Membru Tal-Għaqda Poeti Maltin
Jiena Joseph Bonnici. Ghandi sebgha u hamsin sena u mwieled u noqghod Haz-Zebbug.
Ili nikteb sa mis-snin sebghin. Kont membru fl-Ghaqda Kittieba Zaghzagh u mbaghad Grupp Awturi. Bhalissa qieghed assocjat ma’ l-Ghaqda Poeti Maltin u nattendi serati letterarji m’ohrajn.Ippublikajt xoghlijiet ta’ novelli, poeziji u artikli fuq diversi fuljetti u rivisti. Ktibt poeziji kemm bil-Malti kif ukoll bl-Ingliz u bit-Taljan. Qrajt wkoll xoghlijiet minn tieghi f’serati li gew imtella’ minn ghaqdiet differenti l-aktar fosthom l-Ghaqda Poeti Maltin. Inqraw ukoll xoghlijiet minn tieghi f’okkazjonijiet differenti. Hadt sehem f’kompetizjonijiet ta’ Maratoni tal-Giri u Ghawm fit-tul kif ukoll meta dawn ikunu organizzati flimkien. Ma dawn kultant ukoll insuq ir-rota.Ili nipprattika dawn id-dixxiplini ta’ l-isport ghal dawn l-ahhar hmistax il-sena.
Jien ukoll ili membru ta’ ghaqdiet sportivi kif wkoll religjuzi ghal hafna snin.Inhobb nisma’ u ndoqq il-muzika. F’dan ir-rigward ghamilt hamsa u tletin sena ndoqq ma’ banda tar-rahal.
Lin-Natura
Kemm hi sabiħa din-natura,
bl-istat tagħha bla mittiefes;
il-bniedem prova joħloq bħalha,
imma le b’daqshekk statura.
Ukoll issieħeb fl-ambjent tagħha,
f pittura, f disinn jew tagħrif,
li wassal ġmielha biex isaħħar,
u fisser x’hemm marbut magħha.
Jekk tħares lejn kobor is-sema;
b’dak li jinsab jaħdem fiha,
tara, li ta’ l-għaġeb kif timxi,
biex lejna xejn ma jintrema’.
Ebda bniedem ma ħalaq bħalha;
għalkemm teoriji nibtu,
fuq dak li hi mimlija bihom;
ma jurux kif ġew jew għala.
Issa xi ngħidu fuq l-art pura,
b’ramel, ġebel u ħamrija,
imantnu lill-ħolqien fuq wiċċhom;
bl-insetti, bhejjem u ħdura.
Miżugħda bix-xmajjar, għadajjar,
li jagħtu madwar il-ħajja;
b’imsaġar, widien u muntanji,
lix-xita lil dawn issajjar.
Il-baħar l-issib idawwarha,
ta’ kull fond, kulur u wesgħa;
iħabbat m’artha bil-mewġ tiegħu;
f’bajjiet, irdum, isawwarha.
Il-ħut fil-baħar isebbħuha,
ta’ kull għamla, daqs u razza;
iżidu mal-firxa tal-ħlejjaq,
biex ma’ l-Eden ixebbħuha.
Joseph Bonnici
23-11-2005
Friday, January 1, 2010
Subscribe to:
Post Comments (Atom)
No comments:
Post a Comment