Pages

Wednesday, December 7, 2016

Tnedija tal-kotba ta’ Jesmond Sharples u Andrew Sciberras

Tnedija tal-kotba ta' Jesmond Sharples "Il-Qtar li Nħobb" u Andrew Sciberras "Il-Vjaġġ Poetiku" fir-Razzett tal-Markiż, il-Mosta - 22 ta' Novemberu 2016. Il-Professur Charles Briffa ta taħdita interessanti ta' kritika letterarja b'eżemplari minn dawn iż-żewġ xogħlijiet letterarji. Il-poeti Louis Briffa u Joel P. Galea qraw numru ta' poeżiji mill-ktieb ta' Andrew Sciberras u Jesmond Sharples qara poeżiji mill-ktieb tiegħu filwaqt li ta sfond ħafif għall-kitba ta' dawn ix-xogħlijiet. Il-programm kien imżewwaq b'mużika bil-kitarra minn Ray Ellul. Il-programm filwaqt li beda b'diskors ta' minn Andrew Sciberras Viċi-President tal-Għaqda Poeti Maltin u ngħalaq b'diskors mill-President Jesmond Sharples. L-awturi kellhom opportunità jaqsmu x-xogħol tagħhom ma' diversi awturi oħra wara li spiċċa l-programm. L-attività kella attendenza tajba ħafna u nkoraġġanti.







Tnedija tal-ktieb “Fuq Din l-Art Ħelwa”

Nhar il-Ġimgħa 25 ta’ Novembru saret it-tnedija tal-ktieb “Fuq Din l-Art Ħelwa” ta’ Emmanuel Attard Cassar fil-Conference Room tal-Junior College. Il-ktieb fih poeżiji satiriċi li jinterpretaw aspetti tal-ħajja tagħna. Fis-serata mużiko-letterarja nqraw poeżiji mill-ktieb minn Sarah Crystal, Aaron Fenech, Michela Dalli u Myron Ellul. Ray Ellul interpreta biċċiet mużikali b’kitarra elettrika.

Patrick Sammut ippreżenta studju estensiv dwar il-ktieb u dwar l-awtur. 

Dawk preżenti ingħataw informazzjoni minn Fr. Marco Portelli dwar il-grupp filantropiku JC4Others li jagħti bosta għajnuniet lil dawk li huma fil-bżonn. Wara s-serata inġabret is-somma ta’ €60.90 għal JC4Others.

Fl-aħħar tas-serata sar diskors tal-għeluq minn Jesmond Sharples, president tal-Għaqda Poeti Maltin.

Dawk preżenti ingħataw ktieb li ġie ffirmat mill-awtur. Wara kien hemm bibita.



Saturday, November 19, 2016

Tnedija - Emmanuel Attard Cassar

Emmanuel Attard Cassar "Fuq Din l-Art Ħelwa." Ġabra ta' poeżiji fi ktieb li sa jiġi il-Ġimgħa 25 ta' Novembru 2016 fil-Junior College, l-Imsida fis-6.30p.m. - Ktieb ta' poeżiji li jikxfu d-difetti u l-kontradizzjonijiet tagħna l-Maltin u wkoll tagħna l-bnedmin. Il-poeżiji huma konċiżi, satiriċi u bir-rima. Dan għandu jagħmel il-qari tagħhom esperjenza divertenti. Il-poeżiji huma aċċessibbli għal kulħadd għax jużaw il-vokabularju tal-Malti mitkellem bl-espressjonijiet (anki bl-Ingliż) u l-kliem fit-taħdit komuni.

Tuesday, November 15, 2016

IR-REBBIEĦA TAL-KONKORS TAL-POEŻIJA 'MONS' AMANTE BUONTEMPO'

Kif imħabbra nhar il-11 ta' Novembru 2016, fis-Sala Temi Zammit, Ċentru tal-Konferenzi, Dar il-Mediterran, Valletta huma:-

L-EWWEL PREMJU - Louis Briffa bil-poeżija 'Falco Peregrinus'
IT-TIENI PREMJU - Paul P. Borg bil-poeżija '...bini Ażil...'
IT-TIELET PREMJU - Louis Briffa bil-poeżija 'Storja Antika'

Is-serata infeħet mill-Kap Eżekuttiv tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb, is-Sur Mark Camilleri li qal kelmtejn tal-bidu. Wara li ngħataw il-premijiet u nqraw il-poeziji rispettivi, is-serata ngħalqet b'diskors mill-President tal-Għaqda, is-Sur Jesmond Sharples. Il-kumitat tal-Għaqda tixtieq tirringrazzja lill-parteċipanti kollha li ħadu sehem bil-poeżiji tagħhom u jawguralhom suċċess fil-kitbiet tagħhom.


IR-REBBIEĦA TAL-KONKORS TAL-POEŻIJA 'MONS AMANTE BUONTEMPO'

Kif imħabbra nhar il-11 ta' Novembru 2016, fis-Sala Temi Zammit, Ċentru tal-Konferenzi, Dar il-Mediterran, Valletta huma:-

L-EWWEL PREMJU - Louis Briffa bil-poeżija 'Falco Peregrinus'
IT-TIENI PREMJU - Paul P. Borg bil-poeżija '...bini Ażil...'
IT-TIELET PREMJU - Louis Briffa bil-poeżija 'Storja Antika'

Is-serata infeħet mill-Kap Eżekuttiv tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb, is-Sur Mark Camilleri li qal kelmtejn tal-bidu. Wara li ngħataw il-premijiet u nqraw il-poeziji rispettivi, is-serata ngħalqet b'diskors mill-President tal-Għaqda, is-Sur Jesmond Sharples. Il-kumitat tal-Għaqda tixtieq tirringrazzja lill-parteċipanti kollha li ħadu sehem bil-poeżiji tagħhom u jawguralhom suċċess fil-kitbiet tagħhom.

if imħabbra nhar il-11 ta' Novembru 2016, fis-Sala Temi Zammit, Ċentru tal-Konferenzi, Dar il-Mediterran, Valletta huma:-

Monday, November 7, 2016

Il-Premjazzjoni tal-konkors 2016

Il-Premjazzjoni tal-konkors annwali tal-poeżija 'Mons Amante Buontempo' li qed issir b'kollaborazzjoni mal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb, sa ssir nhar il-Ġimgħa 11 ta' Novembru fis-Sala Temi Zammit f'Dar il-Mediterran, Valletta fis-7.00p.m.  Sa jingħataw 3 premijijet lil l-ewwel 3 poeziji rebbieħa.

Intom wkoll mistiedna biex min jogħġbu, wara s-serata tattendu għat-tnedija ta' numru ta' kotba ta' poeżiji mid-Dar tal-Pubblikazzjoni 'Horizons' fl-istess Sala u fis-7.30p.m.

Hi xi ħaġa sabiħa li numru ta' poeti membri tal-Għaqda Poeti Maltin ppubblikaw kotba ta' poezija u li t-tnedija tagħhom individwali  għanda titħabbar iktar 'il quddiem,  Dan hu xhieda ħajja ta' kemm il-poezija llum għada ħajja u tkompli tispira lin-nies.


Friday, October 28, 2016

Serata ta' Mużika u Poeżija f'Tas-Sliema

Flimkien mal-Kunsill Lokali ta' Tas-Sliema, l-Għaqda Poeti Maltin ħadet sehem f'Serata ta' Mużika u Poeżija li l-Kunsill Lokali Sliema organizza f'Pjazza Sant'Anna, Tas-Sliema nhar il-15 t'Ottubru 2016 fil-5.00p.m. 

Fis-serata ħadu sehem is-Soċjetà Mużikali tal-Karmnu Balluta li esegwiet numru ta' biċċiet mużikali kemm klassiċi u kemm popolari taħt id-direzzjoni tas-surmast Michael Borg. Preżenta s-serata is-Sur Alex Pace Gouder. 

Diversi membri tal-GħPM qraw poeżiji minn tagħhhom fosthom is-Sur Ray Grech u s-Sur Anthony Vidal li huma t-tnejn minn Tas-Sliema. Il-Kunsill ippreżenta ċertifikat lill-Għaqda bħala rikonoxximent u tifkira tal-parteċipazzjoni, kif ukoll ċertifikati lil poeti kollha li ħadu sehem.


Tuesday, October 11, 2016

Aġġornament Kumitat

Il-Ħamis 6 ta' Ottubru 2016 saret l-ewwel Laqgħa tal-Kumitat il-ġdid fejn ġew maħtura il-karigi rimanenti. Il-kumitat komplut.:

Jesmond Sharples: President
Andrew Scibberras: Viċi President
Josef Borg: Segretarju
Charles Mifsud: Assistent Segretarju
Emanuel Attard Cassar: Kaxxier
Wayne Farrugia: Segretarju Internazzjonali
Jonathan Balzan: Ass. Segretarju Internazzjonali
Miriam Ellul: PRO
Josianne Azzopardi: Assistent PRO


Il-Kumitat il-ġdid jirringrazzja lill-membri tal-Kumitat 2015-2016 kollha, filwaqt li jsellem il-memorja ta' Charles Magro li serva fuq il-kumitat u lill-Għaqda għal numru ta' snin twal. Filwaqt li jirringrazzja lil dawk il-membri kollha li attendew għall-Laqgħa Ġenerali Straordinarja u nwegħidkom li flimkien mal-Kumitat il-ġdid (bħalma għamlu Presidenti u membri tal-Kumitati passati) sa naħdmu biex inkattru l-apprezzament u l-għarfien tal-poeżija Maltija u l-poeti Maltin u b'hekk inkomplu nwettqu l-viżjoni tal-fundaturi tal-Għaqda. Grazzi mill-ġdid.

Wednesday, October 5, 2016

Serata ta' Mużika u Poeżija f'Tas-Sliema

Il-Kunsill Lokali ta' Tas-Sliema stieden lill-Għaqda Poeti Maltin biex imsieħba tagħha jieħdu sehem f'Serata ta' Mużika u Poeżija li l-Kunsill Lokali Sliema qed jorganizza f'Pjazza Sant'Anna, Tas-Sliema nhar il-15 t'Ottubru 2016 fil-5.00p.m. 

Intom mistiedna taqraw poeżija jew tnejn f'din is-serata.  Peress li l-Kunsill irid ihejji l-programm tal-okkażjoni min hu interessat jiġi u jaqra poeżija u mistieden li jibgħatli t-titlu tal-poeżija/i li sa jaqra.  Napprezzaw li tagħmlu dan sa nhar il-Ġimgħa 7'Ottubru 2016.

il-Laqgħa Ġenerali Straodinarja

Għeżież membri,

Nhar is-Sibt li għadda saret il-Laqgħa Ġenerali Straodinarja li fiha fost affarijiet oħra saret l-elezzjoni tal-Kumitat il-Ġdid 2016-2018.  Fil-laqgħa tal-Kumitat għaddiet emenda fl-Istatut (peress li hu l-ħsieb li l-Għaqda Poeti Maltin tirreġistra bħala NGO biex tkun tista' tibbenefika minn fondi pubbliċi fost raġunijiet oħra) li l-Laqgħa Ġenerali Annwali ssir kull sentejn flok tliet snin.  Din l-emenda għaddiet.

Ġie ukoll elett il-Kumitat il-Ġdid għall-2016-2018.

Dawn huma:-

President:   Jesmond Sharples
Segretarju:  Josef Borg
Kaxxier:     Emanuel Attard Cassar.
Membri:     Miriam Ellul
                 Josianne Azzopardi
                Andrew Sciberras
                Charles Mifsud
                Jonathan Balzan
               Wayne Farrugia

Il-karigi l-oħra tal-kumitat sa jinħatru fl-ewwel laqgħa tal-Kumitat li għad trid issir dalwaqt.

Nixtieq nieħu din l-okkażjoni biex nirringrazzja lill-membri tal-Kumitat 2015-2016, partikularment lil Doris Chircop, lil Omar Seguna u Alfred Caruana Ruggier.  Nixtieq ukoll insellem il-memorja ta' Charles Magro li serva fuq il-kumitat u lill-Għaqda għal numru ta' snin twal.

Nixtieq ukoll ngħid grazzi lil dawk il-membri kollha li attendew għall-Laqgħa Ġenerali Straordinarja u nwegħidkom li flimkien mal-Kumitat il-ġdid (bħalma għamlu Presidenti u membri tal-Kumitati passati) sa naħdmu biex inkattru l-apprezzament u l-għarfien tal-poeżija Maltija u l-poeti Maltin u b'hekk inkomplu nwettqu l-viżjoni tal-fundaturi tal-Għaqda. Grazzi mill-ġdid.



Jesmond Sharples

President

Monday, September 19, 2016

AVVIŻ - Laqgħa Ġenerali Straordinarja

Kif tafu il-post ta' President tal-Għaqda Poeti Maltin ġie vakat u l-Kumitat iddeċieda li jsejjaħ Laqgħa Ġenerali Straordinarja sabiex jimtlew il-postijiet ta' karigi tal-kumitat.  Hu meħtieġ li peress li hemm il-ħsieb li l-Għaqda Poeti Maltin tirreġistra bħala NGO, jeħtieġ li jiġi emendat l-istatut f'din il-laqgħa.

Kollha mistiedna biex tattendu din il-laqgħa nhar is-Sibt, 1 t' Ottubru 2016 fis-Sala Utility tal-Ministeru tal-Edukazzjoni u Impjiegi, il-Furjana, fid-9.00am.   Inħeġġeġ lil dawk li jinteressahom sabiex jikkontribwixxu f'waħda mill-karigi li hemm bħal President, Segretarju u Teżorier, sabiex juru dan permezz ta' proponent u sekondant. Il-karigi ta' Relazzjonijiet internazzjonali u Relazzjonijiet Pubbliċi jiġu eletti maħturin mill-kumitat fl-ewwel laqgħa li jagħmel wara l-elezzjoni.

Infakkar ukoll fis-serata li sa ssir Birkirkara nhar it-23 ta' Settembru 2016 fis-7.00 fil-Kunsill Lokali ta' Birkirkara "100,000 Poets for Peace" u 'l dawk li sa jaqraw il-poeżiji jinfurmawni sal-21 ta' Settembru 2016.

Tuesday, September 13, 2016

GĦPM - Serata għall-Bidla


Konkors Nazzjonali tal-Poeżija - il-Parteċipanti.

LISTA’ TAL-100 POEŻIJA PARTEĊIPANTI GĦALL-KONKORS NAZZJONALI TAL-POEŻIJA ‘AMANTE BUONTEMPO’ 2016 ORGANIZZAT MILL-GĦAQDA POETI MALTIN FLIMKIEN MAL-KUNSILL NAZZJONALI TAL-KTIEB.
(f’ordni alfabetiku)

Isem tal-Poeżija
1.    AWTORITRATT
2.    BHIMA SIELMA
3.    BIL-FARDAL TAL-FESTA
4.    BIN IX-XEMX
5.    ... binti Ażil ...
6.    DAĦKA FIL-FUNERAL
7.    DAN IL-VOT
8.    DAWL AĦMAR
9.    “DELIZZJU” MALTI
10.    ... dgħif imqatta’ ikkapuljat ...
11.    DIN KOMUNIKAZZJONI?
12.    EJJA ISSA
13.    EKU FIERAGĦ
14.    ELEĠIJA LILL-AMBJENT MALTI
15.    ENDEKASILLABU
16.    F’JUM BASTILJA
17.    F’LEJLA MALTIJA
18.    FALCO PEREGRINUS
19.    FATHER CHRISTMAS FATHER
20.    FAŻI 5
21.    FIL-QORTI
22.    FIT-TEATRU TAL-IMWIET
23.    FL-UNIVERS QEGĦDIN GĦALXEJN
24.    FRAĠILITÀ
25.    FUQ L-GĦATBA TAL-PATIBOLU
26.    ĠIRJA
27.    GĦALIEX?
28.    GĦALIH
29.    GĦAQQAD IT-TIKKI
30.    HEMM KIENET
31.    ĦAĠA MOĦĠAĠA
32.    ĦANINI
33.    ĦASSEJTEK
34.    ĦSIEB IS-SOLITUDNI
35.    IBNI
36.    IĊ-ĊAĦDA U L-FIDWA
37.    IL-BIKJA TIEGĦEK
38.    IL-JIEN
39.    IL-KARBA
40.    IL-KTIEB TAL-ĦAJJA
41.    IL-LAPES
42.    ILLUM
43.    IL-MAĦFRA
44.    IL-MIRKEB TAX-XEMX
45.    IL-MISTOQSIJA
46.    IL-PENSJONANT
47.    IL-VERA STORJA
48.    IL-VOJT
49.    IL-WARDA
50.    IMSOMNJA
51.    INT TAF JIEN X’JIEN
52.    IS-SEJĦA
53.    IS-SUWIĊIDJU
54.    IX-XITAN U X-XWEJJAĦ
55.    IŻ-ŻIEMEL TAR-RIĦ
56.    JIEN
57.    JIFTAĦLI GĦAJNEJJA
58.    KARBA TA’ FETU
59.    KELMA
60.    KELMA WAĦDA BISS
61.    L-AMBJENT MALTI
62.    LAMENT
63.    LEJL BLA RQAD
64.    L-EKU TAL-MEMORJI
65.    LIL MISSIERI
66.    LILEK JA BAĦAR, LILEK JA RIĦ
67.    LILEK KITTIEB...
68.    LILL-PAWLIN
69.    L-ILMA TAL-ĦAJJA
70.    L-IRONIJA TAL-ĦAJJA
71.    L-IRONIJA TAL-ĦAJJA
72.    L-ISTORJA TA’ MALTA
73.    MA ĦASSEJTNIX WAĦDI
74.    MALTA OMMI, MARTI U BINTI
75.    MEWĠ
76.    MEWĠ IL-ĦAJJA
77.    MISTERJUŻ
78.    MOVIMENTI
79.    PETALI
80.    POEŻIJA GĦALIHA NFISHA
81.    QAWMIEN
82.    QUDDIEM TREVI
83.    RITRATI BIL-KULUR
84.    RITRATTI
85.    SANTI TAL-MEJTIN
86.    SFAJT WAĦDI
87.    SIĠRA
88.    SKIET TAL-ALLAT
89.    SKUŻI
90.    SOLITUDNI TAL-ĦAĠAR
91.    STORJA ANTIKA
92.    SULLUZZU NAZZJONALI
93.    TAMA
94.    TGĦID ILLEJLA...
95.    TIKK TOKK:
96.    TIKKUNDANNAWNIX
97.    TITJIRA BLA NUMRU
98.    U WAQA’ L-KTIEB MINN IDI
99.    XI ĦLEW!
100.  XITLA FIX-XAGĦRI

Saturday, July 16, 2016

Jonathan Balzan

Serata ta' tnedija tal-Ktieb ta' Jonathan Balzan fir-Razzett tal-Markiz nhar l-Erbgħa 27 ta' Lulju 2016 fis-7:30.


Monday, July 11, 2016

KONKORS NAZZJONALI TAL-POEŻIJA - NATIONAL POETRY COMPETITION 2016

KONKORS NAZZJONALI TAL-POEŻIJA ‘MONS. AMANTE BUONTEMPO’ 2016

L-Għaqda Poeti Maltin flimkien mal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb qiegħda tniedi l-Konkors Nazzjonali tal-Poeżija ‘Mons. Amante Buontempo’ għal din is-sena 2016

1. Il-kompetituri huma mitluba jibagħtu sa tliet poeżiji,  kull waħda mhux itwal minn tletin vers, bil-Malti.
2. Il-poeżiji għandhom ikunu ttajpjati fuq karta daqs A4, u għandhom jintbagħtu tliet kopji ta’ kull poeżija.  Dawn il-poeżiji għandhom ikunu ffirmati biss bi psewdonomu (nom de plume).
3. F’envelopp separat u ssiġillat , il-konkorrent għandu jniżżel l-isem tal-poeżiji li jkun se jieħu sehem fil-Konkors bihom, il-psewdonomu, ismu u kunjomu, l-indirizz, in-numru tat-telefown u l-indirizz elettroniku.
4. Jiġu ppremjati l-poeżiji kklassifikati fl-ewwel tliet postijiet.  L-ewwel poeżija tingħata €300, it-tieni poeżija tingħata €200, u t-tielet poeżija tingħata €100.  Il-premijiet jistgħu ma jingħatawx jekk ma jintlaħaqx il-livell mistenni f’kompetizzjoni bħal din.
5. Il-ġurija se tkun komposta minn tliet membri:  Wieħed magħżul mill-Għaqda Poeti Maltin u tnejn mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb.
6. Is-sottomissjonijiet għal dan il-konkors għandhom jaslu għand is-Segretarju tal-Għaqda Poeti Maltin, is-Sur Jesmond Sharples, ‘Sinfonija’, 70, Triq il-Mediterran, Pembroke PBK 1255, sa mhux aktar tard mill-31 t’Awwissu 2016.
7. F’envelopp wieħed għandhom jintbagħtu l-poeżiji għall-kompetizzjoni u l-envelopp issiġillat bid-dettalji.  TIKTBUX L-INDIRIZZ TAS-SENDER WARA L-ENVELOPP.
8. Kulmin jonqos f’xi waħda minn dawn ir-regolamenti jiġi skwalifikat immedjatament.
9. Wara li tagħlaq id-data għad-dħul tas-sottomissjonijiet, tkunu tistgħu tiċċekkjaw l-isem tal-poeżija tagħkom fil-websajt tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jew tal-Għaqda Poeti Maltin.

N.B.
a) Il-Premijiet huma ġentilment mogħtija mill-fondi tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb.
b) Ir-riżultat tal-Kompetizzjoni jitħabbar waqt attività speċifika matul il-jiem tal-Festival tal-Ktieb li l-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jorganizza f’Novembru.

*****************************************************************************

NATIONAL POETRY COMPETITION MONS. AMANTE BUONTEMPO - 2016

The Maltese Poets Association, in collaboration with the National Book Council, is launching the National Poetry Competition
Mons. Amante Buontempo  2016

1. Those wishing to take part are requested to submit up to three poems, each one no longer than thirty lines, in Maltese.
2. The poems must be type-written on A4 sheets, and three copies submitted of each. These poems must carry ONLY a nom-de-plume.
3. In a separate and SEALED envelope, the contestant must put down the name/s of the poem/s he’d be sending for the Competition, the nom-de-plume, name and surname, address, telephone number and the email address.
4. Prizes will be awarded to the poems classified in the first three places. The first poem will be awarded €300, the second €200 and the third €100. The prizes may not be awarded if the level expected in such competitions is not reached.
5. The jury will consist of three members: one chosen by the Maltese Poets Association and two by the National Book Council.
6. Submissions to this competition must reach the Secretary of the Maltese Poets Association, Mr Jesmond Sharples, at Sinfonia, 70, Triq il-Mediterran, Pembroke, not later than the 31st August 2016.
7. The poems submitted and the sealed envelope containing the details must be sent in one envelope. THE SENDER’S ADDRESS MUST NOT BE WRITTEN ON THE BACK OF THE ENVELOPE!
8. Any lack of observance of the above rules will result in immediate disqualification.
9. After the closing date for submissions, one may check the poem/s entered on the Website of the National Book Council or that of the Maltese Poets Association.

N.B.
a) The prizes are kindly donated from the funds of the National Book Council.
b) The competition results will be announced during a specific activity held during the days of the Book Festival,   which the National Book Council will be organising in November.

Friday, June 24, 2016

Charles Magro (1943 - 2016)

Għadu kemm ħalliena l-President tal-Għaqda Poeti Maltin, is-Sur Charles Magro (B.A., M.O.M.) fl-eta ta' 72. Edukatur, membru attiv tal-Għaqda sa minn ftit snin wara li twaqqfet fl-1975, kittieb, editur, eżaminatur, u attiv ħafna f'bosta oqsma pubbliċi oħrajn. Jibqa' miftakar anki għas-snin kbar ta' kontribut li ta lill-Għaqda u lill-Ilsien Malti. Baqa' attivissmu sal-aħħar u ta' dan ĦAJR.

Agħtih Mulej il-mistrieħ ta' dejjem.

Il-Funeral sa jsir għada s-Sibt 25 ta' Ġunju 2016 fil-Knisja Parrokjali tal-Fgura.


Sunday, June 12, 2016

Monday, May 16, 2016

Serata Jum il-Hamrun 2016

SERATA KULTURALI

organizzata mill- GĦAQDA POETI MALTIN

flimkien mal-KUNSILL LOKALI ĦAMRUN



Il-Ġimgħa, 20 ta’ Mejju 2016,

fis-7:00 pm,

fil-pjazza ta’ quddiem il-Kunsill,
Triq id-Duka ta’ Edinburgh.



Din is-Serata Kulturali, li tagħmel parti miċ-Ċelebrazzjonijiet ta’ JUM IL-ĦAMRUN, tkun magħmula minn Mużika u Poeżija.  Id-dħul hu b’xejn, u l-okkażjoni hi miftuħa għal kulħadd.  Kulmin jikteb il-poeżija hu mistieden iġib miegħu poeżija biex jaqraha (basta ma tkunx itwal minn għoxrin vers).


Is-Serata tiġi fi tmiemha b’riċeviment għal dawk preżenti.

Tuesday, April 19, 2016

Serata Jum L-Imtarfa 2016

SERATA KULTURALI organizzata mill- GĦAQDA POETI MALTIN flimkien mal-KUNSILL LOKALI MTARFA.

Is-Sibt, 30 ta’ April 2016,

fis-7:00 pm,

fis-sala tal-iSkola Primarja.


Din is-Serata Kulturali, li tagħmel parti miċ-Ċelebrazzjonijiet ta’ JUM L-IMTARFA, tkun magħmula minn Mużika u Poeżija.  Id-dħul hu b’xejn, u l-okkażjoni hi miftuħa għal kulħadd.  Kulmin jikteb il-poeżija hu mistieden iġibha miegħu biex jaqraha (basta ma tkunx itwal minn għoxrin vers).


Is-Serata tiġi fi tmiemha b’riċeviment għal dawk preżenti.

Friday, January 15, 2016

SERATA ta’ POEŻIJA U MUŻIKA - Mosta

L-Għaqda Poeti Maltin qed torganizza SERATA ta’ POEŻIJA U MUŻIKA, li se ssir il-Ħamis, 28 ta’ Jannar 2016, fis-6:30 ta’ filgħaxija, fir-Razzett tal-Markiż Tabone Mallia,  il-Mosta, fis-sede tal-Għaqda Talent Mosti.  Is-Serata hi waħda minn dawk li l-Għ.P.M. torganizza kull xahar għall-Membri.  Iżda hi miftuħa għal kulħadd.  Id-dħul hu b’xejn, u kulmin jattendi u jġib miegħu poeżiji tiegħu, ikun jista’ jaqrahom waqt is-Serata. Għal aktar informazzjoni ċemplu 21892573, jew iktbu fuq charmon@maltanet.net