Pages

Tuesday, August 25, 2015

SERATA BI TNEDIJA TA’ ŻEWĠ KOTBA

Waqt Serata li saret fil-21 ta’ Awwissu 2015, fir-Razzett tal-Markiż Mallia Tabone, il-Mosta, ġentilment imqiegħed għad-dispożizzjoni tal-Għaqda Poeti Maltin mill-Għaqda Talent Mosti, l-Għ.P.M. nediet żewġ kotba tal-poeżiji ppubblikati minn tliet Membri tal-istess Għaqda.

Il-kotba huma “BEJN TNEJN”, ta’ Josef Borg u Carlston Grima; u “IN HER ELEMENT” ta’ Therese Pace.

Għal din is-Serata kien hemm attendenza sabiħa.  Fost il-miġemgħa kien hemm ukoll il-pubblikatur taż-żewġ kotba.  It-tliet poeti ġew intervistati.  F’din il-parti tal-programm il-poeti tawna aktar tagħrif fuqhom innifishom, kif ukoll fuq l-ġabriet ta’ poeżiji tagħhom ippubblikati f’dawn il-kotba biex il-qarrej ikun jista’ jifhem iktar u b’iktar faċilità.

Il-parti mużikali kienet f’idejn l-Għalliem u Kantant Mario Debono, li akkumpanja lilu nnifsu fuq il-kitarra u tana tliet kanzunetti bil-Malti.  Bi tnejn minnhom Debono kien ħa sehem fil-kompetizzjoni ‘L-Għanja tal-Poplu’.

Fl-aħħar tas-Serata kien hemm riċeviment.