Pages

Monday, December 5, 2011

LEJLA TA’ PREMJAZZJONI - Konkors Nazzjonali ta’ Poeżija 2011


Il-Konkors Nazzjonali ta’ Poeżija organizzat mill-G]aqda Poeti Maltin [ie fi tmiemu waqt Lejla ta’ Premjazzjoni li saret il-Ħamis, 1 ta’ Diċembru 2011, fis-sala tas-Soċjetà tal-Arti, Manifattura u Kummerċ, il-Belt. Din tmexxiet mis-Segretarju, Charles Magro.
F’diskors fil-bidu taċ-ċerimonja l-President tal-Għaqda, Alfred Massa qal li sa mit-twaqqif tagħha fl-1975, l-Għ.P.M. mill-ewwel ħasbet biex tibda torganizza diversi attivitajiet ħalli tqajjem kuxjenza pubblika favor il-poeżija f’pajjiżna. Fost dawn l-attivitajiet kien hemm il-Konkors ta’ Poeżija li kellu jibda jsir kull sena. U hekk sar u hekk nittama li jibqa’ jsir. Għax dan il-Konkors qed jgħin lil ħafna poeżiji li jkunu ilhom is-snin maqfulin fil-kxaxen tal-individwi li jkunu nisġuhom.
Kull sena dan il-Konkors ġibed lejh numru konsiderevoli ta’ parteċipanti kemm poeti stabbiliti kif ukoll oħrajn prinċipjanti. L-aktar meta dan infetaħ għall-poeżiji bil-Malti, bl-Ingliż u bit-Taljan; bl-enfasi, naturalment, dejjem tkun fuq il-Malti. Imbagħad il-kelliem irringrazzja lil kulmin ħa sehem fl-organizzazzjoni tal-Konkors u feraħ lill-parteċipanti kollha, rebbieħa u mhumiex.
Wara l-Ġurija qrat ir-Rapport tagħha. Intqal li fuq nota ġenerali l-konkors kien wieħed ta’ livell tajjeb ħafna. Saru wkoll suġġerimenti lil dawk li għadhom tarjin fin-nisġa tal-versi biex jaqraw aktar poeżiji kemm ta’ poeti Maltin kif ukoll ta’ poeti barranin.
Imbagħad inqraw il-poeżiji rebbieħa u tqassmu l-Premjijiet mill-President tal-Għ.P.M., Alfred Massa. Ir-riżultat kien dan li ġej:

TAQSIMA MALTI:
1. Flaxbekk ta’ Stefano Farrugia (rebbieħ ukoll tal-Premju Buontempo);
2. Lil R ta’ Keith Azzopardi;
3. Meta l-Aħħar Xemgħa ta’ Jane Micallef.

TAQSIMA INGLIŻ:
1. The Physician ta’ Kristina Miggiani;
2. Those few moments in time ta’ Raymond Grech.

TAQSIMA TALJAN:
1. Sotto il legno crocifisso nella mia stanza ta’ Mario Attard;
2. Da capo ta’ Christine Farrugia.

Issemmew b'ġieħ poeżiji mit-tliet taqsimiet, din id-darba ta' Therese Pace, Robert Zammit, Therese Vella, Stefano Farrugia, Kevin Tanti, Keith Azzopardi u Robert Gatt.

Monday, November 21, 2011

Serata f'Ġieħ il-Prof. Ġuże' Aquilina

L-Għaqda Poeti Maltin ser torganizza Serata f'Ġieħ il-Prof. Ġuże' Aquilina (ex Membru Onararju ad vitam ) f'għeluq il-100 sena ta' twelidu, nhar is-Sibt, 17 ta' Diċembru 2011 fis-Sala tal-Kunsill Lokali, B'Kara. Il-ħin: 6.30 pm. Kulħadd mistieden biex jattendi.

Serata ta' Premjazzjoni tal-Konkors Nazzjonali tal-Poeżija

L-Għaqda Poeti Maltin tħabbar li s-Serata ta' Premjazzjoni tal-Konkors Nazzjonali tal-Poeżija 2011 se ssir nhar il-Ħamis, 1 ta' Diċembru 2011 fis-Sala tas-Soċjeta', Arti, Manifattura u Kummerċ, Triq ir-Repubblika, Valletta. Ħin: 6.30 pm. Il-parteċipanti kollha huma mistiedna biex jattendu.

Sunday, October 16, 2011

L-Għ.P.M. tfakkar lil Dun Karm



Quddiem udjenza sabiħa ferm fir-Razzett tal-Markiż, il-Mosta, l-Għaqda Poeti Maltin organizzat Serata biex tfakkar il-50 sena mill-mewt ta' Dun Karm Psaila, il-Poeta Nazzjonali tagħna.
F'diskors qasir il-President, Alfred Massa qal li jekk l-Għ.P.M. fl-imgħoddi fakkret diversi poeti lokali kemm kien xieraq tfakkar lil Dun Karm. Massa ssokta jgħid li lil dan il-poeta kbir tagħna tawh diversi titli, fosthom dawk ta' Poeta Nazzjonali, Poeta tal-Protesta u Poeta tat-Tama. Hu kkwota lill-Prof. Ġuże' Aquilina li f'artiklu fil-ħarġa speċjali tar-rivista Il-Malti (1986) kiteb illi biex wieħed jifhem tajjeb lil Dun Karm irid jifhem iż-żmien li għex fih. Fl-aħħarnett, il-kelliem irrefera wkoll għal kliem ta' Ġuże' Chetcuti, li Dun karm għadu u jibqa' magħna minħabba l-wirt kbir li ħallielna.
Fis-Serata nqraw kemm poeżiji ta' Dun Karm, oħrajn miktubin dedikati lilu, u xogħlijiet kritiċi dwar temi mill-versi dunkarmjani. Instemgħu wkoll xi Innijiet b'arranġament ta' Mro Joe Vella kantati mill-Kor Għawdxi Laudate Pueri.
Is-Serata tmexxiet mis-Segretarju tal-Għ.P.M., Charles Magro.

Lejla f'Ħal Tarxien



Il-Ġimgħa, 14 ta' Ottubru 2011, l-Għaqda Poeti Maltin ħadet sehem f'Lejla Kulturali quddiem il-knisja parrokkjali ta' Ħal Tarxien. Din kienet parti minn manifestazzjoni mqassma fuq tlett ijiem bl-isem Puniċi organizzata mill-Kunsill Lokali tal-post.
Barra kant minn kantanti stabbiliti, il-poeti preżenti qraw xogħlijiethom. It-temi kienu marbutin mar-raħal ta' Ħal Tarxien, mal-Lunzjata u mal-Istorja ta' Malta inġenerali.
F'diskors qasir fil-bidu tas-Serata, li tmexxiet b'mod eċċellenti minn Dr Joseph Axiaq, Ass. Segretarju tal-Għ.P.M., il-President Alfred Massa tkellem dwar l-importanza tal-Istorja għax minnha nistgħu nitgħallmu nibnu l-preżent aħjar u jfasslu ġejjieni xieraq għal uliedna. Massa faħħar lill-organizzaturi talli fil-programm inkludew rokna dedikata lill-Dun Karm Psaila f'għeluq il-50 sena minn mewtu.
Fil-fatt aktar tard inqraw bijografija tal-Poeta Nazzjonali u Innu li Dun Karm kiteb fl-1936 biex jitkanta fil-purċissjoni titulari tal-lokal.
Is-Sindku, il-Kav. Paul Farrugia fi tmiem is-Serata rringrazzja lil kulmin ta sehmu fis-Serata.

Thursday, October 6, 2011

Żewġ Serati mill-Għ.P.M.

Il-Ġimgħa, 14 ta' Ottubru 2011 fuq iz-zuntier tal-knisja parrokkjali ta' Ħal Tarxien fis-7.00 pm fliem mal-Kunsill Lokali. Serata Klassika imżewqa bil-kant u l-mużika. Min jiġi jġib poeżija miegħu. Kulħadd mistieden.

Is-Sibt, 15 ta' Ottubru 2011
fis-6.30 pm filPaslazz tal-Markiż, il-Mosta. Serata Poe-Mużikali f'tifkira tal-50 sena mill-mewt ta' Dun Karm, il-Poeta Nazzjonali. Min jiġi jġib miegħu poeżija/proża konnessa ma' Dun karm. Ser nisimgħu jindaqqu Innijiet miktubin minn Dun Karm. Kulħadd mistieden.

Wednesday, September 28, 2011

Lejla ta’ Poeżija internazzjonali


Nhar is-Sibt, 24 ta’ Settembru 2011 f’madwar 350 belt fi 80 pajjiż ħadu sehem f’Lejla ta’ Poeżija bit-tema Poeżija u Solidarjeta’ (Poetry and Sustainability). Malta ħadet sehem ukoll permezz tal-Għaqda Poeti Maltin li organizzat attivita’ fis-sala ewlenija tal-Kunsill Lokali ta’ Birkirkara. L-organizzaturi ta’ din l-attivita’ huma l-100 Thousand Poets for Change; għaqda fi ħdan l-universita’ ta’ Stanford ġewwa California (USA) u l-fundatur tagħha huwa Michael Rothenberg, poeta u editur tar-rivista letterarja Amerikana Bigbridge.

F’diskors qasir Alfred Massa, il-President tal-Għ.P.M., qal li l-paċi hija kelma komuni ħafna fuq fomm il-bniedem. Dan ifisser li l-paċi hija nieqsa fost il-bnedmin u li fl-istess waqt il-bnedmin huma tant imxennqin għaliha. Iżda rridu naħdmu biex ikollna l-paċi bejnietna u l-ewwel ħaġa li kull bniedem ta’ rieda tajba jrid jagħmel hi, li hu nnifsu jkollu l-paċi fih; imbagħad dan ikun jista’ jmexxiha fost ħutu l-bnedmin.

Inqraw diversi poeżiji b’ilsna differenti minn dawk preżenti, membri tal-Għ.P.M. u m’humiex, kollha bit-tema fuq imsemmija. Il-parti mużikali kienet f’idejn il-familji Ellul u Debono li komplew taw ħajja lis-Serata. Il-prezentatur kien Charles Magro.

Dawn il-poeżiji issa jinsabu fil-website tal-100 Thousand Poets for Change u huma miżmumin fl-arkivji ta’ Stanford University ġewwa California. Michael Rothenberg sejjaħ din l-attivita’ the largest poetry reading in history.

Friday, September 9, 2011

KONKORS NAZZJONALI TAL-POEŻIJA 2011

POEŻIJI PARTEĊIPANTI BIL-MALTI
POEŻIJA -- N.d.p.

1 Għajnejn -- Swordlaw
2 Int Kont Hemm -- Żelona
3 Ħsibijiet Għaslin -- Żelona
4 Venus -- Żelona
5 Xbejba f’Żernieq -- Beckett
6 Xrift mit-Tieqa l-Kaħlana -- Berkoff
7 Illum Jien Tirt ma’ Farfett -- Voltaire
8 Awtopsja Immaġinarja -- Patologu
9 Ilsien Twelidi -- Patrijott
10 Mit-Tebut -- JK3
11 Getsemani -- Patibulum
12 Paranojja -- Patibulum
13 Flaxbekk -- Patibulum
14 Reċidiv -- Awrora
15 Sanction Letter -- Awrora
16 Għanja ta’ Qalb Muġugħa -- Serħan il-Moħħ
17 Il-Fanal Serħan -- il-Moħħ
18 Lil Għawdex, Art Twelidi -- Gaulos
19 Ir-Referendum 2011 -- Balluta
20 Operat -- Uman
21 Limitazzjoni -- Saħta
22 Kuala Lumpur -- llea
23 Xiħa -- Ellea
24 Ħabel -- Ellea
25 Ħolm il-Majjistral -- Żiffa
26 Il-Bank ta’ l-iStħajjil -- Fantasia
27 Is-Sengħa tal-Kurdara -- Pietas
28 Meta l-Aħħar Xemgħa -- Gżira
29 Intir ... Intir Nixtieq -- Ir-Riħ
30 Il-Muża Kapriċċuża -- Mużetta
31 Laqgħa ma’ Ġuvnott -- L-Għarus
32 Ġesù Bambin Andrea Bell -- Carter
33 Il-Kitarra Andrea Bell -- Carter
34 Ommi, f’Jum l-Omm Andrea Bell -- Carter
35 Isimha – Ġurnata Nieqsa minn Ħinha -- Seines II
36 Ferħ ta’ dejjem -- Dunkarmjan
37 Nhar il-Festa -- Antifona
38 Kull Kalendarju -- Ad Multos Annos
39 Għaliex? -- Divorzju
40 Lix-Xemx mas-Sebħ -- Heliopolis
41 Bħali -- Ħarifa
42 It-Tajra -- Pitirross
43 Miexja -- Petali
44 Il-Klarinett -- Alfrida
45 Il-Fqir -- Agwem
46 Il-Leħen Aljen Tiegħek -- Ċerbru
47 Irkib l-Anġli, xi kultant -- Ċerbru
48 Lil r -- Ċerbru
49 Lill-Muża Tiegħi -- Kajinu

POEŻIJI PARTEĊIPANTI BlL-INGLIŻ
POEŻIJA -- N.d.p.
1 Bombing in ... -- Milady 2004
2 Missing -- Milady 2004
3 Dark Enchantment -- Milady 2004
4 The Silent Stroy-Teller -- Swordlaw
5 Invisibles Swordlaw
6 The Silence that charms me -- Awrora
7 The Question -- Balluta
8 Lipstick -- Independent
9 I wrote a song -- Life
10 The Narcissus -- Orion
11 Like Paper -- Satine
12 Bitter Sweet Memories -- J. Portelli
13 Modern Holocoust -- Peace Activist
14 Fragrance of a Lake -- Miralago
15 Dear Priest -- Bilaħx
16 Those Few Moments in Time -- Merlin
17 The Physician -- Marina Morgan

POEŻIJI PARTEĊIPANTI BIT-TALJAN
POEŻIJA -- N.d.p.
1 Il-frutto proibito -- Mariposa
2 Saudade -- Mariposa
3 Da capo -- Mariposa
4 Figli 2000 -- martedì
5 La vita in pezzi -- fiori
6 A Torre Ombra -- Cassiopea
7 Cocuzze -- Sirte
8 Dalle grandi finestre del palazzo dorato -- J. Portelli
9 Una donna unica -- Romantico
10 Sotto il legno crocefisso nella mia stanza -- Arbore
11 Spazi confusi -- Unità
12 Ġeipì – agosto 2011 -- Kajinu

Wednesday, September 7, 2011

100 Thousand Poets for Change


L-Għaqda Poeti Maltin se ttella' Serata Internazzjonali ta' Poeżija, din id-darba fis-Sala ewlenija tal-Kunsill Lokali ta' B'Kara. Il-ħin ikun fis-7pm. Kulħadd huwa mistieden li jġib miegħu poeżiji b'kull ilsien, din id-darba bit-tema "Peace and Sustainability". Din il-lejla se tkun parti minn avveniment internazzjonali li se jseħħ fl-istess jum f'pajjiżi differenti bl-isem ta' "100 Thousand Poets for Change". Dħul b'xejn

Thursday, September 1, 2011

LEJLIET TA’ POEŻIJA – FOLJU TAL-GĦAQDA POETI MALTIN

Editur: Patrick Sammut

Ħarġa Nru -- Data -- Post

1 -- 17 ta’ Novembru 2005 Ħal Balzan
Poeżiji ta’: Alfred Massa; Frans Xuereb; Raymond Grech; Mary Grace Caruana; Peter A. Caruana; Ġorġ Borg; Saviour Camilleri; Jessica Micallef; Therese Pace; Miriam Camilleri; Doris Chircop; Ninu Borg; Frans Borg; Rita Debono.

2 -- 19 ta’ Mejju 2006 Ħaż-Żabbar
Poeżiji ta’: Tarcisio Cini; Jonathan Balzan; Alfred Massa; Lino Grech; Chartles Magro; Alfred Palma; Karmenu Mallia; Matthias Ebejer; Mary Grace Caruana; Frans Borg; Ninu Borg; Raymond Grech; Alfred Calleja, Saviour Camilleri; Therese Pace; Peter A. Caruana; Patrick Sammut.

3 -- 9 ta’ Ġunju 2006 Iż-Żejtun
Poeżiji ta’:Charles Magro; Patrick Sammut; Amanda Busuttil; Tarcisio Cini; Miriam Camilleri; Mario Grech; Joseph Buttigieg.

4 -- 23 ta’ Ġunju 2006 Birkirkara
Poeżiji ta’: Gorg Borg; Carmel G. Cauchi; Alfred Massa; Charles Magro; Therese Pace; John Mallia; Joseph Bonnici; Raymond Grech; Noel Fabri; Lino Grech;Frans Baldacchino; Alfred Calleja; Miriam Camilleri; Jonathan Balzan.

5 -- 23 ta’ Lulju 2006 L-Imdina
Poeżiji ta’: Alfred Massa; Therese Pace; Gorg Borg; Carmel G. Cauchi; Emmanuel Attard Cassar; Raymond Grech; Charles Magro; Mary Grace Caruana; Joe Zammit Tabona; Peter A. Caruana.

6 -- 29 ta’ Awwissu 2006 Wied il-Għajn
Poeżiji ta’: Charles Magro; John Mallia; Mary Grace Caruana; Alfred Massa; Joseph Axiaq; Jonathan Balzan; Emmanuel Attard Cassar; Godwin Cini; Pater A. Caruana; Joe Farrugia; Emmanuel Grech; Patrick Sammut.

7 -- 2 ta’ Settembru 2006 Rabat, Għawdex
Poeżiji ta’: Alfred Massa; Charles Bezzina; Robert Gatt; Raymond Grech; Therese Pace; Doris Chircop; Patrick Sammut; Carmel Bianchi; Lino Grech.

8 -- 12 ta’ Novembru 2006 Il-Mellieħa
Poeżiji ta’: Charles Magro; Doris Chircop; Alfred Massa; Robert Gatt; David Muscat; Ernest Vella; Emmanuel Attard Cassar; John Mallia; Raymond Grech; Patrick Sammut; Lino Grech.

9 -- 19 ta’ Jannar 2007 Il-Furjana
Poeżiji ta’: Charles Magro; Therese Pace; Frans Borg; Lino Grech; Alfred Massa; Joseph Sciberras; Raymond Grech; Manol; Emmanuel Attard Cassar; Elizabeth Zammit; Bruno Zahra; John Mallia; Patrick Sammut; Joseph Bonnici; Therese Abela.

10 -- 19 ta’ Marzu 2007 L-Imsida
Poeżiji ta’: Ġużè Chetcuti; Kilin; Alfred Calleja; Claire Cachia; Raymond Grech; Therese Pace; Emmanuel Attard Cassar.

11 -- 14 ta’ April 2007 Ħal Safi
Poeżiji ta’: Godwin Ellul; Raymond Grech; Emmanuel Attard Cassar; Alfred Massa; Jonathan Balzan; Lino Grech; Therese Pace, Joseph Axiaq; Miriam Camilleri.

12 -- 22 ta’ Mejju 2007 Ħaż-Żabbar
Poeżiji ta’: Manol; John Mallia; Tarcisio Cini; Anthony Farrugia; Raymond Grech; Therese Pace; Miriam Camilleri; Ninu Borg; Alfred Calleja; Frans Borg; Joseph Bonnici; Patrick Sammut; Jessica Micallef; Claire Cachia.

13 -- 8 ta’ Ġunju 2007 Iż-Żejtun
Poeżiji ta’: John Mallia; Miriam Camilleri; Joseph Bonnici; Karmenu Caruana; Elizabeth Zammit; Therese Pace; Alfred Massa; Charles Magro; Alfred Calleja; Carmel G. Cauchi.

14 -- 28 ta’ Lulju 2007 In-Nadur, Għawdex
Poeżiji ta’: Alfred Massa; Lino Grech; Robert Gatt; Lino Grech; Raymond Grech; Charles Bezzina; Patrick Sammut; Charles Magro; Paul Portelli; J.W. Psaila.

15 -- 26 ta’ Ottubru 2007 Il-Mellieħa
Poeżiji ta’: Alfred Palma; Therese Pace; Charles Magro; John Mallia; Raymond Grech; Patrick Sammut; David Muscat; Alfred Massa.

16 -- 22 ta’ Frar 2008 Il-Birgu
Poeżiji ta’: Rina Camilleri; John Mallia; Leanne Ellul; Joseph Bonnici; Miriam Camilleri; Raymond Grech; Salv Sammut; Guido Lanfranco; Stephen Morris; Frans Borg; Therese Pace; Ninu Borg.

17 -- 28 ta’ Marzu 2008 Il-Furjana
Poeżiji ta’: Raymond Grech; Joseph Bonnici; Lino Grech; Salv Sammut; John Mallia; Rina Camilleri; Alfred Massa; Therese Pace; Leanne Ellul; Frans Borg.

18 -- 16 ta’ Mejju 2008 Il-Mosta
Poeżiji ta’: Maurice Mifsud Bonnici; Salv Sammut; Raymond Grech; Therese Pace; John Mallia; Alfred Massa; Joseph Bonnici; Andrew Sciberras; Lino Grech.

19 -- 6 ta’ Ġunju 2008 Iż-Żejtun Alfred Massa;
Poeżiji ta’: Andrew Sciberras; Joseph Bonnici; Frans Borg; Therese Pace; Ninu Borg; Raymond Grech, Daniel Schembri; Salv Sammut; Saviour Camilleri.

20 -- 29 ta’ Awwissu 2008 Ħal Għaxaq
Poeżiji ta’: Alfred Massa; Peter A. Caruana; Omar Seguna; Alfred Calleja; Amanda Busuttil; Ninu Borg; Carmnu Caruana; Frans Borg; Miriam Camilleri; John Mallia; Robert Gatt; Salv Sammut; Mary Grace Caruana; Alfred Palma; Carmel Bianchi; Maurice Mifsud Bonnici.

21 Ma ħariġx

22 -- 2 ta’ Ottubru 2008 Mosta Frans Borg;
Poeżiji ta’: Margaret Attard Baldacchino; Maurice Mifsud Bonnici; Salv Sammut; Marie Therese Vassallo; Alfred Massa; Raymond Grech; Stephen Morris; Jessica Micallef; Lino Grech; John Mallia; Mary Grace Caruana; Therese Pace; Peter A. Caruana; Miriam Camilleri; Joseph Bonnici; Feliċ Fenech.

23 -- 20 ta’ Marzu 2009 Il-Belt, Valletta
Poeżiji ta’: Alfred Massa; Miriam Camilleri; Grace Attard; Charles Magro; Salv Sammut; Lina Brockdorff; Leanne Ellul; Peter A. Caruana; Rina Camilleri; Andrew Sciberras; Georgina Aquilina; John Mallia; Therese Pace; Mr. Cassola; Rita Debono; Carmel Bianchi; Mary Grace Caruana; Joseph Bonnici; Lino Grech; Imelda Serracino Inglott.

24 -- 25 ta’ April 2009 L-Imtarfa
Poeżiji ta’: Charles Magro; Jonathan Balzan; Raymond Grech; Jane Micallef; Frans Borg; Salv Sammut; Joseph Sciberras; Omar Seguna; Therese Pace; Rita Debono Muscat; Joseph Bonnici; John Mallia; Saviour Camilleri; Peter A. Caruana; Mary Grace Caruana; Lino Grech; Ninu Borg.

25 -- 12 ta’ Ġunju 2009 Iż-Żejtun
Poeżiji ta’: Salv Sammut; Joseph Sciberras; Raymond Grech; Lino Grech; Peter A. Caruana; Miriam Camilleri; Omar Seguna; Mary Grace Caruana; Andrew Sciberras; Joseph Bonnici; Godwin Cini.

26 -- 21 ta’ Awwissu 2009 Il-Mosta
Poeżiji ta’: Emmanuel Attard Cassar; Paola Mara De Maestri; Patrick Sammut; Rita Debono; Joseph Sciberras; Charles Magro; Joseph Bonnici; Maria Grazia Caruana; Alfred Massa; Salv Sammut; Therese Pace; Miriam Ellul; Ninu Borg.

27 -- 27 ta’ Novembru 2009 Il-Furjana
Poeżiji ta’:Lino Grech; Therese Pace; Raymond Grech; Joseph Bonnici.

28 -- 8 ta’ Jannar 2010 Ħ’Attard
Poeżiji ta’: Salv Sammut; Raymond Grech; Therese Pace; Lino Grech; Peter A. Caruana; Joseph Sciberras; Ninu Borg; Patrick Sammut; John Mallia; Joseph Bonnici; Mary Grace Caruana; Joseph Sciberras (Ħ’Attard); Charles Mifsud.

29 -- 23 ta’ April 2010 L-Imtarfa
Poeżiji ta’: Charles Magro; Miriam Camilleri; Joseph Sciberras (Ħ’Attard); Salv Sammut; Peter A. Caruana; Therese Pace; Alfred Massa; Joseph Bonnici; Lino Grech; Mary Grace Caruana.

30 -- 7 ta’ Mejju 2010 Il-Belt, Valletta
Poeżiji ta’: Alfred Palma; Alice Buħagiar; Alfred Massa; Charles Magro; Therese Pace; Joseph Bonnici; Lino Grech; Alda Merini; Rita Debono Muscat; Rigu Bovingdon; Raymond Grech; Patrick Sammut; Jane Micallef.

31 -- 21 ta’ Mejju 2010 Il-Fgura
Poeżiji ta’: Charles Magro; Peter A. Caruana; Alfred Massa; Joseph Bonnici; Lino Grech; Mary Grace Caruana; Miriam Camilleri.

32 -- 13 ta’ Awwissu 2010 Ħal Tarxien
Poeżiji ta’: Raymond Grech; Emmanuel Attard Cassar; Miriam Camilleri; Ninu Borg; Salv Sammut; Jonathan Balzan; John Mallia, Therese Pace; Mary Grace Caruana; Joseph Bonnici; Joseph Sciberras (Ħ’Attard).

33 -- 3 ta’ Settembru 2010 Il-Belt, Valletta
Poeżiji ta’: Lina Brockdorff; Alfred Palma; Therese Pace; Amanda Busuttil; Raymond Grech; Andrew Sciberras; Miriam Ellul; Joseph Bonnici; Jack Vella; Lino Grech; Anthony Farrugia; Jane Micallef; Charles Mifsud; Joseph Sciberras (Ħ’Attard).

34 -- 22 ta’ Ottubru 2010 Il-Belt, Valletta
Poeżiji ta’: Alfred Massa; Dun Karm Psaila; Emmanuel Attard Cassar; Paola Mara De Maestri; Alberto Figliolia; John Mallia; Alfred Palma; Amerigo Iannacone; Joseph Bonnici; Anthony Farrugia; Lino Grech; Jane Micallef; Miriam Camilleri, Therese Pace; Carlo Liberto.

35 -- 13 ta’ Diċembru 2010 Ħal Tarxien
Poeżiji ta’: Charles Mifsud; Omar Seguna; Jonathan Balzan; Joseph Bonnici; Marlene Saliba Toledo; Mary Grace Caruana.

36 -- 25 ta’ Marzu 2011 Il-Belt, Valletta
Poeżiji ta’: Alberto Figliolia; Mario Griscti (traduzione di Alfred Palma); John Mallia; Clirim Muca; Therese Pace; Raymond Grech; Jonathan Balzan; Anthony Farrugia; Saviour Camilleri; Joseph Bonnici; Patrick Sammut; Rita Debono; Emmanuel Attard Cassar; Lino Grech.

Friday, July 29, 2011

Il-kittieb Vincenzo Maria Pellegrini mfakkar mill-Għaqda Poeti Maltin


Nhar il-Ġimgħa, 22 ta’ Lulju 2011, fis-7pm, l-Għaqda Poeti Maltin organizzat Lejla ta’ Poeżija f’ġieħ Vincenzo Maria Pellegrini, din id-darba fir-Razzett tal-Markiz Mallia Tabone fil-Mosta. Il-Lejla tmexxiet mis-Segretarju, Charles Magro. Fid-diskors introduttiv tiegħu l-President, Alfred Massa, qal li mhux l-ewwel darba li l-Għ.P.M. fakkret poeti membri tagħha. Pellegrini, li dis-sena jagħlaq mitt sena minn twelidu, kien attiv ħafna fl-Għaqda sa mill-bidu, tant li ngħata l-unur ta’ Membru Onorarju. Waqt is-serata nqraw poeżiji mill-membri preżenti b’ilsna u stili differenti u li missew temi differenti. Kien hemm ukoll parti ddedikata lil Vincenzo Maria Pellegrini: inqraw bijografija, kumment kritiku dwar il-poeżiji tiegħu u anki numru ta’ xogħlijiet mill-pinna tiegħu, u dan kollu bis-saħħa tal-membri tal-Għaqda Poeti Maltin preżenti. Is-serata ġiet imżewqa wkoll mill-mużika folk tal-kantawtur Walter Micallef, preżenza regolari waqt okkażjonijiet bħal dawn. Minn hawnhekk ħajr ukoll lill-Għaqda Filantropika Talent Mosti li pprovdiet għal darb’oħra l-post pittoresk fejn setgħet tittella’ din il-Lejla.

Tuesday, July 12, 2011

Omar Seguna jniedi ġabra ta’ poeżija ġdida f’kollaborazzjoni mal-Għaqda Poeti Maltin



Nhar il-Ġimgħa, 8 ta’ Lulju 2011, ġiet mitbugħa t-tieni ġabra ta’ poeżiji tal-poeta żagħżugħ u membru tal-Għaqda Poeti Maltin, Omar Seguna, bl-isem ta’ 24, Triq Ħad-Dwieli. Dan seħħ f’kollaborazzjoni mal-Għaqda Poeti Maltin waqt Lejla apposta li saret fl-iSkola Sekondarja tas-Subien tal-Gżira fis-7.30p.m. Il-Lejla kienet immexxija mis-Segretarju tal-Għ.P.M., is-Sur Charles Magro, li fetaħ l-okkażjoni billi qara bijografija tal-poeta żagħżugħ. Huwa fakkar ukoll li din mhix l-ewwel darba li l-Għ.P.M. għenet fit-tnedija ta’ pubblikazzjonijiet miktubin minn poeti membri tagħha. Waqt is-serata nqraw apprezzamenti kritiċi dwar din il-ġabra ġdida ta’ poeżiji minn Mario Attard u Patrick Sammut, li tkellmu dwar elementi tematiċi u stilistiċi rispettivament. Waqt is-serata kien hemm ukoll siltiet ta’ mużika fuq l-accordion mill-mużiċista Jason Bugeja. 24, Triq Ħad-Dwieli huwa ktieb li ħareġ flimkien ma’ cd li fiha wieħed jista’ jaqra, jisma’ moqrija u jara akkumpanjati minn videos u ritratti attraenti, il-poeżiji li hemm fl-istess ktieb. Dan huwa kunċett ġdid li jgħin lil dawk li mhumiex ħbieb tal-ktieb joqorbu lejn il-letteratura in ġenerali u l-poeżija in partikolari b’modi aktar moderni marbutin mat-teknoloġija tal-informatika. Lejn l-aħħar tas-serata tkellem ukoll is-sur Dorian Cassar tal-“Active Promotions”, li wera lil dawk preżenti l-proċess li wassal biex 24, Triq Ħad-Dwieli jsir ukoll xorta ta’ e-book. Is-serata ngħalqet b’diskors qasir mill-istess Omar Seguna li wara tkellem ma’ dawk preżenti u ffirma kopji tal-antoloġija poetika ġdida tiegħu. Min attenda għal din il-Lejla ta’ Tnedija fl-aħħar kien mistieden għal riċeviment żgħir li matulu kien hemm il-ħin biex membri tal-Għ.P.M. u nies oħra preżenti jitkellmu bejniethom u anki ma’ Omar Seguna.

Sunday, July 10, 2011

KONKORS NAZZJONALI TAL-POEŻIJA 2011

REGOLAMENTI
1. Kull poeżija tista’ tkun f’kull forma, ma tridx tkun itwal minn tletin (30) vers u trid tkun oriġinali u qatt imxandra jew ippubblikata qabel. Tista’ tkun bil-Malti, bl-Ingliż jew bit-Taljan.
2. Kull poeżija trid tkun ittajpjata fi tliet (3) kopji bi spazju doppju.
3. Il-Konkors hu miftuħ għal kull min għandu ‘l fuq minn 16-sena, mhux għall-Membri tal-Għ.P.M. biss. Iżda l-Membri tal-Kumitat tal-Għ.P.M. ma jistgħux jieħdu sehem.
4. Kull konkorrent jista’ jibgħat sa tliet (3) poeżiji.
5. Kull poeżija għandha tidher taħt psewdonimu. Isem il-poeżija, l-isem u l-indirizz tal-konkorrent flimkien mal-psewdonimu addottat, għandhom ikunu f’envelop issiġillat, li għandu jkun mehmuż mal-poeżiji.
6. Jingħataw tliet (3) premjijiet lill-ewwel tliet (3) poeżiji rebbieħa bil-Malti. Ir-rebbieħ ta’ l-ewwel premju jingħata wkoll il-Premju Mons. Buontempo. Jingħataw żewġ (2) premjijiet oħra għall-aħjar żewġ (2) poeżiji bl-Ingliż u żewġ (2) premjijiet għall-aħjar żewġ (2) poeżiji bit-Taljan.
7. L-Għaqda Poeti Maltin iżżomm il-jedd li tippubblika bla ħlas (għallinqas darba) il-poeżiji li jidħlu għall-Konkors.
8. Il-poeżiji li jitressqu għall-Konkors ma jingħatawx lura.
9. Ħadd ma jkollu jedd għal aktar minn premju wieħed, iżda jista’ jissemma b’ġieħ għal aktar minn poeżija waħda.
10. Il-Ġurija titħabbar mar-riżultat u d-deċiżjoni tagħha tkun finali.
11. Kull konkorrent irid jibgħat €6 jekk m’hux membru tal-Għ.P.M. Jekk hu membru jibgħat €4 Ewro, basta jkun regolari fil-ħlas tas-Sħubija (2011). Dan għandu jsir immaterjalment minn jekk il-konkorrent jiħux sehem b’poeżija waħda, tnejn jew tlieta. Il-ħlas għandu jsir b’ċekk, jew money order, indirizzat lis-Sur C. Magro, u inkluż mal-poeżiji u l-envelop issiġillat bid-dettalji ta’ min jieħu sehem. Ħlas f’bolol ma jiġix aċċettat.
12. Il-poeżiji u l-ħlas iridu jaslu għand is-Segretarju tal-Għaqda Poeti Maltin, is-Sur Charles Magro, “Darna”, 42, Triq is-Sur, Fgura, FGR 1249, sal-31 t’Awwissu 2011.
13. Lista tax-xogħlijiet li jkunu waslu għand is-Segretarju tidher fuq is-sit elettroniku tal-Għaqda kif jidher hawn fuq wara d-data tal-għeluq.
14. Id-data taċ-Ċerimonja tal-Premjazzjoni titħabbar aktar tard.
15. Min jonqos f’xi waħda minn dawn il-kundizzjonijiet jiġi mill-ewwel skwalifikat.

Wednesday, June 29, 2011

Avviżi Tal-Għaqda Poeti Maltin - Notice Board

Lulju 2011 - July 2011

Tnedija tal-ktieb diġitali tal-membru tal-Għ.P.M., Omar Seguna, nhar il-Ġimgħa, 8 ta' Lulju 2011 fis-7.30 pm.
Post: L-iskola sekondarja tas-subien, Triq Nazju Ellul, Gżira. Membri u ħbieb mistiedna.

L-Għ.P.M. se ttella' Serata f'ġieħ in-nutat V.M. Pellegrini LL.D. (ex-Membru Onorarju ad vitam tagħha) f'għeluq il-100 sena minn twelidu. Din se ssir nhar il-Ġimgħa, 22 ta' Lulju 2011 fis-7.00 pm fil-Palazz tal-Markiż, il-Mosta. Kulħadd mistieden, speċjalment il-membri li se jkollhom iċ-ċans li jaqraw il-poeżiji tagħhom ukoll.

Sunday, June 26, 2011

IL-Kelma Tal-President - Word From The President - Ġunju 2011

Mhux l-ewwel darba li lmentajt dwar in-nuqqas ta' wħud mill-membri fl-attivitajiet tal-Għaqda. Tajjeb infakkar li bosta minn dawn l-attivitajiet isiru propju għall-membri nfushom.
Bħalissa ninsabu fis-Sajf. L-attivitajiet tagħna jibqgħu għaddejjin, għalhekk wieħed jistenna li l-attendenza tal-membri tiżdied għax is-Sajf iġib miegħu inqas irbit.
Ma jdumx ma jitħabbar il-Konkors Nazzjonali tal-Poeżija 2011. Okkażjoni fejn il-membri jistgħu jesponu vrushom; immaterjali jispiċċawx rebbieħa jew le. Jisgħobbija ngħid li kultant aktar ikollna parteċipanti li mhumiex membri milli mill-membri nfushom. Dan m'għandux ikun.
Ta' min ifakkar li l-Għaqda Poeti Maltin qiegħda hemm biex tgħin qabel xejn lill-membri tagħha billi fost affarijiet oħra toffrilhom opportunitajiet biex joħorġu għad-dawl il-poeżiji li jkunu nisġu matul is-sena.
Jalla aħna l-membri ngħinu lill-Għaqda u fl-istess ħin nagħmlu użu mill-għajnuna li l-Għaqda toffri lilna.

ALFRED MASSA