Nhar is-Sibt, 4 ta' Mejju, filgħodu bejn l-10:00 u nofsinhar, l-Għaqda
Poeti Maltin tistieden lil dawk kollha, membri u mhumiex biex jiġu f'Dar
l-Emigrant, il-belt Valletta għal nofstanhar ta' qari ta' poeżiji fuq kull
ġeneru u b'kull lingwa.
Sunday, April 28, 2013
Thursday, April 25, 2013
SERATA TA’ POEŻIJA - JUM L-IMTARFA
L-GĦAQDA POETI MALTIN u l-KUNSILL LOKALI MTARFA
jistiednu lilek, ‘il-familjari tiegħek, u l-ħbieb għal Serata ta’ Poeżija u Mużika bħala parti miċ-ċelebrazzjonijiet ta’JUM L-IMTARFA.
Is-Serata se ssir is-Sibt, 4 ta’ Mejju 2012, fis-7:30 pm fl-iSkola Primarja ta’ l-iMtarfa
Ġibu l-Poeżiji tagħkom biex taqrawhom. Tistgħu taqraw ukoll poeżiji ta’ ħaddieħor. Kulħadd hu mistieden biex jieħu sehem.
jistiednu lilek, ‘il-familjari tiegħek, u l-ħbieb għal Serata ta’ Poeżija u Mużika bħala parti miċ-ċelebrazzjonijiet ta’JUM L-IMTARFA.
Is-Serata se ssir is-Sibt, 4 ta’ Mejju 2012, fis-7:30 pm fl-iSkola Primarja ta’ l-iMtarfa
Ġibu l-Poeżiji tagħkom biex taqrawhom. Tistgħu taqraw ukoll poeżiji ta’ ħaddieħor. Kulħadd hu mistieden biex jieħu sehem.
Saturday, April 20, 2013
It-Tnedija tal-Ktieb Vacanza Romane 2012
Nhar il-Ġimgħa 19 t’April saret it-tnedija tal-ktieb Vacanza Romane 2012,
liema ktieb ħareġ mil-pinna ta’ Dr. Emmanuel Attard Cassar. Il-preżentazzjoni
ġiet fdata f’idejn l-Għaqda Poeti Maltin u saret ġewwa ċ-Ċentru Kommunita’
Franġiskana tal-Furjana. Waqt din
is-serata inqraw siltiet ta’ proża u poeżija mill-ktieb u bħas-soltu kellna
tisbiħ bil-mużika u l-kant ta’ Walter Micallef.
Numru sabiħ ta’ membri tal-Għaqda
flimkien mal familja ta’ Emmanuel u membri tal-Gruppi Familji Franġiskani setgħu
virtwalment jgħaddu mit-toroq ta’ Ruma u jħossu il-ġmiel ta’ din il-Belt
eterna’, kif inhi msejħa. Il-ktieb jispjega tajjeb l-esperjenzi illi Emmanuel
għadda minnhom flimkien mal-familja tiegħu ġewwa Ruma. Waħda mil-kitbiet tiegħu,
illi ġġib l-isem ta’ Il Frate di Via Cairoli, toħodna lura għas-snin
tmenin meta l-awtur u xi ħbieb tiegħu kienu marru jżuru xi kunventi ġewwa Ruma
flimkien ma Patri Filippu, illi kien ukoll preżenti għal din is-serata.
L-introduzzjoni saret
mill-President tal-Għaqda s-Sur Charles Magro fejn qal illi kien pjaċir
tal-Għaqda illi tippreżenta dan il-ktieb ta’ membru tagħha u esprima wkoll
sodisfazzjon għan-numru mdaqqas ta’ udjenza. Huwa qal illi Ruma hija tlitt
ibliet f’waħda ... Ruma Kristjana, Ruma storika u Ruma moderna. Il-President tal-għaqda
rringrazzja wkoll lil-kantant Walter Micallef talli aċċetta l-istedina tagħna.
Wara din l-introduzzjoni Charles
Magro qara l-poeżija mil-l-istess ktieb Vacanze Romane 2012 ... Roma
u wara smajna lil Patrick Sammut jaqra s-silta Il Frate di Via Cairoli.
Il-poeżija Magnificenza nqrat minn Salv Sammut ... poeżija fejn
l-awtur jiddeskrivi mument ta’ paċi fil-kumpanija tal-familja tiegħu waqt li
qegħdin jieħdu l-fatra ġewwa l-lukanda. Un Problema Irrisolvibile
silta ħelwa mil-ktieb inqrat mis-Sur Azzopardi, membru fi ħdan il-Grupp
Familji Franġiskani.
Hawnhekk wasal il-ħin biex
Emmanuel jagħmel l-intervent tiegħu u beda billi tkellem dwar l-esperjenza illi
kellu s-sena l-oħra ġewwa Ruma, fejn mar flimkien mal-familja tiegħu biex
jakkumpanjaw lit-tifel Jack, ġewwa l-Vatikan, bħala abbati. Huwa qal illi din
l-esperjenza ġiegħlithom jikbru u jissaħħu flimkien u ħass illi għandu
jesprimniha f’dan il-ktieb. Huwa qal ukoll illi kellhom l-opportunita’ illi
jżuru Assisi, pajjiż kwiet u trankwilll kif jiddeskrivu tajjeb it-tlitt poeżiji
illi nqraw u li jġibu l-istess isem.
Wara d-diskors t’ Emmanuel inqrat
poeżija oħra tiegħu minn Omar Seguna bl-isem ta’ Percorso u fl-aħħar
inqraw ukoll poeżiji mil-membri tal-Għaqda Poeti Maltin, Therese pace u John
Mallia.
Is-serata ingħalqet minn Patri
Filippu Cutajar, li qali li kien ilu ħafna snin jaf lil Emmanuel u jħossu kburi
illi dan il-kittieb għażel iċ-Ċentru Komunita’ Franġiskana għal-preżentazzjoni
tal-ktieb tiegħu fejn wieħed jista’ jinduna wkoll bl-ispirtu Franġiskan.
Wara kulħadd baqa’ fiċ-ċentru għal-bibita.
Ippreżentat din is-serata Miriam
Ellul.
Monday, April 15, 2013
L-Għ.P.M tistieden fiċ-Ċentru Kultura Franġiskana
Tnedija tal-ktieb “Vacanze Romane 2012” ta' seħibna
Emmanuel Attard Cassar, se ssir nhar il-Ġimgħa, 19 ta' April fit-8:00 ta'
filgħaxija fiċ-Ċentru Kultura Franġiskana qrib il-Kunvent tal-Kapuċċini
tal-Furjana. L-Għaqda Poeti Maltin tistieden lil dawk li għandhom xi poeżija
b'liema lsien jixtiequ u li tkun relatata mal-Belt ta' Ruma, il-Vatikan jew
il-Belt ta' Assisi biex dakinhar jaqrawha f'dik is-serata. Grazzi,
narawkom.
Saturday, April 13, 2013
L-Għaqda Poeti Maltin - Mosta.
L-Għaqda Poeti Maltin,
f'kollaborazzjoni mal-Għaqda Filantropika Talent Mosti, se ttella' Lejla ta'
Poeżija nhar il-Ġimgħa, 24 ta' Mejju 2013, fis-7p.m. Kulħadd huwa mistieden. Min
irid jista' jġib u jaqra l-versi tiegħu b'ilsna differenti u jista' wkoll jaqra
versi ta' poeti għal qalbu. Dħul b'xejn.
Tuesday, March 12, 2013
Il-Premjazzjoni tal-Konkors Nazzjonali tat-tfal 2013
Nhar il-Ħamis, 21 ta' Marzu saret lejla ta'premjazzjoni tal-kompetizzjoni
"Poeżjija għall-istudenti ta' bejn id-disa' u l-ħdax il-sena. Għal din
il-kompetizzjoni ippateċipaw 216 il-student minn 27 skola, 6 minn Għawdex u 21
minn Malta.
Għal din is-serata li tmexxiet mis-Sur Charles Mifsud, attendew numru sabiħ
ta' studenti flimkien mal-ġenituri tagħhom. Indirizza wkoll il-laqgħa
l-President, is-Sur Charles Magro, li qassam ukoll il-premjijiet. Is-Sinjura
Therese Pace, li flimkien mas-Sur Mario Attard u S-Sur George Falzon kienu
jiffurmaw il-ġurija qrat ir-rapport tal-istess ġurija. Il-konkors intrebaħ minn:
L-ewwel, Nathaniel Debono u George Vella, li kisbu l-istess numru ta' marki.
It-tieni Gabriel Vella, u tielet Neil Vella.
Saturday, February 23, 2013
Qari ta' poeżiji s-Sibt filgħodu
Għat-tielet darba, l-Għaqda Poeti Maltin se terġa' żżomm l-appuntament tagħha għal qari ta' poeżiji kemm mill-imsieħba tagħha u kemm minn dawk mhumiex nhar is-Sibt, 2 ta' Marzu mill-10:00 sa nofsinhar fil-Belt Valletta. Kull min iħoss li għandu jesprimi ruħu f'forma poetika, huwa mistieden jattendi. It-tema hija ħielsa u tista' tkun f'kull ilsien sakemm din tkun addattata għal pubbliku. Jekk wieħed iħoss il-ħtieġa li jagħti ħjiel ta' dak li jkun se jaqra, jista' jagħmel dan ukoll. Din id-darba, biex ikun hemm ambjent aktar fejn wieħed jista' jfisser it-tqanqiliet tiegħu f'iżjed trankwillità, il-post ġie mibdul minn dak li kien sar fid-darbtejn l-oħra għal ieħor li huwa f'Dar l-Emigrant fuq ix-xellug qabel wieħed jidħol fil-Barrakka ta' Fuq.
Thursday, February 21, 2013
Serata f’ġieħ il-Professur Oliver Friġġieri
Nhar it-Tlieta 19 ta’ Frar kienet erba’ għaqdiet tal-Letteratura Maltija ... L-Għaqda Poeti Maltin, Poeżija Plus, Writers’ Club u l-Koperattiva Kulturali tal-Universita’ organizzaw serata f’ġieħ il-Professur Oliver Friġġieri. Għal din is-serata ġew mistiedna il-President ta’ Malta Dr. Gorġ Abela, il-Professur innifsu Oliver Friġġieri u l-membri tal-għaqdiet imsemmija.
Il-lejla,
li saret Palazzo de La Salle, Soċjeta’ tal-Arti, Manifattura u Kummerċ il-Belt,
bdiet b’merħba lil-President ta’ Malta fejn tkanta l-Innu Malti.
Kit
Azzopardi (Writers’ Club) ta’ merħba lil-Professur Friġġieri, lil-President ta’
Malta u lil-mistednin kollha preżenti u għamel introduzzjoni ta’ dak li kien se
jsir. Inqraw diversi xogħlijiet ta’ dan
il-kittieb mil atturi Mario Micallef, Therese Gauċi u Vanni Riolo. Il-poeżija u
l-mużika huma taħlita sabiħa ta’ espressjonijiet li joħorġu mill-qalb kif urina
tajjeb il-kantant u kompożitur Vince Fabri (Poeżija Plus). Huwa għażel poeżiji
ta’ Oliver Friġġieri u żejjinhom b’melodija mil-isbaħ.
L-erba’
għaqdiet kollha taw is-sehem tagħhom f’din is-serata u dan kien is-sabiħ ta’
din l-attivita’ fejn dawn ingħaqdu kollha għal istess għan ... dak biex jagħtu
ġieħ lil dan il-kittieb Malti.
Monday, February 18, 2013
Lejla ta' Ġieħ ad unur il-Professur Oliver Friggieri
L-Għaqda Poeti Maltin, The Writers Club u Poeżija Plus flimkien u bil-parteċipazzjoni tal-Koperattiva tal-Kultura fi ħdan l-Università ta' Malta, se jtellgħu Lejla ta' Ġieħ ad unur il-Professur Oliver Friggieri, Poeta, Rumanzier u Studjuż tal-identità Maltija. Din se ssir nhar it-Tlieta, 19 ta' Frar bejn is-6:30 u s-7:30 ta' filgħaxija fil-bini tal-Arti, Manifattura u Kummerċ, il-Belt Valletta.
Is-Sa Theresa Gauci u s-Sur Vanni Riolo se jaqraw uħud mill-poeżiji tal-Professur Oliver Friggieri waqt li s-Sur Vince Fabri se jdoqq u jkanta poeżiji oħra fuq arranġament mużikali tiegħu. Is-Sur Mario Micallef se jinterpreta silta minn “Ribell Ġentili”.
Fost mistiedna distinti oħra, din il-lejla ta' ġieħ lil Professur Oliver Friggieri se tkun onorata bil-preżenza tal-Eċċellenza Tiegħu, Dr. George Abela, President tar-Repubblika ta' Malta.
Għaldaqstant, l-Għaqda Poeti Maltin qed tistiednek li tattendi għal din is-serata.
L-attività se tittella' xahrejn u nofs wara li l-Professur kien onorat l-"Al Merito della Repubblica Italiana" mill-Italja, unur li huwa l-ekwivalenti għal Ġieħ ir-Repubblika f'Malta. Il-Professur ta kontribut kbir fil-qasam letterarju mhux biss permezz ta' kitbiet letterarji, iżda wkoll permezz ta' kitbiet akkademiċi, filwaqt li ħafna mill-istudenti tiegħu jibqgħu grati lejh għall-ġenerożità tiegħu.
L-attività se ssir fil-Palazz De La Salle, 219 Triq ir-Repubblika, il-Belt, u se tkun nhar it-Tlieta 19 ta' Frar, fis-6:30pm. Kulħadd huwa mitlub ikun bilqiegħda 10 minuti qabel. Kulħadd huwa mistieden u d-dħul huwa b'xejn. Il-Palazz huwa magħruf ukoll bħala d-dar tas-Soċjetà ta' Malta tal-Arti, il-Manufattura u l-Kummerċ (www.artsmalta.org).
Ħajr lill-Għ.P.M. tal-għajnuna tagħhom bil-kiri tas-sala, u lil Vince Fabri li aċċetta li jkanta xi poeżiji.
Friday, January 25, 2013
Monday, January 7, 2013
Qari ta' Poeżiji ġewwa Cafe' Rocher
Il-bieraħ, 5 ta' Jannar 2013, jum mill-isbaħ imżejjen bix-xemx xitwija kompla sebbaħ l-ewwel attivita' ta' qari ta' poeżiji illi saret mil Għaqda Poeti Maltin ġewwa Cafe' Rocher.
L-attendenza kienet sodisfaċenti ħafna għalkemm nixtiequ illi darb'oħra
jkun hemm numru akbar ta' membri u ta' nies illi jħobbu l-poeżija. Fost oħrajn
preżenti kienhemm Dr.Karmenu Mallia, il-moħħ wara din l-attivita', Salv Sammut,
Charles Mifsud, Omar Seguna, Godwin Ċini u Miriam Ellul illi mexxiet din
l-attivita'. Kien hemm xi wħud illi huma diġa membri fl-għaqda u anki oħrajn illi
urew ix-xewqa illi jingħaqdu magħna. Kellna taħlita ta' poeżiji illi ġew moqrija
u saħansitra kellna wkoll reċita ta' poeżija minn tifla ċkejkna. Kienet għodwa
ħelwa ħafna u nispera illi jkollna ħafna oħrajn bħala. Wara li tmajna l-qari
xi nies avviċinawna u qalulna illi ħadu pjaċir jisimgħu il-poeżiji tagħna. dan
ikompli jimlina b-aktar kuraġġ biex isiru attivitajiet bħal din.
Nieħu l-opportunita' biex nirringrazzja lis-Sid u lil-ħaddiema ta' Cafe
Rocher! Nerġgħu niltaqgħu jekk Alla jrid is-Sibt 2 ta' Frar fl-10am ġewwa Cafe'
Rocher għal-aktar qari ta' poeżiji!
Sunday, December 23, 2012
Tibdil ta' Ħin
Il-programm Wirt, Arti u Kultura se jixxandar fl-4pm minflok fil-11pm!
Il-programm Wirt ... Arti ... Kultura se jidher fuq TVM fl-24 ta’ Diċembru, lejliet il-Milied.
Il-programm Wirt ... Arti ... Kultura se jidher fuq TVM fl-24 ta’ Diċembru, lejliet il-Milied.
Friday, December 14, 2012
Poetry Reading at the Café Rocher
The Maltese Poets Association is launching a series of poetry at the café Cafe Rocher , located on the left as one enters from Gate City. This will take place on every first Saturday of each month at 10am, except when it is a holiday.
The poems read can be of any language, provided that the poet is willing to explain if the language is not one we Maltese are accustomed to.
The first meeting will take place on Saturday, 5 th January, 2013. The Maltese Poets Association members and the general public are invited to bring their poems which they would like to read.
With this, The Maltese Poets Association is giving space to Maltese poets to communicate and express their thoughts and feelings with other people, thus giving chance for their poems to be appreciated. This will be hosted in a friendly atmosphere between a cup of coffee and another.
We encourage everyone to take part in this activity.
Żjara tal-President ta' Malta
Il-President ta' Malta se jżur lir-residenti tal-Faċiltà Korrettiva ta' Kordin u jixtieq li jagħmel donazzjoni ta' kotba (l-aktar bil-Malti). Iż-żjara tal-President se ssir nhar il-21 ta' Diċembru u ż-żmien hu naqra kontrina. Għalissa min jixtieq li jagħti donazzjoni ta' kotba għandu juri x-xewqa tiegħu lis-Sur Patrick Sammut, Viċi-President tal-Għaqda Poeti Maltin fuq email address sammutpatrickj@gmail.com jew lis-Segretarju, is-Sur Salv Sammut fuq email address dorsal@maltanet.net. Wara, jingħata tagħrif kif wieħed għandu jgħaddi d-donazzjoni tiegħu.
Inħeġġu lil kulħadd biex min jista', jikkopera. Hemm il-ħsieb li jiġu msemmija l-ismijiet tad-donaturi.
Sunday, December 9, 2012
Qari ta’ Poeżiji ġewwa Cafe’ Rocher
L-Għaqda Poeti Maltin, qiegħda tniedi bidu ta’ qari ta’
poeżiji fil-kafeterija Cafè Rocher,
li tinsab fuq ix-xellug kif wieħed jidħol minn Bieb il-Belt. Din se tibda tkun
fl-ewwel Sibt ta’ kull xahar fl-għaxra ta’ filgħodu, minbarra meta dan il-jum
jaħbat festa.
Il-poeżiji
li jinqraw jistgħu jkunu b’kull ilsien li l-kittieb iħossu komdu fih, basta
l-Poeta jkun dispost biex jispjega jekk il-lingwa ma tkunx waħda minn dawk li
ssoltu aħna l-Maltin aħna esposti għaliha komunement.
Wieħed
ukoll jista’ jieħu kafè jew dak li jrid mingħand Cafè Rocher (ovvjament
kulħadd iħallas tiegħu biex ma jinħoloqx diżgwid). L-ewwel laqgħa se tkun nhar
is-Sibt, 5 ta’ Jannar, 2013. Il-Membri
tal-Għaqda Poeti Maltin u l-pubbliku ġenerali huma mistednin biex iġibu
l-poeżiji tagħhom biex jaqrawhom. Min
jippreferixxi jisma’ biss hu mistieden ukoll.
B’dan
il-mod l-Għaqda Poeti Maltin qiegħda tagħti spazju lill-kittieba Maltin
tal-poeżija biex jikkomunikaw il-ħsibijiet u l-emozzjonijiet tagħhom mal-bqija
tan-nies, u biex il-poeżiji tagħhom
ikunu apprezzati aħjar. Dan isir
f’atmosfera ta’ ħbiberija, bejn kikkra kafè u oħra. Għaldaqstant, inħeġġu lil
kulħadd biex jibda jieħu sehem f’din l-attività.
Niltaqgħu.
Subscribe to:
Comments (Atom)
.jpg)






.jpg)

.jpg)
.jpg)
.jpg)
