B’dan
il-ħsieb f’moħħna qed nistiednek biex jekk trid tgħin l-Għaqda, tista’ tgħaddi
xi pubblikazzjonijiet tiegħek biex jinbiegħu waqt dik il-ġimgħa u d-dħul
minnhom imur għall-Għaqda Poeti Maltin. Min hu nteressat, jista’ jagħmel
kuntatt miegħi jew fuq l-indirizz elettroniku jew bit-telefown kif indikat
aktar ’il fuq.
Thursday, October 3, 2013
Festa tal-Ktieb
Il-Fiera
tal-Ktieb (BookFair) li ssir kull sena ġewwa Dar il-Mediterran issa se tibda
tissejjaħ Festa tal-Ktieb (BookFest). Id-dati huma mit-13 sas-17 ta’
Novembru. Għall-ewwel darba minn kemm ilha ssir din l-attività, l-Għaqda Poeti
Maltin se jkollha stand għaliha. F’dan l-istand, l-Għaqda se jkollha għal bejgħ
kemm il-kotba, rivisti eċċ li ħarġet matul is-snin kif ukoll xi kotba li
l-membri jogħġobhom jgħaddulha biex il-qligħ minnhom imur b’risq l-Għaqda.
Sunday, September 29, 2013
f’Dar l-Emigrant Nhar is-Sibt
“L-Għaqda Poeti Maltin qed iżżomm l-appuntament tagħha għal laqgħa ta’ dawk li jħobbu l-qari tal-poeżiji għal laqgħa oħra nhar is-Sibt, 5 ta’ Ottubru bejn l-10:00 u nofsinhar f’Dar l-Emigrant ħdejn il-Barrakka ta’ Fuq. Ejjew, ġiebu magħkom il-poeżiji ħalli taqrawhom hemmhekk.”
Tuesday, September 17, 2013
100 THOUSAND POETS for CHANGE
Bħal snin oħra, L-Għaqda Poeti Maltin flimkien
mal-Kunsill Lokali ta’ Birkirkara u mal-Moviment 100Thousand Poets sejra
torganizza Lejla Letterarja Internazzjonali bl-isem 100Thousand Poets
for Change fejn gruppi jew għaqdiet diversi madwar id-dinja jorganizzaw
fl-istess ħin attivitajiet ta’ poeżija, mużika, mima, teatru,
fotografija, powsters u żfin madwar it-tema Il-Paċi. Il-lejla ta’ qari
ta’ poeżija u mużika f’Malta ser tinżamm fis-sala ewlenija tal-Kunsill
Lokali ta’ Birkirkara nhar il-Ġimgħa, 27 ta’ Settembru 2013 fis-7.00 ta’
filgħaxija. Kulħadd huwa mistieden. Id-dħul huwa b’xejn. Ejjew ingħaqdu
magħna ħa nsemmgħu leħinna favur il-paċi u s-sostennibbiltà fid-dinja.
Poeżija u Mużika fil-Ġnien De Vilhena
L-Għaqda Poeti Maltin għal darb'ohra tellgħet serata ta poeżija
u mużika fil-Ġnien De Vilhena il-Furjana ... din id-darba flimkien
mal-Kunsill tal-istess belt. Preżenti għal din il-laqgħa kien hemm
is-Sindku s-Sur Nigel Holland u xi kunsilliera ... fosthom is-Sur
Torpiano. Is-serata fetħet bid-diskors tal-president tal-għaqda
s-Sur Charles Magro li qal li jħossu kburi illi l-Għaqda Poeti
Maltin hija l-ewwel għaqda li qed tuża dan il-ġnien hekk sabiħ
għal attivitajiet tagħha. Huwa qal ukoll illi ħa pjaċir li
kkunntattjawħ xi lukandi u staqsewħ jekk kienux jistgħu jattendu
xi turisti għal din l-attivita'. Żied jgħid ukoll illi n-numru
sabiħ ta udjenza preżenti jagħmel kuraġġ lil għaqda żżid
f-dawn l-attivitajiet u juri kemm il-poplu għandu għal qalbu
il-poeżija. Ġew moqrija numru sabiħ ta poeżiji sew bil-Malti
u sew bl-Ingliż u li kienu tiżwiqa ta poeżiji leggeri, religjużi,
soċjali fost oħrajn. Bejn il-qari tal-poeżiji kien hemm ukoll
il-mużika sabiħa ta' Walter Micallef. Għalaq din is-serata
s-Sindku tal-Furjana s-Sur Nigel Holland fejn qal illi hemm nies
mil-Furjana stess li qatt ma marru Ġnien Vilhena u li din l-attivta'
kienet tixraq f'post bħal dan. Qal ukoll illi attivitajiet bħal
dawn għandhom isiru aktar spiss u jintużaw aktar ġonna ... semma
wkoll illi hemm mal ghaxar ġonna ġewwa l-Furjana li forsi ftit jafu
bihom. Is-serata għalqet b'bibita ġewwa l-istess post fejn
sirna nafu iktar lil xulxin u qsamna t-tagħrif dwar il-poeżija
fiż-żiffa helwa li kien hemm.
Is-serata giet ippreżentata minn Miriam Ellul.
Is-serata giet ippreżentata minn Miriam Ellul.
Saturday, September 14, 2013
KONKORS NAZZJONALI TAL-POEŻIJA “Mons. A. Buontempo” 2013
| LISTA TA' KONKORENTI | |
| Poeżiji bil-Malti | |
| Il-Liżar ta' Ħajti | Orjun |
| Għad jisbaħ jum sabiħ | Nirien |
| Issa li telqet u marret | Prometheus |
| Irkibna dan it-tren | Prometheus |
| Imħabba | Prometheus |
| Pitirros | Għal qalbi |
| Imma kif? | Abbatelfnir |
| Il-warda ta' ħajti | Taurus |
| Ir-rabja tiegħi | Taurus |
| Armonija | Taurus |
| Romanza lir-rażan | ċikwetta |
| Karmenu | Żiffa |
| Kibera | Żiffa |
| Stampati f'moħħi | Osservatur |
| Żjara | Mutrab |
| Bint | Helmar |
| Ħsieb fit-telfien | Helmar |
| L-imħabba, ilbieraħ, illum | Helmar |
| Xena ta' mħabba | Ilsien Malti |
| Xabla bla demm | Ilsien Malti |
| Kuntrast | Ilsien Malti |
| Programm | Kurrikulu |
| Armalu | Kedda |
| Lill-gżira t'elba | Retrospezzjoni |
| Fuq il-bank ta' żmien | Retrospezzjoni |
| It-Teżor li ħbejt ġo fija | Retrospezzjoni |
| L-Isla | Senglean |
| Il-belt fejn twelidt | Zalemyma |
| L-Imdina lejlija | Sirdar |
| Għanja ta' mħabba | Dejjiema |
| Ħolma reali | Mistrieħ |
| L-Abbati tal-qaddis | Luzzu |
| Pietru Pawl Sydon | Luzzu |
| Ħdejn il-Crown Pharmacy | Luzzu |
| Fuq putirjal | Ironija |
| In-Nurse u l-Midwife | Il-fjura |
| Lil Angele | Il-fjura |
| Lill-Maħbub | Il-fjura |
| Animożita | Tozzi |
| Kewkba mitfija | Tozzi |
| Tiftakar | Tozzi |
| Oħra dwar daqs l-imħabba | Maltija |
| Mitt biċċiet | Riga |
| Evoluzzjoni | Riga |
| Qamar kwinta | Stilla polaris |
| Tas-Sliema | Stilla polaris |
| Warda fid-deżert | Stilla polaris |
| Familja tajba - ġawhra fis-soċjetà | Imħabba |
| Lill-Vittmi tat-tsunami | Iktus |
| Ix-xogħol ... Dinjità tal-ħaddiem | Iktus |
| Lil Maria | Brambillina |
| Dmugħ | Brambillina |
| Riesaq il-maltemp | Brambillina |
| Poeżiji bl-Ingliż | |
| Orisons of a disgruntled citizen | Ċikwetta |
| Today's wind | Concordant |
| Contemp(+)orary | iGENERATION |
| Dictionary blues | Cobalt |
| A city of splendour | Zalemyma |
| I am waiting | Reunion |
| Break through | Sublime |
| Poeżiji bit-Taljan | |
| Divi per un’ora | Mentira |
| Lacrima di Luce | Miki |
| Caro Cuore | Miki |
| La Discarica | Miki |
| La Madre | Maria Concetta |
| La Sorte | La Forza del Destino |
| Proposta all’Arno | Ċikwetta |
| Luci nel Tramonto | Żiffa |
| Esperienza Amara | Zalemyma |
Monday, September 2, 2013
Serata f'Għawdex
Nhar is-Sibt 31 ta' Settembru, l-Għaqda Poeti Maltin flimkien
mal-Ministeru għal Għawdex tellgħu Serata ta' Poeżija u Mużika fil-bini
tal-ministeru ġewwa l-Victoria Għawdex.
Kienet Serata mill-isbaħ u milquta b'kollox li għaliha
kien hemm preżenti numru sabiħ ta udjenza, fosthom il-Ministru għal-Għawdex l-Onor.Anton Refalo.
Fetaħ is-Serata l-president tal-Għaqda s-Sur Charles Magro
fejn ta' merħba 'l dawk preżenti u qal illi din kienet il-ħames attivita' li
saret ġewwa Għawdex u t-tielet li kienet qed issir taħt il-patroċinju
tal-Ministru għal-Għawdex. Hu qal ukoll illi n-numru sabiħ tal-pubbliku li
jattendi għal dawn is-Serati jagħmlilna kuraġġ li dawn għandhom għandhom isiru
aktar spiss.
Wara li nqraw l-ewwel erba' poeżiji smajna l-għanja ħelwa
'Marija ta' Wied il-Għajn' mil-kantanta żagħżugħa Josephine Marie Grima
akkumpanjata mil-kitarrist Joe Engerer u l-Flawtista Charlene Portelli. Aktar
tard kellna wkoll lis-Sopran Rosabel Pavia
li flimkien mal-mużiċisti tawna l-kompożizzjoni tagħha stess 'Fis-Swar
taċ-Ċittadella' versi ta' Charles Bezzina.
Matul is-Serata inqraw poeżiji ta' erba' Membri Onorarji
Għawdxin li huma:
Ġannninu Cremona,
Marċell Mizzi, Kav. Kelinu Vella Haber u l-Kan. Joe Meilaq.
Filwaqt illi Ġanninu Cremona
qara' l-poeżiji tiegħu stess Mark, qara l-poeżiji ta' nannuh Marċell Mizzi u
l-poeżiji l-oħrajn ġew fdati f-idejn Salv Sammut u Miriam Ellul.
Waqt l-intervall saru preżentazzjonijiet lil-kantanti u
mużiċisti u lis-Sur Charles Bezzina, il-persuna illi ħadem u għen ħafna biex
din is-Serata kienet ta' suċċess kbir! Hawnhekk il-Ministru l-Onor Anton Refalo
għamel id-diskors tiegħu.
Is-Serata kienet ippreżentata minn Miriam Ellul.
Wednesday, July 10, 2013
l-Għaqda Poeti Maltin f'Dar l-Emigrant Lulju 2103
Għal
darb’oħra, l-Għaqda Poeti Maltin żammet l-appuntament ta' kull xahar billi
xi membri tal-Għaqda u dawk kollha li bħalna niggustaw il-poeżija ltqajna
flimkien nhar is-Sibt, 6 ta’ Lulju f'Dar l-Emigrant. Din
id-darba, il-laqgħa kienet ftit differenti minn laqgħat oħra. Minħabba
li din is-sena jaħbat il-ħamsin sena mill-mewt tal-Poeta Rużar Briffa,
Dr.Karmenu Mallia għadu kif kiteb essej bl-isem ta’ “Il-Poeżija tat-tbatija f’Rużar Briffa b’riferenza għall-poeta Franċiż Alfred de Vigny”. Dan l-istess essej ġie miġbur fi ktejjeb ta’
24 paġna għal dawk kollha li jixtiequ jiksbu kopja tiegħu għal prezz
baxx ħafna. Għaldaqstant waqt il-laqgħa, is-sur Salv Sammut qara xi
siltiet minn dan il-ktejjeb għan-nom ta' Dr Mallia. Is-Sur Patrick Sammut
qara wkoll xi poeżiji ta' Briffa u għamel diversi riflessjonijiet, Ma
setax jonqos li ħafna minn dak li kienu preżenti qraw ukoll xi xogħoljiet minn
tagħhom.
KONKORS NAZZJONALI TAL-POEŻIJA “Mons. A. Buontempo” 2013
REGOLAMENTI
1. Kull
poeżija tista’ tkun f’kull forma, ma tridx tkun itwal minn tletin (30) vers u
trid tkun oriġinali u qatt imxandra jew ippubblikata qabel. Tista’ tkun bil-Malti, bl-Ingliż jew
bit-Taljan.
2. Kull
poeżija trid tkun ittajpjata fi tliet (3) kopji bi spazju doppju.
3. Il-Konkors
hu miftuħ għal kull min għandu ‘l fuq minn
16-il sena, mhux għall-Membri tal-Għ.P.M. biss.
Iżda l-Membri tal-Kumitat tal-Għ.P.M. ma jistgħux jieħdu sehem.
4. Kull
konkorrent jista’ jibgħat sa tliet (3) poeżiji.
5. Kull
poeżija għandha tidher taħt psewdonimu. Isem il-poeżija,
l-isem u l-indirizz tal-konkorrent flimkien mal-psewdonimu addottat, għandhom
ikunu f’envelop issiġillat, li għandu jkun mehmuż mal-poeżiji. Imbagħad, flus, envelop issiġillat u poeżiji
jintbagħtu f’nevelop wieħed.
6. Jingħataw tliet (3) premjijiet
lill-ewwel tliet (3) poeżiji rebbieħa bil-Malti. Ir-rebbieħ ta’
l-ewwel premju għall-poeżija bil-Malti jingħata l-Premju “Mons. A. Buontempo”. Jingħataw żewġ (2) premjijiet oħra għall-aħjar żewġ (2) poeżiji
bl-Ingliż, u żewġ (2) premjijiet għall-aħjar żewġ (2) poeżiji
bit-Taljan.
7. L-Għaqda Poeti Maltin iżżomm
il-jedd li tippubblika bla ħlas (għallinqas darba)
il-poeżiji li jidħlu għall-Konkors.
8. Il-poeżiji
li jitressqu għall-Konkors ma jingħatawx lura.
9. Ħadd ma jkollu jedd għal aktar minn premju wieħed, iżda jista’ jissemma
b’ġieħ għal aktar minn poeżija waħda.
10. Il-Ġurija
titħabbar mar-riżultat u d-deċiżjoni tagħha tkun finali.
11. Kull
konkorrent irid jibgħat €10 jekk mhux membru tal-Għ.P.M. Jekk hu membru jibgħat €5 Ewro, basta jkun regolari fil-ħlas tas-Sħubija (2012).
Dan għandu jsir immaterjalment minn jekk il-konkorrent jiħux sehem b’poeżija waħda, tnejn jew tlieta. Il-ħlas għandu jsir b’ċekk,
indirizzat lis-Sur S. Sammut, u inkluż mal-poeżiji u l-envelop issiġillat
bid-dettalji ta’ min jieħu sehem. Ħlas f’bolol ma jiġix aċċettat.
12. Il-poeżiji
u l-ħlas iridu jaslu għand is-Segretarju tal-Għaqda Poeti Maltin, is-Sur
Salv. Sammut, 2, “The Quest”, Blk.R,
Trejqet il-Ġilju, Mtarfa, MTF 1430, sal-31
t’Awwissu 2012.
13. Lista
tax-xogħlijiet li jkunu waslu għand is-Segretarju tidher fuq is-sit elettroniku
tal-Għaqda kif jidher hawn fuq wara d-data tal-għeluq.
14. Id-data
taċ-Ċerimonja tal-Premjazzjoni titħabbar aktar tard.
15. Min
jonqos f’xi waħda minn dawn il-kundizzjonijiet jiġi mill-ewwel
skwalifikat.
Monday, June 24, 2013
L-Għaqda Poeti Maltin u l-Laqgħa tas-Sibt, 6 ta’ Lulju
Billi
din is-sena Rużar Briffa qed ikun imfakkar fil-50 sena minn mewtu, l-Għaqda
Poeti Maltin ħasbet biex matul il-laqgħa tal-ewwel Sibt tax-xahar li jmiss, jiġifieri
fis-6 ta’ Lulju, ikun iddedikat ftit ħin għal dan il-poeta mill-Belt Valletta.
Dr.
Carmel Mallia se jaqra esej bil-Malti bl-isem, "Il-Poeżija tat-Tbatija f'Rużar
Briffa b'referenza għall-poeta Franċiż Alfred de Vigny." Dan
l-istess studju se jkun ippubblikat fi ktejjeb ta' 24 paġna u se jkun għall-bejgħ
waqt din il-laqgħa li ssir f’Dar l-Emigrant – ħdejn dħul il-Ġnien tal-Barrakka
ta’ Fuq – bejn l-10am u 12pm. Il-ktejjeb se jinbigħ
għall-prezz ta’ €3 u l-qligħ imur għall-Għaqda
Poeti Maltin. Il-ktejjeb dwar Rużar Briffa se jkun b'xi stampi, jagħti
l-karatteristiċi tal-poeżija tat-tbatija ta' Rużar Briffa u fih Dr. Mallia
jqabbel xi punti li ħareġ ma' xi karatteristiċi tal-poeta Franċiż Alfred de
Vigny (1797-1863). Dan l-esej oriġinarjament inkiteb bl-Esperanto mill-istess
Dr. Karmenu Mallia u deher flimkien ma' esejs ta' awturi esperantisti oħra
fil-'Festlibro de A al B/por Andre' Albault', ippubblikat mill-Edition Iltis,
Franza.
Kulħadd huwa mistieden.
Se jkun hemm ukoll ħin biex dawk preżenti jaqraw kemm poeżiji ta’ Rużar Briffa
kif ukoll versi tagħhom stess.
Wednesday, June 12, 2013
Laqgħa bejn il-Kumitat u żewġ kittieba Maltin mill-Awstralja
Nhar il-Ħamis,
6 ta' Ġunju, il-membri tal-Kumitat tal-Għaqda Poeti Maltin kellhom laqgħa
informali ma' żewġ kittieba Maltin mill-Awstralja. Dawn huma Lou Drofenik minn
Melbourne, awtriċi ta' rumanzi bħal Birds of Passage, In Search of Carmen
Caruana, Of Cloves and Bitter Almonds, Cast the Long Shadow, u l-aktar reċenti,
Beloved Convict; u Frank Zammit minn Sydney, awtur ta' ġabriet ta' poeżiji bħal
Bejn Żewġ Gżiriet, Qwiel minn Fomm l-Imġarrab, u l-aktar reċenti, Mixjieti fi
Triqatek. L-Għ.P.M. u ż-żewġ kittieba Maltin-Awstraljani tkellmu dwar kif
jistgħu jitjiebu r-relazzjonijiet bejn l-Għaqda u l-kittieba Maltin
fl-Awstralja, u anki dwar kif jistgħu jissaħħu r-rabtiet bejn it-tielet
ġenerazzjoni tal-Maltin fl-Awstralja u persuni tal-istess eta' f'Malta.
Sunday, June 2, 2013
Tuesday, May 28, 2013
“Nhar is-Sibt, l-1 ta’ Ġunju, l-Għaqda Poeti Maltin qed tistieden lil dawk kollha li jixtiequ jaqraw poeżiji minn tagħhom b’liema lsien ikun f’Dar l-Emigrant, ħdejn il-Barrakka ta’ Fuq bejn l-għaxra ta’ filgħodu u nofsinhar. Kulħadd huwa ħieles li jippreżenta l-kitbiet tiegħu fuq liema ġeneru jrid imbasta dan ikun wieħed li ma joffendi lil ħadd. Qiegħda tkun ħaġa sabiħa u ta’ min jinkoraġġiha li tfal żgħar qed jitħajru jiġu biex jaqraw il-poeżiji ukoll jekk dawn ma jkunux kitbuhom huma stess. L-importanti huwa li dawn it-tfal ineħħu l-mistħija minn fuqhom.”
Saturday, May 25, 2013
Serata Ġewwa r-Razzett tal-Markiż
Għal darb'oħra, l-Għaqda Poeti Maltin, tellgħet lejla ta qari ta poeżija ġewwa r-razzett tal-Markiħ fil-Mosta. F'ambjent mill-isbaħ imżewwaq b'kuluri tal-fjuri u żiffa ħelwa, udjenza ġmielha nġabret biex tapprezza l-kitba moqrija minn membri tal-istess Għaqda.
Il-President is-Sur Charles Magro, qal illi għalkemm il-poeżija fiha t-teknika tagħha xorta kull karba jew għajta ta ferħ li toħrog mil-qalb tissejjaħ poeħija. Huwa stieden lil dawk preżenti biex jifhmu u joqgħodu attenti għal dak li se jisimgħu għax b'hekk biss wieħed iħoss sudisfazzjon tal-kitba tiegħu.
Fost il-mistednin kien hemm is-Sur Frank Zammit, Malti li jgħix ġewwa l-Awstralja, u li għamel żmien membru tal-Għaqda Poeti Maltin. Huwa qal illi jixtieq li jerġa jibda jikkorrespondi magħna u wara li qara żewġ poeżiji offra għaxar kotba tiegħu lil Għaqda Poeti Maltin.
Iżżewwaq il-poeżija kien hemm il-Mużika li din id-darba giet offruta lilna mil-kitarrist Ray Ellul li semmalna siltiet sbieħ minn tal-Beatles.
Il-grupp Talent Mosti offra kotba lil Għaqda fl-okkażjoni tal-anniversarju tagħhom. Aħna nirringrazzjawjhom talli ta kull sena joffrulna dan il-post sabiħ biex inkunu nistgħu inqattgħu sagħtejn flimkien f'ambjent tradizzjonali.
Saturday, May 18, 2013
Ikla fir-Razzett l-Antik f'Ħal Qormi
Nhar is-Sibt, 18 ta' Mejju 2013, l-Għaqda Poeti Maltin organizzat ikla għall-membri tagħha. Din saret fir-Razzett l-Antik, f'Ħal Qormi, fejn dawk preżenti setgħu jgawdu ikel tipikament Malti. Din kienet okkażjoni oħra fejn il-membri tal-Għ.P.M. setgħu jiltaqgħu u jitkellmu dwar suġġetti differenti f'atmosfera informali.
Wednesday, May 8, 2013
l-Għaqda Poeti Maltin fl-Imtarfa
Nhar is-Sibt 4 ta’ Mejju, l-Għaqda Poeti Maltin flimkien mal-Kunsill Lokali
tal-Imtarfa, tellgħu serata mużiko-poetika ġewwa l-iskola Primarja tal-istess
raħal. Għal din l-attivita’ kien hemm preżenti s-Sindku s-Sur Daniel Attard u
l-kunsilliera u membri tal-Għaqda Poeti Maltin. Kienhemm ukoll il-Kap
tal-Iskola s-sinjura Joanne Mifsud.
Is-serata fetħet b’diskors mil-Viċi President tal-Għaqda s-Sur Patrick
Sammut u kompliet b’qari ta’ poeżiji minn diversi membri tal-Għaqda u
kunsilliera. Fost il-poeti u qarrejja kienhemm wkoll żewġt itfal li qraw
poeżiji miktubin minnhom stess.
Fl-aħħar saret preżentazzjoni ta’ kotba lil-Kap tal-iskola Primarja
tal-Imtarfa u wara għamel id-diskors tiegħu is-Sindku.
Għal din l-attivita’ li ġiet ippreżentata minn Miriam Ellul. kellna bħala
mistieden il-kantant Lawrence Gray li tagħna tlett kanzunetti mil-isbaħ li
komplew żewqu din is-serata.
Subscribe to:
Comments (Atom)






