Għażiż Membru,
Għaddew tliet snin u reġa’ wasal iż-żmien li l-Għaqda Poeti Maltin ikollha Kumitat ġdid biex imexxi l-Għaqda għat-tliet snin li jmiss. Għal dan l-għan, se ssir il-Laqgħa Ġenerali Triennali tal-Għaqda nhar is-Sibt, 31 ta’ Jannar fis-Sala tal-Konferenzi ġewwa l-Ministeru tal-Edukazzjoni u Impjiegi, Triq l-Assedju l-Kbir, fil-Furjana. Il-ħin huwa fid-9:30 ta’ filgħodu.
Għaldaqstant, huwa dmir tiegħek bħala membru li tattendi għal din il-Laqgħa. L-aġenda hija din:
1. Qari tal-Minuti tal-aħħar Laqgħa Ġenerali Triennali 2012-2014
2. Korrispondenza
3. Rapport Amministrattiv
4. Rapport Finanzjarju
5. Emendi għall-Istatut
6. Diskors tal-President
7. Elezzjoni għall-Kumitat 2015-2017
8. Ħwejjeġ Oħra
Mill-ġdid nappella l-attendenza u s-sehem tiegħek f’din il-Laqgħa Ġenerali Triennali.
Tislijiet,
________________
Salv Sammut,
Segretarju,
2, “The Quest”, Block R,
Trejqet il-Ġilju,
Mtarfa MTF 1430
Saturday, January 24, 2015
Tuesday, December 9, 2014
Premjazzjoni 2014
KONKORS
NAZZJONALI TAL-POEŻIJA
‘MONS.
AMANTE BUONTEMPO’ 2014
Serata
tal-Premjazzjoni
Il-Ħamis,
4 ta’ Diċembru 2014, saret is-Serata ta’
Premjazzjoni tal-Konkors Nazzjonali tal-Poeżija ‘Mons. Amante
Buontempo’.
Fid-diskors
tal-ftuħ tas-Serata l-President tal-Għaqda Poeti Maltin qal li
kulħadd jidħol għall-konkorsi biex jirbaħ.
Iżda f’ebda konkors ma jista’ jirbaħ
kulħadd. Fil-proċess tal-għażla
l-Għaqda
Poeti Maltin tagħmel minn kollox biex tkun trasparenti kemm jista’
jkun. Il-Ġurija, komposta minn membri differenti kull sena, taħdem
b’reqqa kbira biex tkun kemm jista’ jkun mill-aktar ġusta,
għalkemm tibqa’ l-problema tas-soġġettività li qatt ma tista’
tkun evitata għal kollox.
Il-Ġurija
kienet komposta mill-Kav. Carmel Bianchi (Chairman),
u mis-Sinjuri Marlene Saliba u Josef Borg. Fir-rapport tal-Ġurija
nkiteb li l-ġibda u n-namra għall-poeżija
qegħdin
jimmaturaw, anki f’dawk li għadhom
jibdew jiktbu l-poeżija. Is-sottomissjonijiet għall-Konkors
kienu tajbin ħafna, b’uħud minnhom jilħqu wkoll livell għoli.
Il-poeżiji
rebbieħa
huma:
Sezzjoni
tal-Malti
L-Ewwel
(Rebbieħa assoluta tal-Konkors): “ADAGIO”
ta’ Manwel Cassar
It-Tieni:
“JIEN HU L-BEDWIN” ta’ Raymond Grech
It-Tielet:
“BINTI TAR-RAMEL” ta’ Jonathan Balzan
Sezzjoni
tat-Taljan
L-Ewwel:
“ZACHOR” ta’ Mario Attard
It-Tieni:
“TRISTEZZA
D’ANIMA”
ta’ Dr Michelle Muscat
Sezzjoni
tal-Ingliż
L-Ewwel:
“MOTHER
TREE”
ta’ Therese Pace
It-Tieni:
“MY
SILENT CRY”
ta’ Josianne X. Azzopardi
Poeżiji
Msemmijin B’Ġieħ
“JISSOKTA”
ta’ Mary Anne Camenzuli
“IN-NISĠA
BEJN SĦABA U JIEN” ta’ Guido Lanfranco
“KELLIMNI
ĦA TGĦIDLI X’QED JGĦIDU” ta’ Dr Alfred Grech
“MATUTIN”
ta’ Stefano Farrugia
“MA
TAFX” ta’ Mary Anne Camenzuli
“THE
GRIM REALITY”
ta’ Dr Joe Zammit Tabona
“RICORDI
DI AUSCWITCH”
ta’ Alfred Palma
Sunday, November 9, 2014
JUM IL-PREMJAZZJONI 2014
L-Għaqda Poeti Maltin tixtieq tinforma lil dawk kollha li pparteċipaw fil-Konkors Nazzjonali tal-Poeżija – 2014, li l-jum tal-premjazzjoni se jkun nhar il-Ħamis, 4 ta’ Diċembru, 2014, fis-6:30 ta’ filgħaxija ġewwa s-Sala tal-Konferenzi fil-Ministeru tal-Edukazzjoni u Impjiegi fi Triq l-Assedju l-Kbir ftit ’l isfel mil-lukanda Phoenicia. Id-dħul huwa mill-bieb li jħares lejn il-parkeġġ tal-karozzi u l-grawnd tal-futbol tal-Furjana. Il-parteċipanti kollha huma mħeġġa biex jattendu għal din is-serata.
Saturday, November 8, 2014
Poeti per la pace
L-Għaqda Poeti Maltin irċeviet il-premju "Poeti per la pace", fl-ewwel eduzzjoni tal-Premju "Cibo di Civiltà" għall-arti, poezija u soidarjeta' fis-Serata ta' Solidarjeta' għall-Unicef. Is-serata ta' premjazzjoni saret fis-6 ta' Novembru 2014 ġewwa Ġenova.
http://www.everyonegroup.com/it/EveryOne/MainPage/Entries/2014/11/5_Serata_di_Solidarieta_per_UNICEF_a_Genova.html
http://www.everyonegroup.com/it/EveryOne/MainPage/Entries/2014/11/5_Serata_di_Solidarieta_per_UNICEF_a_Genova.html
Sunday, October 5, 2014
Messaġġ għal JUM IL-POEŻIJA 15 ta’ Ottubru 2014
Fil-15 ta’ Ottubru ta’ kull sena f’Malta niċċelebraw Jum il-Poeżija. Fl-istess ġurnata niċċelebraw ukoll Jum Dun Karm Psaila, il-Poeta Nazzjonali Malti.
Dan għandu jkun jum speċjali għalina li nħobbu l-poeżija minħabba l-konvinzjoni tagħna li l-poeżija tista’ tkun katalista għall-paċi bejn il-bnedmin.
Jekk hux b’kumbinazzjoni jew le ma nafx ngħid, iżda l-ġurnata tal-15 ta’ Ottubru tfakkar ukoll lill-Għaqda Poeti Maltin fil-ġurnata tat-twelid tal-Fundatur tagħha, Mons. Amante Buontempo, li nzerta wkoll li din is-sena l-Għaqda Poeti Maltin qiegħda tfakkar l-għaxar sena minn mewtu.
Bil-poeżij tiegħu Mons. Buontempo kien impenjat sewwa soċjalment favur il-paċi. Kien joħodha bi kbira wisq kontra dawk l-imħuħ li ma jafux jgħixu fis-sliem u li b’għemilhom inisslu l-inkwiet kull ħin u kull fejn ikunu.
Il-poeżija, minnha nnifisha, tnissel is-serħan u l-kalma; mhux fil-poeta biss, iżda wkoll f’min jismagħha jew jaqraha. L-awgurju tagħna hu li dan is-sentiment jasal għand kulħadd, jitħaddan minn kulħadd, biex hekk ninsew id-differenzi ta’ bejnietna u ngħixu aħjar flimkien.
Charles Magro, BA, MOM
President
Wednesday, September 17, 2014
Monday, September 15, 2014
PRESS RELEASE
In the Main Foyer of Mater Dei Hospital, between the 24th of September and the 8th of October, an exhibition of Poetry posters by Poet Lucilla Maclaren Spillane from her book of verse "ANOTHER SEEING and other poems" will be held for public viewing.
Lucilla Maclaren Spillane, born in England but residing in Malta and Ireland, is a poet of deep emotional feelings based on personal experiences.
The exhibition will be inaugurated on Wednesday, 24th September at 7:30 in the evening by Her Excellency, the President of the Republic of Malta, Dr. Marie Louise Coleiro Preca, when the book will be launched in Malta. Ten English poems and their equivalent translated Maltese versions will be recited by members of Għaqda Poeti Maltin (Għ.P.M.) with Mr Alex Manché playing the Mater Dei Grand Piano in the intervals. The event is being organised by Għ.P.M. and the exhibition will benefit the Caritas Malta Epilepsy Association (CMEA).
Attendance at the inauguration is strictly by formal invitation, but the 14-day exhibition will be open to the General Public.
Fil-Foyer tal-isptar Mater Dei, bejn l-24 ta’ Settembru u t-8 ta’ Ottubru, se tittella’ eżebizzjoni ta’powsters ta’ Poeżiji mill-Poeta Lucilla Maclaren Spillane mill-ktieb tal-poeżiji tagħha “ANOTHER SEEING and other poems” li dawn se jkunu għal wiri tal-pubbliku.
Lucilla Maclaren Spillane, imwielda l-Ingilterra imma tgħix kemm f’Malta u kemm fl-Irlanda hija Poeta bi tqanqiliet emozzjonali profondi bażati fuq esperjenzi personali.
L-eżebizzjoni se tiġi inawgurata nhar l-Erbgħa, 24 ta’ Awwissu fis-7:30 ta’ filgħaxija mill-Eċċellenza Tagħha, il-President tar-Repubblika ta’ Malta, Dr. Marie Louise Coleiro Preca waqt li l-ktieb “ANOTHER SEEING and other poems” se jkun inawgurat f’Malta. Għaxar poeżiji bl-Ingliż u t-traduzzjonijiet tagħhom bil-Malti se jkunu moqrija minn membri tal-Għaqda Poeti Malti (GĦ.P.M.) bil-parteċipazzjoni tas-Sur Alex Manche li se jdoqq biċċiet mużikali fuq il-pjanu tal-Isptar Mater Dei bejn l-intervalli. Din l-attivita hija organizzata mill-Għaqda Poeti Maltin (GĦ.P.M.) u mill-eżebizzjoni se tibbenefika l-Caritas Malta Epileptic Association (CMEA).
L-attendenza waqt l-inawgurazzjoni hija strettament b’invit formali, iżda matul l-erbatax-il jum tal-eżebizzjoni hi miftuħa għall-pubbliku ġenerali.

Friday, September 12, 2014
Poeżiji Li Daħlu Għall-Konkors 2014
KONKORS NAZZJONALI TAL-POEŻIJA - 2014 -MALTIN
Nru Isem tal-Poeżija Psewdonomu
1. TWELID IL-POEŻIJA 19 ta’ Ottubru 2013
2. IN-NISĠA BEJN SĦABA U JIEN Nubilus
3. HEKK JGĦADDI L-ĦIN Sysiphus
4. KELLIMNI ĦA TGĦIDLI X’QED JGĦIDU Sysiphus
5. FI PJAZZA REĠINA Sysiphus
6. WERQA SOLITARJA Sveva
7. L-GĦALLIEM Sveva
8. L-IMĦABBA T’OMM Sveva
9. MATUTIN Sogħba
10. GĦASFUR BLA TITJIRA Sogħba
11. L-AĦĦAR BIKJA Sogħba
12. ID F’ID Toninu
13. REĊTA Tnabar
14. JIENA HU L-BEDWIN Ramel
15. SANTWARJU TAT-TAFAL Jiena
16. IBEN IL-GĦALI Angel
17. IL-QAMAR U N-NAMRAT Angel
18. WASALT MILIED Sibtni
19. IL-PONT Wirt
20. KEMM NIXTIEQ Kylkay
21. IL-MIDJA Kylkay
22. BEWSA Kylkay
23. SOLUZZJONIJIET BABAW Bla Ktajjen
24. IL-MAGNI SE JINTFEW Dwal it-Tama
25. ĠOJJELLI Nida
26. META LEĦNEK HEKK ĦLEJJU Muża
27. ĦOLMA TA’ OTTIMIŻMU Salus
28. LULLABY Justice
29. SINJURIJA Mogħni
30. ADAGIO Mużika bil-Kliem
31. MA TAFX Fanal
32. JISSOKTA Sħaba
33. ĠEWWA FIJA Tajra
34. BINTI TAR-RAMEL Nokklu
35. NARA, TIEGĦEK IL-MEMORJI Maruska
36. SAĦĦARA Black Widow
KONKORS NAZZJONALI TAL-POEŻIJA - 2014 -INGLIŻI
Nru Isem tal-Poeżija Psewdonomu
1. MOTHER TREE Sphynx
2. THE GREEN REALITY Toninu
3. MY SILENT CRY Angel
4. OVERFLOW Faith
5. AT WHATEVER COST Standing Up
KONKORS NAZZJONALI TAL-POEŻIJA - 2014 -TALJANI
Nru Isem tal-Poeżija Psewdonomu
1. FIORE DI NARAKU Miki
2. TRISTEZZA d’ANIMA Miki
3. OBLIO Miki
4. ALLA PARTENZA DELLE RONDINE Palingenesi
5. ZACHOR Falcida
6. PAZZA INFINITA Insania
7. RICORSI DI AUSEWITCH Orfeo

Monday, September 1, 2014
MONS. AMANTE BUONTEMPO, JUD (1920 – 2004)
Buontempo twieled l-Isla fil-15 ta’ Ottubru 1920. Wara li studja fil-Liċeo, fis-Seminarju tal-Arċisqof u f’dak ta’ Għawdex, kif ukoll fl-Universitajet ta’ Malta u ta’ Nottingham, kien ordnat Saċerdot fl-1946.
Sentejn wara kompla l-istudji tiegħu fl-Università Pontifiċja Laterana, Ruma, minn fejn akkwista Dottorat fil-Liġi Kanonika u Ċivili. Mill-istudium tas-Sacra Rota Romana irċieva d-Diploma ta’ Avukat. Iktar tard kien maħtur Kappillan tal-Q.T. il-Papa.
Fl-1951 inħatar kanonku fil-Parroċċa ta’ San Pawl Nawfragu, Valletta, fejn serva wkoll bħala Kanċillier. Mill-1959 ħadem bħala eżaminatur tal-Liġi Kanonika għall-Kurja.
Kien Kappillan tal-Kamra tar-Rappreżentanti (1962-1971), Arċipriet tal-Parroċċa ta’ San Pawl Nawfragu (1963-1966), u Dekan tal-Kanonċi (1964-1987).
Buontempo waqqaf l-Għaqda Poeti Maltin (Għ.P.M.) fl-1975, u fl-ewwel Laqgħa Ġenerali nħatar President tal-Għaqda ad vitam. Serva bħala President sas-sena 2000 (25 sena); imbagħad inħatar President Onorarju tal-Għaqda ad vitam.
Il-fundatur tal-Għ.P.M. kiteb eluf ta’ poeżiji bil-Malti, bl-Ingliż u bit-Taljan. Kellu padrunanza qawwija ta’ dawn il-lingwi, u barra minn Malta rebaħ diversi konkorsi. Fix-xenarju internazzjonali kien sar magħruf ħafna. Fl-1981 kien innominat Poet Laureate Iinternational mill-Akkademja Dinjija tal-Arti u l-Kultura (Taiwan).
Hawn Malta ħadem ħafna wkoll biex ixerred l-imħabba għall-poeżija. Barra t-twaqqif tal-Għaqda Poeti Maltin, ippubblika diversi kotba tal-poeżija. L-Għaqda bbenefikat ħafna permezz tal-kuntatti li kellu barra minn Malta. B’inizjattiva tiegħu l-GĦ.P.M. kisbet ħafna suċċessi. L-ikbar fost dawn is-suċċessi kien il-Premju ‘Citta di Valletta’, li kien isir taħt il-patroċinju tal-President ta’ Malta, u li tiegħu saru għaxar edizzjonjiet.
Is-Serata ta’ Kommemorazzjoni saret fis-sala tad-Diviżjoni tal-Edukazzjoni, Beltissebħ, il-Furjana. Waqt s-Serata inqraw biografija tal-Monsinjur, saġġ kritiku ta’ Patrick Sammut fuq ix-xogħlijiet letterarji ta’ Buontempo, u xi poeżiji sinjifikattivi ħafna. Fil-programm kien hemm intervalli mużikali, li fihom smajna lil Michael Camilleri jdoqq fuq l-orgni kompożizzjonijiet ta’ Haendl u Beethoven, u lill-mezzo soprano Miriam Camilleri tkanta aria mill-opra ‘Orfeo’ ta’ Gluck.
Mal-mistednin kien hemm xi familjari ta’ Mons. Buontempo, fosthom is-Segretarju Parlamentari, l-Onor. Stefan Buontempo. Is-Segretarju Parlamentari irrakkonta xi esperjenzi li juru l-imħabba li Mons. Buontempo dejjem kellu għal kulħadd, b’mod speċjali għall-familja.
L-intervent tal-Onor. Stefan Buontempo ġab fi tmiemu l-programm tas-Serata, li għalqet għal kollox b’riċeviment.
Fit-22 ta’ Awwissu 2004 l-Għaqda Poeti Maltin ikkommemorat l-Għaxar Sena mill-mewt tal-Fundatur tagħha, Mons. Amante Buontempo, JUD.
Friday, August 8, 2014
ANNIVERSARJU ĠUŻÈ CHETCUTI
Nhar il-Ġimgħa, 1 ta’ Awwissu 2014, l-Għaqda Poeti Maltin flimkien mal-Akkademja tal-Malti u l-Għaqda Filantropika Talent Mosti , tellgħu Lejla Mużiko-Letterarja f’ġieħ il-kittieb u poeta Ġużè Chetcuti li proprju din is-sena għalaq mitt sena minn twelidu. Il-ftuħ sar mill-President tal-Għ.P.M., Charles Magro, li tkellem dwar Chetcuti bħala Poeta, Rumanzier u Drammaturgu, imma anki bħala bniedem li ddedika ħajtu lill-Ilsien Malti. Saviour Camilleri ta ħjiel bijografiku ta’ Ġużè Chetcuti, filwaqt li l-Prof. Oliver Friggieri tkellem dwar il-Proża Realista ta’ Chetcuti. Patrick Sammut qara diskors bl-isem ta’ “Malta bejn il-glorja tal-imgħoddi u l-apatija u l-indifferenza tal-preżent” f’rabta mal-poeżija ta’ Chetcuti, filwaqt li Mons. Victor Grech tkellem dwar xi tifkiriet tiegħu dwar il-kittieb minn Bormla. Waqt is-serata nqraw għadd ta’ kitbiet ta’ Ġużè Chetcuti, fosthom poeżiji bħal Hekk Hi l-Ħajja, F’Shelter, Il-Qniepen tar-Rebħa, Matul is-Snin tal-Ħajja, Id-Dawl Qed Jgħid, u Għamja, u kitbiet oħra bħal It-Testment. Il-qari sar minn Salv Sammut, Yana Psaila, Carmel Bianchi, Dr. George Farrugia, Joseph P. Borg, Rita Saliba, Jane Micallef, Charles Mifsud u Therese Pace. Il-kantawtur Walter Micallef ipprovda l-intervalli mużikali. L-għeluq kien f’idejn is-Segretarju tal-Akkademja tal-Malti, Joe P. Borg. Wara kien hemm riċeviment żgħir. Il-post fejn seħħet din is-serata kien iċ-Ċentru Nazzjonali ta’ Kultura, ir-Razzett tal-Markiż Tabone fil-Mosta.
Wednesday, July 30, 2014
LEJLA TA' POEŻIJA FLIMKIEN MA' POETESSA MILL-ITALJA
Nhar il-Ġimgħa, 25 ta' Lulju, fis-7 p.m. l-Għaqda Poeti Maltin tellgħet Lejla ta' Poeżija fis-sala ewlenija tal-Ministeru għall-Edukazzjoni u Xogħol, fil-Furjana. Waqt din il-lejla nqraw poeżiji b'ilsna differenti minn membri tal-Għ.P.M. Iċ-ċentru tal-lejla kienet it-tnedija tal-ġabra ta' poeżiji CON GLI OCCHI DEL CUORE (2014) tal-poetessa Taljana minn Morbegno (Sondrio, Lombardia), Paola Mara De Maestri.
Din hija t-tieni darba li De Maestri pparteċipat f'lejla ta' poeżija mtellgħa mill-Għaqda Poeti Maltin. L-aħħar darba kien fl-2009 fir-Razzett tal-Markiż Tabone, fil-Mosta. Inqrat bijografija qasira tal-poetessa mill-membru u poeta Emmanuel Attard Cassar u aktar tard Patrick Sammut - li kiteb l-introduzzjoni kritika għal dan il-ktieb - intervistaha f'rabta mal-ġabra poetika ġdida tagħha. Preżenti kien hemm ukoll l-artist u għalliem tal-Arti u Storja tal-Arti, Hilary Spiteri, li ħa ħsieb it-tpinġijiet li jakkumpanjaw il-poeżiji ta' De Maestri. Sammut staqsa lil Spiteri dwar din l-esperjenza tiegħu li jittraduċi l-poeżija f'immaġni. Paola Mara De Maestri wieġbet għal numru ta' mistoqsijiet fosthom dwar il-pubblikazzjonijiet tagħha, it-temi li tikteb dwarhom u l-istili li tuża, u qrat ukoll għadd ta' poeżiji mill-ġabra ġdida tagħha.
Waqt il-lejla l-President tal-Għ.P.M., is-Sur Charles Magro, għamel id-diskorsi tal-ftuħ u tal-għeluq, Miriam Ellul, l-URP tal-Għaqda, mexxiet il-lejla, filwaqt li Ray Ellul ipprovda l-intervalli mużikali permezz tal-kitarra. Wara s-serata kien hemm ukoll bibita.
Nota bijografika:
Paola Mara De Maestri hija għalliema, ġurnalista u editriċi tal-folju kulturali u letterarjuBottega Letteraria li joħroġ mar-rivista ’l Gazetin f’Sondrio, fl-Italja ta’ Fuq. Hija parti miċ-Circolo Culturale Filatelico Numismatico Morbegnese (So), u tikkollabora f’rabta mas-sit virtwaliTellusfolio. Hija l-moħħ wara inizzjattivi bħal “Poeti, un premio dalle scuole” u ta’ Konkorsi Nazzjonali u Intenazzjonali tal-Poeżija bħal “Montagna viva” , “Il silenzio della montagna e le voci del mare” (proġett li sar flimkien mal-Għaqda Poeti Maltin), "Piccolo mondo…antico, presente e futuro di Valtellina, Valchiavenna e del Canton Grigioni”, u "Ricordi, tradizioni e valori della gente di montagna della Valtellina e della Valchiavenna". Hija l-editriċi ta’ antoloġiji poetiċi bħal “Poeti Lombardi” e "Donne in poesia", f’kollaborazzjoni mad-dar tal-pubblikazzjoni Giulio Perrone. Bħala kittieba ġiet mogħtija rikonoxximent mill-Konkors imniedi mir-Rai "I giovani incontrano l'Europa" (1992), mill-Konkors Nazzjonali "Marcello Landi" (2000) u mill-Konkors Letterarju u Radjufoniku "E il naufragar m'è dolce in questa radio" (2001). Kisbet it-tielet post fil-Konkors Nazzjonali “Città di Imola 2004” u fil-Konkors "Il Natale" (2008). Paola Mara De Maestri kisbet merti oħra f’għadd ta’ konkorsi oħra bejn l-2005 u l-2008.
L-ewwel ġabra poetika tagħha ġġib l-isem ta’ "Dentro la vita" (2001). Is-sena 2004 ġabet magħha l-pubblikazzjoni tat-tieni ġabra poetika tagħha "L'amore parla piano", b’disinni tal-pittriċi Spanjola Mari Carmen Mur. Fl-2008 ippubblikat it-tielet ġabra ta’ poeżiji bl-isem ta’ “Il pane del sorriso”, u fl-2010 ħarġet ġabra oħra bl-isem "Aquiloni d'argento", maħruġ miċ-Circolo Culturale F/N Morbegnese biex ifakkar il-25 sena ta’ kitba ta’ poeżija min-naħa ta’ De Maestri.
Paola Mara De Maestri kienet diġà mistiedna speċjali tal-Għaqda Poeti Maltin fl-2009 fir-Razzett tal-Markiż.
F’din il-ġabra ġdida tagħha CON GLI OCCHI DEL CUORE t-tema ewlenija hija l-imħabba. L-imħabba tinftiehem bħala ħolqa li tgħaqqad lill-poetessa ma’ missierha u ma’ binha, iż-żewġ persuni li lilhom tiddedika din il-ġabra ta’ poeżiji. Insibu għalhekk anki kuntrasti bħalma huma l-mewt (ta’ missierha) u t-twelid (ta’ binha Goele), waqtiet ta’ swied il-qalb u oħrajn ta’ hena u ferħ. CON GLI OCCHI DEL CUORE tittratta wkoll ir-rabta u sens ta’ kontinwità li jeżistu bejn l-imgħoddi, il-preżent u l-ġejjieni. Dan il-ktieb għandu daħla kritika minn Patrick Sammut u tpinġijiet ta’ Hilary Spiteri.
Friday, July 11, 2014
SERATA F’ĠIEĦ ĠUŻÈ CHETCUTI
F’GĦELUQ IL-100 SENA MINN TWELIDU
F’għeluq il-mitt sena mit-twelid ta’ Ġużè Chetcuti, kittieb ta’ għadd ta’ poeżiji kif ukoll proża, l-Akkademja tal-Malti flimkien mal-Għaqda Poeti Maltin qed jorganizzaw serata kommomerattiva f’ġieħu nhar il-Ġimgħa, 1 ta’ Awwissu 2014 ġewwa r-Razzett tal-Markiż Tabona fil-Mosta bil-parteċipazzjoni kemm tal-qraba ta’ Ġużè Chetcuti u kemm tal-qarib tiegħu, Monsinjur Victor Grech.
Il-membri taż-żewġ Għaqdiet huma mistiedna jesprimju l-intenzjoni tagħhom jekk humiex lesti li jattendu u kemm jixtiequ jirriżervaw postijiet. Dan jistgħu jagħmluh billi l-membri tal-Akkademja tal-Malti jibagħtu ittra elettroniku fuq info@akkademjatalmalti.com jew messaġġ fuq 79592231 u dawk il-membri tal-Għaqda Poeti Maltin fuq sammutsalv2@gmail.com jew b’messaġġ fuq 79864550. Importanti li dan jistgħu jagħmluh sa mhux aktar mill-Ġimgħa, 18 ta’ Lulju.

Thursday, July 10, 2014
Għaqda Poeti Maltin f'Beltissebħ Ma' Paola Mara De Maestri.
Nhar il-Ġimgħa, 25 ta' Lulju, fis-7 p.m. l-Għaqda Poeti Maltin se ttella' Lejla ta' Poeżija fis-Sala Ewlenija tal-Ministeru tal-Edukazzjoni u Xogħol f'Beltissebħ. Kulħadd hu mistieden u jista' jaqra kemm poeżiji minn tiegħu jew poeżiji ta' ħaddieħor, b'ilsna differenti.
Matul il-Lejla se tiġi mnedija l-ġabra ta' poeżiji ġdida tal-poetessa Taljana mil-Lombardia (Morbegno), Paola Mara De Maestri, CON GLI OCCHI DEL CUORE. Din mhix l-ewwel ġabra tal-poetessa Taljana li kienet Malta, mistiedna tal-Għ.P.M., f'Awwissu tal-2009 fir-Razzett tal-Markiż fil-Mosta.
CON GLI OCCHI DEL CUORE jiġbor fih 30 poeżija bit-Taljan, għandu daħla kritika minn Patrick Sammut u disinji (inkluża l-qoxra) ta' Hilary Spiteri.
_____________
Venerdi, 25 luglio prossimo, alle 7 p.m., l'Associazione dei Poeti Maltesi organizzera' una Serata di Poesia nella Sala Principale del Ministero dell'Istruzione e del Lavoro a Floriana. Tutti sono i benvenuti e possono anche leggere le proprie poesie o poesie aktrui e in lingue diverse.
Durante questa serata sara' presentata al pubblico la nuova raccolta di poesia della poetessa da Morbegno (Lombardia), Paola Mara De Maestri, CON GLI OCCHI DEL CUORE. Questa non e' la prima raccolta della poetessa che e' stata a Malta nell'agosto del 2009 nel Centro Nazionale di Cultura di Mosta e ospite dell'A.P.M.
CON GLI OCCHI DEL CUORE raccoglie 30 poesie in italiano, ha un' introduzione critica di Patrick Sammut e disegni (inclusa la copertina) di Hilary Spiteri.

Serata Kommemorattiva F’għeluq Il-Mitt Sena Mit-Twelid ta’ Ġużè Chetcuti
L-Akkademja tal-Malti u l-Għaqda Poeti Maltin qed iħejju serata kommemorattiva f’għeluq il-mitt sena mit-twelid ta’ Ġużè Chetcuti, li mhux biss jibqa’ magħruf għall-proża realistika tiegħu li fiha juri l-konsegwenzi tal-faqar fuq il-bniedem imma wkoll bħala poeta mill-aqwa mnebbaħ mill-valuri tal-ġustizzja soċjali u tal-karità Nisranija.Chetcuti ħadem spalla ma’ spalla ma’ Dun Karm, Ġużè Aquilina, Ġużè Bonnici u Anton Buttigieg, fost oħrajn, u ta s-sehem tiegħu fl-Għaqda tal-Kittieba tal-Malti billi serva bħala Segretarju tal-Għaqda (illum l-Akkademja tal-Malti) meta Dun Karm, il-poeta nazzjonali u, warajh, il-Professur Ġużè Galea, kienu Presidenti. Huwa ħadem fil-bord editorjali tar-rivista letterarja Il-Malti u ta l-għajnuna tiegħu għal snin twal fil-pubblikazzjoni tar-rivista letterarja Leħen il-Malti maħruġa mill-Għaqda tal-Malti (Università). Kien ukoll Viċi-President (1990-1992), President Onorarju (1998-1999), u President tas-sotto-kumitat f’kwistjonijiet ta’ ortografija. Kien ukoll membru onorarju tal-Għaqda Poeti Maltin, membru fil-kunsill u Segretarju tal-Malta Drama League u fundatur tax-Xirka għat-Tixrid tal-Ilsien Malti (1939) flimkien mat-tabib Ġużè Bonnici u Anton Buttigieg.
Is-serata se tkun imżewqa bil-proża u bil-poeżija ta’ Ġużè Chetcuti bis-sehem tal-kantawtur magħruf Walter Micallef. Monsinjur Victor Grech, qarib ta’ Chetcuti, se jkun il-mistieden speċjali tagħna.
Is-serata se ssir fir-Razzett tal-Markiż Mallia Tabone, il-Mosta nhar l-1 ta’ Awwissu 2014 fis-6.30pm. Billi l-postijiet huma limitati, ġentilment nitolbuk tavżana biex nirriservawlek il-post/ijiet li tixtieq sa mhux aktar tard mill-Ġimgħa, 18 ta’ Lulju, 2014.
Dan tista’ tagħmlu billi tħalli messaġġ (sms) man-numru 79864550 jew b’ittra elettronika: sammutsalv2@gmail.com u tinsiex tħalli ismek u kemm tixtieq tirriserva postijiet.
Fi tmiem is-serata mużiko-letterarja se jkun hemm bibita ċkejkna.
Salv Sammut
SEGRETARJU

Subscribe to:
Comments (Atom)