Pages

Sunday, December 31, 2006

Midja - Media 2006

L-Orizzont 27 ta' Dicembru 2006 - L-Ghaqda Poeti Maltin f'Ghawdex u fil-Mellieha
Lehen is-Sewwa 23 ta' Dicembru 2006 - L-Ghaqda Poeti Maltin f'Ghawdex u fil-Mellieha
il-mument 19 ta' Novembru 2006 - ir-rebbieha tal-Konkors bit-trofej u d-diploma - Cerimonja tal-Premjazzjoni
L-Orizzont 8 ta' Novembru 2006 - Konkors Nazzjonali tal-Poezija 2006
The Sunday Times, November 12, 2006 - Poetry contest winners - Alfred Palma.
illum Il-Hadd 12 ta' Novembru 2006 - Rebbieha tal-Konkors Nazzjonali tal-Poezija
il-hadd magazin (it-Torca) 12 ta' Novembru 2006 - Konkors Nazzjonali tal-Poezija - Cerimonja tal-Premjazzjoni
The Times of Malta, August 23, 2006 - Power of Poetry - Charles Magro, Ghaqda Poeti Maltin, Fgura.
The Sunday Times - Sunday, June 18, 2006 - Many Breezes - Lino Spiteri
Mument 14 ta' Mejju 2006 - Il- Website Ta' L-Ghaqda Poeti Maltin
Malta Independent 20 th May 2006 - GHPM Website
Maltese Poets Association Website
Il-'Website' tal-Ghaqda Poeti Maltin u ta' Poezijaplus

Saturday, December 30, 2006

Il-Kelma Tal-President - Word From The President - Diċembru 2006

Fiż-żmien meta s-sena tkun agonija, ma nistgħux ma nħarsux lura u naraw x’inkunu wettaqna. Min-naħa tagħha L-Għ.P.M. tħares b’sodisfazzjon lejn ħidmietha b’risq il-poeżija matul is-sena li għodda waslet biex tintemm.
Il-ħasra hi, li mhux kulħadd japprezza l-ħidma tagħha, bħal dak il-korrispondent li kiteb ittra fil-gazzetta The Times (26.07,2006). Nies bħal dawn juru kemm huma maqtugħin minn dak li jseħħ f’pajjiżna fil-qasam tal-poeżija. B’danakollu, xorta waħda jaslu li jippontifikaw dwar dak li qed isir u dwar dak li għandu jsir. Meta huma, wara kollox, anqas biss jindenjaw jattendu għal xi attivita’ marbuta ma’ dak li jiktbu dwaru.
Lilna l-kritika ma ddejjaqniex sakemm tkun justa sinċiera u kostruttiva. Aħna konxi li m’ħniex perfetti u li nistgħu naħdmu aktar, kif fil-fatt bi ħsiebna nagħmlu matul is-sena 2007. Iżda li niġu ttimbrata a static conglomeration of dummies ma nħossux li huwa just.Il-Festi t-Tajba lill-membri kollha u lill-familji tagħhom.

Alfred Massa
President