Pages

Friday, December 14, 2012

Żjara tal-President ta' Malta



Il-President ta' Malta se jżur lir-residenti tal-Faċiltà Korrettiva ta' Kordin u jixtieq li jagħmel donazzjoni ta' kotba (l-aktar bil-Malti). Iż-żjara tal-President se ssir nhar il-21 ta' Diċembru u ż-żmien hu naqra kontrina. Għalissa min jixtieq li jagħti donazzjoni ta' kotba għandu juri x-xewqa tiegħu lis-Sur Patrick Sammut, Viċi-President tal-Għaqda Poeti Maltin fuq email address sammutpatrickj@gmail.com jew lis-Segretarju, is-Sur Salv Sammut fuq email address dorsal@maltanet.net. Wara, jingħata tagħrif kif wieħed għandu jgħaddi d-donazzjoni tiegħu.
Inħeġġu lil kulħadd biex min jista', jikkopera. Hemm il-ħsieb li jiġu msemmija l-ismijiet tad-donaturi.    

No comments:

Post a Comment