,
Il-hxejjex jew il-hut.
Tehxin issir tqil hafna,
Irqiq hafif farfett,
Jekk teqred int trid sahhtek
Tbewwes ma’ sigarrett.
Kulhadd jibda iwarrbek,
Ghax tifga kullimkien,
Bil-loqom kull fejn tilmhek,
Iddahhan kullimkien.
Xi dwejjaq x’sigarretti,
Ihammgu l-arja pura,
Kemm jinten l-irmied taghhom,
U xejn ma jhallu sura.
Jiena ma nistax nifhem,
Kif hawn tant ghorrief
Daqsxejn tabakk imgerbeb,
Jikkmanda u jgib hrief.
Uhud tant pulikarja,
Ma jibzghu qatt u mkien,
Daqsxejn tabakk go karta ,
Igibhom minghajr snien.
U waqt li l-hajja tkompli,
U l-qalb thabbat bum bum,
Nifs tiehu waqt ki tbusu,
Jahraqlek il-pulmun,
Nifs tibla’ u iehor tonfoh,
U int tidhol fi sqaq,
l-qerrieda nikotina,
l-vini ggib irqaq.
Sidrek bid-duhhan timla’,
Butek tizvujtah,
Tbus bewsa tahraq nar,
Hajtek tispiccaha

godwincini@yahoo.com

GHAZIZ MISSIERI
Godwin Cini
Revised 6/8/10/08

Ghaziz missierrna,
Li inti fis-smewwiet,
Jien ninsab f’guf ommi,
Jum war’jum fis-skiet.
Qalbi issa bdiet thabbat,
Fil-hemda ta’ hawn gewwa,
Waqt li bdejt induq,
Xi ftit tl-hajja l-hlewwa.
Nitolbok missier Alla,
Izzomm ‘l ommi b’sahhitha,
Taf sewwa kemm nixtieq,
Nitghannaq f’imhabbitha.
Missieri hanin int tieghi,
Nixtieqek tiba’ hawn mieghi,
Nixtieqek dejjem hdejja,
F’di’ t-triq izzommli jdejja.
Ghaziz Alla missieri,
Din il-hajja gdida u twila,
Kulltant narah imcajpra,
Nixtieq li ma tkunx tqila,
Nixtieq missier hanin,
Tkun hdejja ta’ kull hin,
Biex flimkien m’ommi missieri,
Nghixu ‘lkoll ferhanin.

1 comment:

  1. Nixtieq minn qalbi nifirhilkom tax-xoghol tassw siewi. Proset. dan huwa kontribut kbir biex tkompli tikber il-kultura u il-kitba Maltija

    ReplyDelete