Pages

Friday, January 1, 2010

Joseph Axiaq (1968 - )

Membru Tal-Għaqda Poeti Maltin

Joseph Axiaq twieled St. Venera nhar is-7 t’Awissu 1968. Wara l-iskola obbligatorja kompla l-istudji tiegħu post-sekondarji fil-Kulleġġ De La Salle u wara fl-Universita’ ta’ Malta fejn gradwa BA fil-Malti u fl-Għarbi, BA (Hons.) fil-letteratura u l-lingwistika Maltija, MA fil-ligwistika applikata u PGCE fit-tagħlim tal-Malti. Kompla l-istudji tiegħu fl-Ingilterra fl-Universita’ ta’ Sheffield fejn fl-2004 kiseb id-Dottorat fl-Edukazzjoni fejn saħansitra, waqt l-istudji tiegħu, kiteb xi xogħol relatat ma’ l-edukazzjoni post-obbligatorja u tagħlim kif ukoll dwar it-tagħlim tul il-ħajja. Qaleb għall-Malti mit-Taljan ix-xogħol Ruma: Il-Pellegrinaġġ il-Kbir-L-Erba’ Bażiliki (1999) u huwa l-awtur tal-ktieb Dwardu Cachia 1857-1907 (2005). Huwa membru fil-kumitat ta’ l-Għaqda Poeti Maltin. Fil-preżent huwa jgħallem il-Malti fil-kulleġġ De La Salle, fis-sitt klassi post-sekondarja, u l-pedagoġija tal-Malti fil-Fakulta’ ta’ l-Edukazzjoni ġewwa d-Dipartiment ta’ l-Arti u l-Lingwi fl-Edukazzjoni fl-Universita’ ta’ Malta.

No comments:

Post a Comment