Membru Tal-Ghaqda Poeti Maltin
Jahdem bhala infermier. Mizzewweg lil Jacqueline u ghandhom tifel, Kyle.
Aħfirli Mulej
Aħfirli Mulej jekk
ma fhimtekx,
jisgħobbija Missier li
ma stmajtekx.
Ma ridtx.
Iċ-ċirkostanzi li ħassejt
F’qalbi
ġabuni f’sitwazzjoni
li talbi
nħossu
mhux mismugħ.
Kultant ninsa l-ġid
li qlajt
u naħseb biss
f’li rajt
dak il-ħin.
Ta’ dan kollu,Missier
jisgħobbija .
Naf li fit-tbatijieti
int hemm għalija
MAĦFRA
Kevin Tanti
Imħabbithom
Ippruvaw jwaqqfu mħabbithom
qalgħulhom ostakli kemm trid
kulħadd ipprova jtellifhom
bl-iskuża jridilhom il-ġid
Qalulhom dan ma kienx sewwa,
jmur kontra dak li ried Alla.
Il-morali ukoll semmew,
li dak għemilhom kien falla
Dahku bihom u għajjruhom,
sa n-nies bihom għamlu żufjett,
minn drittijithom ċaħħduhom
fuq dik ħajjithom għamlu jedd
Iżd’ huma
Ma xtaqux min jitħassarhom,
min f’ħajjithom jindaħlilhom
Xtaqu biss lil min jagħrafhom
jew lil min sewwa jifimhom
Ma xtaqux il-privileġġi
jew fuq ħaddieħor xi vantaġġ
Riedu biss dak li hu tagħhom
u min jagħmlilhom ftit kuraġġ
U b’ħajjithom baqgħu miexja
anke jekk fit-toroq iebsin
Imma kellhom għodda tajba
l-imħabba tagħhom lejn xulxin
Kevin Tanti
KWIET
Sabiħ,
kwiet msaħħar tax-xmajjar
miksur mill-ilmijiet
ġej mill-muntanji.
Jpaxxik.
Isbaħ,
il-ħemda fl-imsaġar
mtellfa mill-irjiħat
li qegħdin jonfħu.
Thennik
L-isbaħ,
il-kwiet li hemm f’qalbi
mtellef biss minn taħbit
li qiegħed joktor.
Għalik
Kevin Tanti
Friday, January 1, 2010
Subscribe to:
Post Comments (Atom)
No comments:
Post a Comment