Aktar minn 20 poeta membri tal-Għaqda Poeti Maltin nhar il-Ġimgħa, 8 ta' Jannar 2010, ħadu sehem f' Lejla ta' Poeżija li saret fis-sala taċ-Ċentru Parrokkjali ġewwa Ħ'Attard. Din saret bil-kooperazzjoni tal-Għ.P.M., tal-Kunsill Lokali Ħ'Attard u tat-taqsima Kultura fi ħdan il-Kunsill Pastorali Parrokkjali tal-post.
Inqraw poeżiji bil-Malti u bl-Ingliż dwar suġġetti varji. Patrick Sammut, Viċi President tal-Għ.P.M., tkellem dwar Is-Sunett u kif dan daħal fil-letteratura tagħna. Ħa sehem ukoll il-vjolinista żagħżugħ Augusto Quintano filwaqt li Dr Joseph Axiaq, Ass. Segretarju, ippreżenta s-Serata.
Alfred Massa wera s-sodisfazzjon tiegħu għall-udjenza numeruża li attendiet. Huwa nsista dwar l-importanza tal-poeżija fi żminijietna u rrefera għall-appell li sar fl-aħħar Laqgħa tal-World Congress of Poets biex il-poeti kollha jaħdmu favur il-paċi, il-valuri u l-għaqda fost il-bendmin. Għal darb'oħra Massa ħeġġeġ lil dawk preżenti biex jirreferu għall-website tal-Għaqda Poeti Maltin ħalli jsiru jafu bl-attivitajiet li minn żmien għal żmien torganizza f'riżq il-poeżija f'pajjiżna.
Fi tmiem is-Serata saret bibita għal dawk li attendew.
Friday, January 8, 2010
Subscribe to:
Post Comments (Atom)
No comments:
Post a Comment