Saturday, February 23, 2013
Qari ta' poeżiji s-Sibt filgħodu
Għat-tielet darba, l-Għaqda Poeti Maltin se terġa' żżomm l-appuntament tagħha għal qari ta' poeżiji kemm mill-imsieħba tagħha u kemm minn dawk mhumiex nhar is-Sibt, 2 ta' Marzu mill-10:00 sa nofsinhar fil-Belt Valletta. Kull min iħoss li għandu jesprimi ruħu f'forma poetika, huwa mistieden jattendi. It-tema hija ħielsa u tista' tkun f'kull ilsien sakemm din tkun addattata għal pubbliku. Jekk wieħed iħoss il-ħtieġa li jagħti ħjiel ta' dak li jkun se jaqra, jista' jagħmel dan ukoll. Din id-darba, biex ikun hemm ambjent aktar fejn wieħed jista' jfisser it-tqanqiliet tiegħu f'iżjed trankwillità, il-post ġie mibdul minn dak li kien sar fid-darbtejn l-oħra għal ieħor li huwa f'Dar l-Emigrant fuq ix-xellug qabel wieħed jidħol fil-Barrakka ta' Fuq.
Thursday, February 21, 2013
Serata f’ġieħ il-Professur Oliver Friġġieri
Nhar it-Tlieta 19 ta’ Frar kienet erba’ għaqdiet tal-Letteratura Maltija ... L-Għaqda Poeti Maltin, Poeżija Plus, Writers’ Club u l-Koperattiva Kulturali tal-Universita’ organizzaw serata f’ġieħ il-Professur Oliver Friġġieri. Għal din is-serata ġew mistiedna il-President ta’ Malta Dr. Gorġ Abela, il-Professur innifsu Oliver Friġġieri u l-membri tal-għaqdiet imsemmija.
Il-lejla,
li saret Palazzo de La Salle, Soċjeta’ tal-Arti, Manifattura u Kummerċ il-Belt,
bdiet b’merħba lil-President ta’ Malta fejn tkanta l-Innu Malti.
Kit
Azzopardi (Writers’ Club) ta’ merħba lil-Professur Friġġieri, lil-President ta’
Malta u lil-mistednin kollha preżenti u għamel introduzzjoni ta’ dak li kien se
jsir. Inqraw diversi xogħlijiet ta’ dan
il-kittieb mil atturi Mario Micallef, Therese Gauċi u Vanni Riolo. Il-poeżija u
l-mużika huma taħlita sabiħa ta’ espressjonijiet li joħorġu mill-qalb kif urina
tajjeb il-kantant u kompożitur Vince Fabri (Poeżija Plus). Huwa għażel poeżiji
ta’ Oliver Friġġieri u żejjinhom b’melodija mil-isbaħ.
L-erba’
għaqdiet kollha taw is-sehem tagħhom f’din is-serata u dan kien is-sabiħ ta’
din l-attivita’ fejn dawn ingħaqdu kollha għal istess għan ... dak biex jagħtu
ġieħ lil dan il-kittieb Malti.
Monday, February 18, 2013
Lejla ta' Ġieħ ad unur il-Professur Oliver Friggieri
L-Għaqda Poeti Maltin, The Writers Club u Poeżija Plus flimkien u bil-parteċipazzjoni tal-Koperattiva tal-Kultura fi ħdan l-Università ta' Malta, se jtellgħu Lejla ta' Ġieħ ad unur il-Professur Oliver Friggieri, Poeta, Rumanzier u Studjuż tal-identità Maltija. Din se ssir nhar it-Tlieta, 19 ta' Frar bejn is-6:30 u s-7:30 ta' filgħaxija fil-bini tal-Arti, Manifattura u Kummerċ, il-Belt Valletta.
Is-Sa Theresa Gauci u s-Sur Vanni Riolo se jaqraw uħud mill-poeżiji tal-Professur Oliver Friggieri waqt li s-Sur Vince Fabri se jdoqq u jkanta poeżiji oħra fuq arranġament mużikali tiegħu. Is-Sur Mario Micallef se jinterpreta silta minn “Ribell Ġentili”.
Fost mistiedna distinti oħra, din il-lejla ta' ġieħ lil Professur Oliver Friggieri se tkun onorata bil-preżenza tal-Eċċellenza Tiegħu, Dr. George Abela, President tar-Repubblika ta' Malta.
Għaldaqstant, l-Għaqda Poeti Maltin qed tistiednek li tattendi għal din is-serata.
L-attività se tittella' xahrejn u nofs wara li l-Professur kien onorat l-"Al Merito della Repubblica Italiana" mill-Italja, unur li huwa l-ekwivalenti għal Ġieħ ir-Repubblika f'Malta. Il-Professur ta kontribut kbir fil-qasam letterarju mhux biss permezz ta' kitbiet letterarji, iżda wkoll permezz ta' kitbiet akkademiċi, filwaqt li ħafna mill-istudenti tiegħu jibqgħu grati lejh għall-ġenerożità tiegħu.
L-attività se ssir fil-Palazz De La Salle, 219 Triq ir-Repubblika, il-Belt, u se tkun nhar it-Tlieta 19 ta' Frar, fis-6:30pm. Kulħadd huwa mitlub ikun bilqiegħda 10 minuti qabel. Kulħadd huwa mistieden u d-dħul huwa b'xejn. Il-Palazz huwa magħruf ukoll bħala d-dar tas-Soċjetà ta' Malta tal-Arti, il-Manufattura u l-Kummerċ (www.artsmalta.org).
Ħajr lill-Għ.P.M. tal-għajnuna tagħhom bil-kiri tas-sala, u lil Vince Fabri li aċċetta li jkanta xi poeżiji.
Friday, January 25, 2013
Monday, January 7, 2013
Qari ta' Poeżiji ġewwa Cafe' Rocher
Il-bieraħ, 5 ta' Jannar 2013, jum mill-isbaħ imżejjen bix-xemx xitwija kompla sebbaħ l-ewwel attivita' ta' qari ta' poeżiji illi saret mil Għaqda Poeti Maltin ġewwa Cafe' Rocher.
L-attendenza kienet sodisfaċenti ħafna għalkemm nixtiequ illi darb'oħra
jkun hemm numru akbar ta' membri u ta' nies illi jħobbu l-poeżija. Fost oħrajn
preżenti kienhemm Dr.Karmenu Mallia, il-moħħ wara din l-attivita', Salv Sammut,
Charles Mifsud, Omar Seguna, Godwin Ċini u Miriam Ellul illi mexxiet din
l-attivita'. Kien hemm xi wħud illi huma diġa membri fl-għaqda u anki oħrajn illi
urew ix-xewqa illi jingħaqdu magħna. Kellna taħlita ta' poeżiji illi ġew moqrija
u saħansitra kellna wkoll reċita ta' poeżija minn tifla ċkejkna. Kienet għodwa
ħelwa ħafna u nispera illi jkollna ħafna oħrajn bħala. Wara li tmajna l-qari
xi nies avviċinawna u qalulna illi ħadu pjaċir jisimgħu il-poeżiji tagħna. dan
ikompli jimlina b-aktar kuraġġ biex isiru attivitajiet bħal din.
Nieħu l-opportunita' biex nirringrazzja lis-Sid u lil-ħaddiema ta' Cafe
Rocher! Nerġgħu niltaqgħu jekk Alla jrid is-Sibt 2 ta' Frar fl-10am ġewwa Cafe'
Rocher għal-aktar qari ta' poeżiji!
Sunday, December 23, 2012
Tibdil ta' Ħin
Il-programm Wirt, Arti u Kultura se jixxandar fl-4pm minflok fil-11pm!
Il-programm Wirt ... Arti ... Kultura se jidher fuq TVM fl-24 ta’ Diċembru, lejliet il-Milied.
Il-programm Wirt ... Arti ... Kultura se jidher fuq TVM fl-24 ta’ Diċembru, lejliet il-Milied.
Friday, December 14, 2012
Poetry Reading at the Café Rocher
The Maltese Poets Association is launching a series of poetry at the café Cafe Rocher , located on the left as one enters from Gate City. This will take place on every first Saturday of each month at 10am, except when it is a holiday.
The poems read can be of any language, provided that the poet is willing to explain if the language is not one we Maltese are accustomed to.
The first meeting will take place on Saturday, 5 th January, 2013. The Maltese Poets Association members and the general public are invited to bring their poems which they would like to read.
With this, The Maltese Poets Association is giving space to Maltese poets to communicate and express their thoughts and feelings with other people, thus giving chance for their poems to be appreciated. This will be hosted in a friendly atmosphere between a cup of coffee and another.
We encourage everyone to take part in this activity.
Żjara tal-President ta' Malta
Il-President ta' Malta se jżur lir-residenti tal-Faċiltà Korrettiva ta' Kordin u jixtieq li jagħmel donazzjoni ta' kotba (l-aktar bil-Malti). Iż-żjara tal-President se ssir nhar il-21 ta' Diċembru u ż-żmien hu naqra kontrina. Għalissa min jixtieq li jagħti donazzjoni ta' kotba għandu juri x-xewqa tiegħu lis-Sur Patrick Sammut, Viċi-President tal-Għaqda Poeti Maltin fuq email address sammutpatrickj@gmail.com jew lis-Segretarju, is-Sur Salv Sammut fuq email address dorsal@maltanet.net. Wara, jingħata tagħrif kif wieħed għandu jgħaddi d-donazzjoni tiegħu.
Inħeġġu lil kulħadd biex min jista', jikkopera. Hemm il-ħsieb li jiġu msemmija l-ismijiet tad-donaturi.
Sunday, December 9, 2012
Qari ta’ Poeżiji ġewwa Cafe’ Rocher
L-Għaqda Poeti Maltin, qiegħda tniedi bidu ta’ qari ta’
poeżiji fil-kafeterija Cafè Rocher,
li tinsab fuq ix-xellug kif wieħed jidħol minn Bieb il-Belt. Din se tibda tkun
fl-ewwel Sibt ta’ kull xahar fl-għaxra ta’ filgħodu, minbarra meta dan il-jum
jaħbat festa.
Il-poeżiji
li jinqraw jistgħu jkunu b’kull ilsien li l-kittieb iħossu komdu fih, basta
l-Poeta jkun dispost biex jispjega jekk il-lingwa ma tkunx waħda minn dawk li
ssoltu aħna l-Maltin aħna esposti għaliha komunement.
Wieħed
ukoll jista’ jieħu kafè jew dak li jrid mingħand Cafè Rocher (ovvjament
kulħadd iħallas tiegħu biex ma jinħoloqx diżgwid). L-ewwel laqgħa se tkun nhar
is-Sibt, 5 ta’ Jannar, 2013. Il-Membri
tal-Għaqda Poeti Maltin u l-pubbliku ġenerali huma mistednin biex iġibu
l-poeżiji tagħhom biex jaqrawhom. Min
jippreferixxi jisma’ biss hu mistieden ukoll.
B’dan
il-mod l-Għaqda Poeti Maltin qiegħda tagħti spazju lill-kittieba Maltin
tal-poeżija biex jikkomunikaw il-ħsibijiet u l-emozzjonijiet tagħhom mal-bqija
tan-nies, u biex il-poeżiji tagħhom
ikunu apprezzati aħjar. Dan isir
f’atmosfera ta’ ħbiberija, bejn kikkra kafè u oħra. Għaldaqstant, inħeġġu lil
kulħadd biex jibda jieħu sehem f’din l-attività.
Niltaqgħu.
Wednesday, November 21, 2012
Intervisti għal fuq it-televiżjoni
Wara kuntatti illi kelli mas-Sur Manwel Cassar, ġietna l-opportunita’ illi
jkollna spazju waqt programm fuq T.V.M. Għalhekk it-Tnejn, 19 ta’ Novembru nġibdu filmati ta’intervisti u qari ta’ poeżiji
ġewwa l-post fejn isiru l-laqgħat tal-Għaqda Poeti Maltin. Il-membri tal-kumitat illi ġew intervistati huma: Is-Sur Charles Magro, president, is-Sur Patrick
Sammut, viċi president u s-Sur Charles Mifsud. Inqraw ukoll xi poeżiji dwar
il-Milied li ħarġu mill-pinna ta’ dawn l-istess poeti fosthom poeżija tas-Sur
Salv Sammut illi dak in nhar ma setax jattendi. Il-president Charles Magro
tkellem fuq il-bidu tal-Għaqda u dwar l-attivitajiet illi jsiru ta’ kull xahar.
Patrick Sammut semma’ l-kuntatti illi għandna ma pajjiżi barranin permess
tal-poeżija u s-Sur Charles Mifsud qal illi l-poeżija hija intima’ għax ħierġa
mil-qalb u turi l-emozzjonijiet tal-bniedem.
Il-programm Wirt ...
Arti ... Kultura se jidher fuq TVM fl-24 ta’ Diċembru, lejliet il-Milied u
l-ħin eżatt ngħidulkom iktar tard malli nkun naf.
Bis-saħħa ta’ dawn
l-intervisti l-poeżija tibda tiġi aktar apprezzata u anki il-pubbliku jsir jaf
aktar bl-Għaqda tagħna.
Tajjeb illi nniżlu din
id-data fid-djarji tagħna sabiex niftakru illi għandna nassistu għal-programm Wirt
... Arti ... Kultura illi se jkollu spazju speċjali għal-Għaqda Poeti
Maltin ... l-Għaqda illi għalina hija tant għażiża!
Miriam Ellul PRO.
Tuesday, November 20, 2012
KONKORS NAZZJONALI TAL-POEŻIJA 2012 NATIONAL POETRY COMPETITION 2012
Il-Konkors Nazzjonali tal-Poeżija
2012, li l-Għaqda Poeti Maltin nediet fl-1 ta’ Lulju 2012, ġie fi tmiemu
b’Serata ta’ Premjazzjoni li saret il-Ġimgħa, 16 ta’ Novembru, fis-sala tas-Soċjetà
tal-Arti, Manifattura u Kummerċ, il-belt Valletta.
Din is-sena wkoll kien hemm għadd
sabiħ ta’ konkorrenti, Membri tal-Għaqda Poeti Maltin u mhumiex.
Il-Ġurija li eżaminat il-poeżiji
kienet magħmula mis-Sinjuri George Falzon, Louis Briffa u l-Inġ. Maurice Mifsud
Bonnici.
Il-Konkors kellu tliet taqsimiet:
tal-Malti, tal-Ingliż u tat-Taljan.
Ir-rebbieħa f’kull kategorija kienu dawn li ġejjin:
Bit-Taljan ġiet fl-Ewwel Post
il-poeżija “Intimità” ta’ Christine
Borg Farrugia. Fit-Tieni Post ġiet
“Patéma” ta’ Mario Attard.
Fit-taqsima tal-Ingliż l-Ewwel ġiet
il-poeżija “Blue Tongued Lizard” ta’
Donovan Gatt. It-Tieni ġiet “Vaudeville” ta’ Kristina Miggiani.
L-Ewwel fit-Taqsima tal-Malti ġiet
il-poeżija “Bersall”, ta’ Therese Pace.
Fit-Tieni Post ġiet il-poeżija “Nawfraġju Ieħor” ta’ Stefano Farrugia. Fit-Tielet Post ġiet il-poeżija “Rabta”, ta’
Mark Amaira.
Therese Pace ngħatat ukoll il-Premju
‘Mons. Amante Buontempo’, bħala r-Rebbieħa assoluta tal-Konkors Nazzjonali
tal-Poeżija 2012.
AWARDS
The National Poetry Competition
2012, that the Maltese Poets Association ħad launched on the 1st. July, was
concluded during an Evening of Awards on Friday, 16th November, at the hall of
the Society of Arts, Manufacture and Cmmerce in Valletta.
As in the past editions this year
there was also a good number of competitors, Membrs of the Association, and
non-Members.
The Board that examined the poems
was made up of Mr. George Falzon, Mr. Louis Briffa and Ing. Maurice Mifsud
Bonnici.
The competition had three sections:
Poems could participate in Maltese, English and Italian.
The winners of each section are as
follows:
The poem in the Italian section,
classified in the First Place was “Intimità”
by Christine Borg Farrugia. Second Place
was given to “Patéma” by Mario Attard.
In the English section, the poem
classified in the First Place was “Blue
Tongued Lizard” by Donovan Gatt.
Second was “Vaudeville” by
Kristina Miggiani.
The First poem in Maltese was “Bersall”, by Therese Pace. Second was “Nawfraġju Ieħor” of Stefano
Farrugia. Third Place was given to the
poem “Rabta”, a poem by Mark Amaira.
Therese Pace was also awarded the
‘Mons. Amante Buontempo’ Prize, as the overall winner of the National Poetry
Competition 2012.
Saturday, November 3, 2012
L-GĦPM Ser tipparteċipa Waqt Il-Fiera Tal-Ktieb
Membri tal-Għaqda Poeti Maltin se jaqraw xogħolijiet tagħhom waqt il-Fiera
tal-Ktieb.
07-11-2012 Omar Seguna
6.00pm-6.30pm
08-11-2012 Omar Seguna 6.00pm-6.30pm
09-11-2012 Godwin Ċini
5.15pm-5.30pm
10-11-2012 Salv Sammut 5.30pm-6,00pm
10-11-2012 Miriam Ellul 6.00pm-6.30pm
11-11-2012 Leanne Ellul 3.00pm-3.30pm
11-11-2012 Joseph Sciberras 6.00pm-6.30pm
11-11-2012 Emmanuel Attard Cassar 6.00pm-6.30pm
Saturday, October 27, 2012
LEJLA TA’ POEŻIJA F’ĠIEĦ ANTON BUTTIGIEG
Nhar il-Ġimgħa, 26 ta’ Ottubru 2012, fis-7p.m., l-Għaqda Poeti Maltin, tellgħet Lejla ta’ Poeżija f’ġieħ il-“Poeta tan-Natura”, Anton Buttigieg. Din id-darba l-post magħżul kien ir-Razzett tal-Markiż Mallia Tabone fil-Mosta (li llum hu wkoll Ċentru Kulturali Nazzjonali), immexxi mill-Għaqda Filantropika Talent Mosti. Il-lejla tmexxiet mill-P.R.O. tal-Għ.P.M., Miriam Ellul. Id-diskors tal-ftuħ sar mill-President ta’ din l-għaqda, Charles Magro. Hu qal li hu xieraq li jitfakkar il-mitt anniversarju mill-mewt ta’ dan il-poeta li kien ukoll President ta’ Malta. Fakkar li Buttigieg kiteb bosta poeżiji dwar in-natura għax hemm kien isib is-serħan u l-armonija, filwaqt li kien jemmen li l-bniedem ftit għandu post fil-versi tiegħu ladarba dan hu sinonimu ta’ qirda. Wara nqraw bijografija ta’ Anton Buttigieg u studju kritiku dwar il-forom metriċi u prosodiċi mħaddma minn dan il-poeta matul is-snin. Il-membri tal-Għ.P.M. qraw għadd ta’ poeżiji kemm miktubin mill-istess Anton Buttigieg, kif ukoll poeżiji oriġinali - miktubin minn xi membri tal-Għ.P.M. u persuni preżenti - ispirati minn dan il-poeta romantiku. Għal din is-serata kienu preżenti t-tliet ulied ta’ Anton Buttigieg: Dr. John Buttigieg, is-Sinjura Rose Brincat u Dr. Emmanuel Buttigieg, magħruf ukoll bħala Manol. Dan tal-aħħar qara tliet poeżiji minn tiegħu ddedikati lil missieru, filwaqt li Dr. John Buttigieg irrakkonta xi aneddoti interessanti dwar meta kien jgħix ma’ missieru fil-Ħamrun. Għal darb’oħra l-intervalli mużikali tħallew f’idejn il-kantanta lirika Analise Sciriha li żewqet is-serata billi kantat għanjiet klassiċi b’ilsna differenti. Wara s-serata kien hemm bibita għal dawk li attendew.
Sunday, October 21, 2012
Lejla Anton Buttigieg
Nhar
il-Ġimgħa 26 ta' Ottubru, fis-7 p.m., l-Għaqda Poeti Maltin, flimkien mal-Għaqda
Filantropika Talent Mosti, se ttella' Lejla ta' Poeżija oħra, din id-darba biex
tfakkar il-100 sena mit-twelid tal-poeta Għawdxi, Anton Buttigieg. Il-post se
jkun fir-Razzett tal-Markiż fil-Mosta, wara r-Rotunda.
Dawk li jattendu se jkollhom ukoll ħin biex jaqraw il-poeżiji tagħhom. Waqt is-serata f'ġieħ Anton Buttigieg jistgħu jinqraw kemm poeżiji tal-Poeta kif ukoll poeżiji dwar dan il-"Poeta tan-Natura" miktubin minn dawk li jattendu.
Kulħadd huwa mistieden u d-dħul huwa b'xejn.
Dawk li jattendu se jkollhom ukoll ħin biex jaqraw il-poeżiji tagħhom. Waqt is-serata f'ġieħ Anton Buttigieg jistgħu jinqraw kemm poeżiji tal-Poeta kif ukoll poeżiji dwar dan il-"Poeta tan-Natura" miktubin minn dawk li jattendu.
Kulħadd huwa mistieden u d-dħul huwa b'xejn.
Friday, October 19, 2012
L-Għaqda Poeti Maltin taħtar Membru Onorarju ġdid
Nhar il-Ħamis, 18 ta’ Ottubru, fis-7 p.m., fis-sala ewlenija tas-Soċjetà tal-Arti Manifattura u Kummerċ, l-Għaqda
Poeti Maltin tellgħet Lejla ta’ Poeżija u Mużika li matulha ħatret lis-Sur Rigu
Bovingdon bħala Membru Onorarju tagħna. Il-lejla infetħet mill-President
tal-Għ.P.M., is-Sur Charles Magro, li fid-diskors tiegħu fakkar li l-Għaqda
ilha mwaqqfa sa mill-1975 u li matul dawn is-snin kollha ħatret bosta Membri
Onorarji bħal Karmenu Vassallo, Ġorġ Zammit, Ġużè Aquilina, Ġużè Chetcuti, Wallace Gulia, Ġorġ Pisani,
patri Wistin Born, imma anki oħrajn reċenti bħal V.M. Pellegrini, Carmel
Mallia, Ġianninu Cremna, il-Kan. Joe Meilaq, Kelinu Vella Haber, Marċell Mizzi,
Alfred Palma, Lina Brockdorff u Peter Caruana. Magro fakkar ukoll li matul dawn
is-snin l-Għaqda gawdiet prestiġju kbir bħalma kienu l-għaxar edizzjonijiet
tal-Premio Città di
Valletta li kien taħt il-Patroċinju tal-President ta’ Malta u li kien jingħata
lil personalitajiet li jkunu eċċellaw f’oqsma artistiċi differenti. Magro
sostna li isem l-Għ.P.M. huwa magħruf u maħbub anki barra minn Malta, inkluż
fl-Awstralja, fejn għandha wkoll il-membri tagħha. Qal ukoll li l-ħatra ta’
Bovingdon bħala Membru Onorarju żgur għandha sservi ta’ spinta lill-istess
Għaqda biex isimha jkompli jinfirex fil-kontinent Awstraljan.
Il-lejla tmexxiet mis-Sinjura Miriam Ellul, il-P.R.O., li qrat ukoll
bijografija tal-mistieden speċjali. Is-Sur Paul Buhagiar ipprovda l-intervalli
mużikali b’kanzunetti b’ilsna differenti. Waqt il-lejla l-membri preżenti qraw
xi poeżiji minn tagħhom bit-tliet ilsna ewlenin, waqt li tkellmu fil-qosor dwar
l-isfond tal-poeżiji tagħhom. Il-lejla laħqet il-quċċata meta Rigu Bovingdon
qara waħda mill-poeżiji tiegħu, miktuba b’Malti mill-isbaħ u mirqum. Wara,
il-President, Charles Magro, u l-viċi-President, Patrick Sammut, ippreżentaw
id-diploma ta’ ħatra bħala Membru Onorarju tal-Għaqda Poeti Maltin lil Rigu
Bovingdon, flimkien ma’ xi kopji tal-antoloġiji poetiċi li l-Għaqda ppubblkat
matul is-snin u medalja. F’diskors qasir, Bovingdon esprima l-ħajr tiegħu
għall-fiduċja li l-Għ.P.M. wriet fih u ħeġġeġ lil dawk preżenti biex jiftakru
f’dawk il-Maltin kollha li ħallew lil art twelidhom biex bnew il-familji
tagħhom f’pajjiżi barranin, imma li xorta baqgħu jħobbu lil Malta b’qalbhom
kollha.
Fl-aħħar is-Sur Rigu Bovingdon ippreżenta lill-President tal-Għ.P.M.
ċekk ta’ 100 Ewro bħala turija ta’ ħajr fl-Għaqda msemmija.
Subscribe to:
Comments (Atom)






.jpg)

.jpg)
.jpg)
.jpg)
