Pages

Friday, January 1, 2010

Fr. Geoffrey G. Attard (1978 - )

Membru Tal-Għaqda Poeti Maltin

Geoffrey G. Attard twieled nhar l-24 t'Awwissu 1978. Attenda l-Iskola Primarja
Sir Arturo Mercieca, il-Liceo Ninu Cremona u l-Iskola Post-Sekondarja Sir Michelangelo Refalo, ilkoll f'Victoria, Ghawdex. Beda l-kors tal-filosofija u t-teologija bi thejjija ghas-sacerdozju fis-Seminarju Maggjuri tal-Qalb ta' Gesu', aggregat mal-Universita' San Tumas (ANGELICUM) ta' Ruma u ircieva
l-bacellerat fit-teologija. Ordna sacerdot fil-25 ta' Gunju 2004. Ghandu ghal qalbu l-kitba bil-Malti u l-poezija. Awtur ta' diversi artikli ta' natura
storika religjuza f'Lehen is-Sewwa, PASTOR, u anke f'The Sunday Times of Malta.
Iggradwa M.Th. (Theology in History) mill-Universita' ta' Edinburgh fl-2005 u bhalissa qed jaghmel il-kors ta' M.Litt.fl-Universita' ta' Saint Andrews fl-Iskozja. Membru ta' l-Ghaqda Poeti Maltin.

Il-Fontana

Tmiss mal-belt tal-gzira Ghawdxija
Triq il-Ghajn, parrocca ghaliha
Wisq ghaziza ghad-devozzjoni
Lejn il-Qalb t’Alla bla htija.

Knisja helwa f’tarf ir-rahal
B’tant tahbit min-nies mibnija
Fejn mas-snin b’hegga s-sajjieda
Qiemu b’ghozza ‘l Sant’Andrija.

Imma llum f’Santwarju nbidel
Tal-Fontana t-tempju fin
Fejn Qalb Kristu tant meqjuma
Mill-Ghawdxin u mill-Maltin.

Statwa sbejha gmiel tal-Genna
Ta’ Wistinu xoghol mirqum
Wiccu jarmi d-dawl u d-dija
Minn kulhadd b’ghozza mizmum.

Tal-Cali xoghol imprezzabbli
Fuq l-altar it-titular;
Kristu l-ghajn, xmara ta’ mhabba
Kemm ghall-kbar u kemm ghaz-zghar.

Gunju x-xahar li n-nies tiffolla
Biex tqim lill-Qalb ta’ Gesu’,
Hawn trid tigi fil-Fontana
Biex tisseddaq fil-virtu’.


Ghajnsielem

Ghajn is-sliem, tal-paci benna
Hekk sejhulek, Misilmin
Ghajn li minnha int hadt ismek
Hekk sa tibqa’ tul is-snin.

Il-Madonna ta’ Loretu
Lilek thares mis-smewwiet,
Ghax il-maqdes int bnejtilha
l-oghla f’art it-tliet gholjiet.

“Viva x-Xemx” Ghajnsielem jghajjat
Lejn it-tmiem t’Awwissu x-xahar,
Inti l-ghozza ta’ dar-rahal
Li ghalik johrog bi hgar.

Kollok sfura qisek xmejxa
B’Gesu’ hlejju fuq idejk,
Qed isejjah il-migemgha
Biex tintefa’ go riglejk. . .

Biex bhall-angli jaghtu qima
Li garrew darek mill-boghod;
Din l-ghamara fejn fis-sliema
Lil Gesu’ rabbejt fis-sod.

Lill-port t’Ghawdex mill-fortizza
Ta’ Chambray hares f’kull zmien,
Lit-turist li jigi jzurna
Aghtih merhba, roddlu s-sliem.

No comments:

Post a Comment