Pages

Wednesday, December 30, 2009

Il-Kelma Tal-President - Word From The President - Diċembru 2009

Is-sena li tinsab moribonda kienet waħda mill-aktar snin li tatna sodisfazzjon. Dan għax matulha kellna tant attivitajiet li wrew kemm l-Għ.P.M. hija ħajja.

Tellajna numru sabiħ ta' Lejliet ta' Poeżija f'lokalitajiet differenti, kellna fostna l-poetessa Taljana, Paola Mara De Maestri, organizzajna l-Konkors it-Torċa u għamilna żjara ta' kotesija mill-President ta' Malta, l-E.T. Dr George Abela LL.D. fil-Palazz, il-Belt. Dan kollu barra l-attivitajiet tas-soltu.

Il-ħasra hi, li mhux il-membri kollha jistgħu jħossu dan is-sodisfazzjon. Uħud jgħixu f'nagħas qawwi ta' apatija. Anqas jindenjaw ruħhom almenu jipparteċipaw fil-Konkors li norganizzaw kull sena! U xi ngħidu għall-ħlasijiet tal-miżati u l-abbonamenti fir-rivista Versi? Triq toqgħod tiġri warajhom u tibgħatilhom reminder wara l-ieħor!

Imma l-aħħar li tmut it-tama. Fi żmien bħal dan nagħmlu sew jekk inħarsu 'l quddiem. Is-sena d-dieħla l-Għaqda tagħlaq 35 sena. Il-Kumitat ġa ħejja xi pjani. Tgħid 'il-membri nsibuhom?

Xewqat sbieħ għall-Festi li ġejjin lill-Membri u lill-familji tagħhom.

Alfred Massa
President