Friday, January 8, 2010
Antoloġija bl-Esperanto Ġdida
L-Għaqda Poeti Maltin ippubblikat Antoloġija bl-Esperanto bix-xogħlijiet ta’ wħud mill-membri tagħha. B’kollox ħadu sehem fiha 42 membru. Il-poeżiji huma varjati kemm fit-temi ttrattati kif ukoll fl-istili mħaddma. Għandha Daħla Kritika mill-Professur Oliver Friggieri li titfa’ dawl fuq il-poeżija Maltija kontemporanja.
Din l-Antoloġija setgħet tara d-dawl bl-għajnuna tal-Għaqda Maltija tal-Esperanto. Ix-xogħol kollu kien tradott fl-Esperanto mill-Membru Onorarju tal-Għaqda tagħna, Dr Karmenu Mallia.
Il-poeti li ħadu sehem huma Abela Therese, Aquilina Sunny, Attard Mario, Dr Attard Cassar Emmanuel, Dr Axiaq Joseph, Bezzina Mario F., Bianchi Carmel, Borg Ġorġ, Busuttil Amanda, Camilleri Miriam, Caruana Mary Grace, Caruana Peter A., Cauchi Carmel G., Cini Godwin, Fabri Noel, Farrugia Anthony, Grech Lino, Grech Raymond, Grech Sergio, Lanfranco Guido, Mallia John, Dr Mangani Paul S., Massa Alfred, Micallef Jane, Muscat David, Pace Therese, Palma Alfred, Saliba Paul, Sammut Patrick, Spiteri Pio, Vella Therese, Dr Zammit Tabona Joe, Bezzina Charles, Oliver Friggieri, Mons. Dr Amante Buontempo, Magro Charles, Caruana Toni, Chetcuti Ġuże', Ellul Galea Karmenu, Cini Tarcisio, Patri Hugh Mallia O.Carm., u Ellul Godwin.
Ta’ min ifakkar li din kienet it-tieni Antoloġija ta’ din ix-xorta ippubblikata mill-Għaqda Poeti Maltin.
Subscribe to:
Post Comments (Atom)
No comments:
Post a Comment