Pages

Friday, October 30, 2009

Lejla ta’ Premjazzjoni tal-Konkors Nazzjonali tal-Poeżija 2009


Nhar il-Ġimgħa, 30 ta' Ottubru 2009 l-Għaqda Poeti Maltin ħabbret ir-riżultat tal-Konkors Nazzjonali ta' Poeżija 2009 waqt Serata ta' Premjazzjoni li saret fis-Sala Ġużeppi Despott, Diviżjoni tal-Edukazzjoni, il-Furjana, ippreseduta mill-President tal-Għaqda, Alfred Massa. Mexxa s-Serata Charles Magro, Segretarju.
Il-Ġurija kienet magħmula mill-poeti Joseph C. Sciberras u Ġorġ Borg flimkien mal-ġurnalist Mark Causon.

Riżultat

Nhar il-Ġimgħa, 30 ta' Ottubru 2009 l-Għaqda Poeti Maltin ħabbret ir-riżultat tal-Konkors Nazzjonali ta' Poeżija 2009 waqt Serata ta' Premjazzjoni li saret fis-Sala Ġużeppi Despott, Diviżjoni tal-Edukazzjoni, il-Furjana, ippreseduta mill-President tal-Għaqda, Alfred Massa. Mexxa s-Serata Charles Magro, Segretarju.
Il-Ġurija kienet magħmula mill-poeti Joseph C. Sciberras u Ġorġ Borg flimkien mal-ġurnalist Mark Causon.
Ir-riżultat kien dan li ġej:

Taqsima Malti
1. Premju u Premju Buontempo: Jiżżerżaq ta’ Donovan Gatt.
2 Premju: Tagħrafha, Ma, minn qillitha ta’ Therese Pace.
3 Premju: Tajra ta’ Rita Saliba
Issemmew b’ġieħ:
Ħriġt ta’ Charles Casha.
X’Jiswieli ta’ Patri Edmund Theuma ofm conv.

Taqsima Ingliż
1 Premju: Intelligent design ta’ Raymond Grech.
2 Premju: A desperate prayer ta’ Maurice Mifsud Bonnici.
Issemmew b’ġieħ:
Remember I ta’ Raymond Grech
Memories of an unborn child ta’ Omar Seguna.

Taqsima Taljan
1 Premju: Le scale di Cospicua ta’ Omar Seguna.
2 Premju: Mai raggiunto ta’ Jessica Sacco.
Issemmew b’ġieħ:
Mi fai volare ta’ Jessica Sacco.

Monday, October 19, 2009

L-Għ.P.M. għand il-President ta' Malta - Għ.P.M. visits the President of Malta


Nhar it-Tnejn, 19 ta' Ottubru 2009, Membri tal-Kumitat tal-Għaqda Poeti Maltin żaru lill-E.T. Dr George Abela, President tar-Repubblika fil-Palazz Presidenzjali, il-Belt Valletta.

Wara li President tal-Għaqda, Alfred Massa, introduċa lill-membri kollha tal-Kumitat, ta rendikont lill-President Abela dwar l-istorja u l-attivitajiet li l-Għ.P.M. torganizza minn żmien għal żmien. Dr Abela wera interess kbir u wara li feraħ lill-Għaqda għall-ħidma tagħha b'riżq il-poeżija f'pajjiżna, għamel diversi mistoqsijiet kemm dwarha kif ukoll dwar il-qagħda tal-poeżija fil-gżejjer tagħna. Huwa ħeġġeġ lill-membri tal-Kumitat biex jissuktaw b'ħidmiethom għax qal din it-tip ta' edukazzjoni għandu bżonn il-poplu tagħna. Il-President stqarr li hu jħobb ħafna l-poeżija u jieħu gost meta jattendi għal xi ċerimonja li tkun tinkludi anki l-qari ta' poeżiji. Huwa wiegħed kull għajuna lill-Għ.P.M. u offra saħansitra l-bitħa tal-Palazz Presidenzjali kemm-il darba tkun tinħtieġha biex torganizza xi attivita' fiha.

Charles Magro mbagħad irregala bħala tifkira lill-President ta' Malta, Medalja tal-Għ.P.M. u sett Antoloġiji li l-Għaqda ppubblikat kemm ilha mwaqqfha. Is-Segretarju offra anki donazzjoni f'isem l-Għaqda għall-Community Chest Fund; ġest li l-President Abela apprezza ħafna meta ftakar li dik kienet ġejja minn persuni li voluntarjament qegħdin jaħdmu b'riża il-poeżija f'pajjiżna.


On Monday, 19th October 2009, committee members of the Maltese Poets Association visited The President of the Republic, His Excellency Dr. George Abela, at his Presidential Palace in Valletta.

After the Association President, Alfred Massa, introduced the committee members, he gave President Abela an account of the history and activities that the association organizes from time to time. Dr. Abela was very interested and after he congratulated the association for its work in the interest of poetry in our country, he made various questions about the same Association and about the state of poetry on our islands. He urged the committee members to keep up their work as, he added, it is this kind of education that our people need. The President declared that he loved poetry a great deal and loves it when he attends a ceremony that also includes the reading of poetry. He promised to help the GĦ.P.M. and even went as further as to offer the Presidential Palace courtyard every time the Association needs it to host an event.

Charles Magro, then presented the President of Malta with the GĦ.P.M. Medal and a set of anthologies that the Association has published since its inception. The Secretary also offered a donation in the name of the Association, for the Community Chest Fund which President Abela appreciated very much especially considering the fact that it is coming from a group of persons who voluntarily work to promote poetry in our country.


Wednesday, September 30, 2009

Il-Kelma Tal-President - Word From The President - Settembru 2009

L-Għaqda Poeti Maltin dejjem kellha rispett lejn il-poeta għax hi tħares l-ewwel u qabel kollox lejn il-frott u mhux lejn is-siġra. Dan jista' jixhdu kulmin segwiha sa mit-twaqqif tagħha. Anzi, l-Għaqda tibqa' tirrispetta lill-poeta saħansitra wara mewtu; kif urew ċerti attivitajiet li organizzat biex tfakkar poeti li llum ħallewna, bla ma qagħdet tqis kinux membri tagħha jew le.

Mhux biss, imma l-Għaqda qatt ma ddiskriminat bejn sess u ieħor. Fil-fatt fil-lista tal-membri hemm kemm poeti maskili kif ukoll femminili; anki fil-Kumitat stess minn ħames membri, tnejn huma nisa. Biex dan jissaħħaħ, issa l-Kumitat iddeċieda li fost il-Membri Onorarji ad vitam jaħtar għall-ewwel darba poetessa.

Din hija s-Sinjura Lina Brockdorff. Ċertament, kulmin hu midħla tal-Letteratura Maltija xi darba jew oħra żgur li sema' b'Lina Brockdorff; poetessa, prożatura u persuna li tat sehem kbir f'diversi Għaqdiet tal-Malti, fosthom l-Għ.P.M., li ilha msieħba fiha għal ħafna snin. Biex turi r-rikonoxximent lejn il-ħidma letterarja tas-Sinjura Brockdorff l-Għaqda fi żmien qarib ser taħtarha uffiċjalment bħala Membru Onorarju ad vitam.

Jiena ċert li kulħadd jaqbel ma' dan il-pass. Fl-istess ħin jirrealizza kemm l-Għaqda tagħna tapprezza bis-serjeta' u bla ebda diskriminazzjoni l-ħidma ta' kulmin jagħti sehmu fil-qasam poetiku ta' pajjiżna.

Lil Lina, nifirħilha u nawguralha.

Alfred Massa
President

Thursday, August 20, 2009

Paola Mara De Maestri


Il-poetessa Taljana Paola Mara De Maestri kienet il-mistiedna ewlenija f'Lejla ta' Poeżija li saret fir-Razzett tal-Markiż, il-Mosta nhar il-Ġimgħa 20 ta' Awwissu 2009. Is-Sinjura De Maestri kienet akkompanjata mir-raġel tagħha Gabriele. Ħa sehem ukoll il-kant-awtur bravu Walter Micallef u bħas-soltu ippreżenta l-Lejla s-Segretarju, Charles Magro li ħa ħsieb ukoll jagħti resume bit-Taljan meta qraw xogħlijiet bil-Malti.

F'atmosfera mill-isbaħ fil-bitħa ewlenija ta' dan ir-razzett antik diversi poeti qraw xogħlijiethom min bl-Ingliż, min bit-Taljan u min bil-Malti. Il-poetessa Taljana li kienet intervista minn Patrick Sammut qrat ukoll xi poeżiji tagħha. Imbagħad irregalat xi kotba lill-Għ.P.M. wara li rringrazzjat lil dawk preżenti għal-laqgħa sabiħa li saritilha. Hija tkellmet dwar ir-rabta li teżisti bejnha u bejn l-Għ.P.M. u wiegħdet li fil-futur qarib se jsiru aktar proġetti utli flimkien.

Alfred Massa, President tal-Għaqda ta merħba lis-Sinjura De Maestri u r-raġel tagħha. Huwa ddeskriva lil De Maestri bħala poetessa brava italiana kontemporanea u stqarr li hija wkoll ħabiba kbira tal-Għ.P.M.

Fi tmiem il-Lejla saret bibita lil dawk preżenti.

Italian Poet at a Poetry Evening

The Italian poet Paola Mara De Maestri was the special guest at a poetry evening held at the Razzett tal-Markiz in Mosta on Friday 21st August 2009. She was accompanied by her husband Gabriele. Walter Micallef animated the evening with his beautiful songs. The association secretary, Charles Magro, as usual presented the event and translated into Italian what was said and read in Maltese for the benefit of the Italian guests.

In the captivating atmosphere of this place several poets read their works in Maltese, English and Italian. The Italian poet who was interviewed by Patrick Sammut also read some of her poems. Then she thanked the association for the warm welcome she was given and presented the said association with some books. She talked about the bond between the two sides and of the hope that in the near future further useful projects will be carried out together. The GĦ.P.M. also made its own presentation to her.

Alfred Massa , president of the Maltese Poets Association in his speech welcomed Paola Mara De Maestri and her husband. He described her as a very good, contemporary Italian poet, and a good friend of the association.

The evening ended with a drink for those present for the evening.


Biografia

Paola Mara De Maestri, insegnante, pubblicista, redattrice del mensile “ ‘l Gazetin” e Consigliere del Circolo Culturale Filatelico Numismatico Morbegnese (So), collabora con il portale internet Tellusfolio. Ideatrice e curatrice della “Bottega Letteraria de ‘l Gazetin", dell’iniziativa “Poeti, un premio dalle scuole” e dei Concorsi Internazionali di poesia “Montagna viva” e “Il silenzio della montagna e le voci del mare”, “Poeti, un premio dalle scuole”, “Piccolo mondo…antico, presente e futuro della Valtellina, della Valchiavenna e del Canton Grigioni”. E’ stata referente del Concorso Internazionale per le scuole primarie “Margherita Bassi”. Ha curato le pubblicazioni “Poeti Lombardi” e "Donne in poesia", realizzate in collaborazione con la Casa Editrice Giulio Perrone. Come autrice ha conseguito riconoscimenti al Concorso indetto dalla Rai "I giovani incontrano l'Europa"(1992), al Concorso nazionale "Marcello Landi" (2000) e al Concorso letterario radiofonico "E il naufragar m'è dolce in questa radio" (2001). Ha ottenuto un terzo posto al Concorso Nazionale “Città di Imola 2004” , una Segnalazione di Merito al Concorso del Centro Formazione Camilliano di Verona “I valori della Vita” (2005) ed è risultata tra i finalisti della seconda edizione del Concorso "Roscigno Vecchia" (agosto 2006), “Poeti, un premio dalle scuole” (2009). E’ stata selezionata per entrare a far parte di una trentina di raccolte antologiche edite da varie case editrici ed è stata pubblicata in riviste specializzate italiane ed estere, tra le quali Gradiva International of Italian Poetry. Nei primi mesi del 2001 ha realizzato un libretto con la Casa Editrice "Pulcinoelefane" di Alberto Casiraghi. Nell'autunno 2001 ha pubblicato con la Casa Editrice Libroitaliano il primo libro intitolato "Dentro la vita". Nel luglio 2004 ha visto le stampe la seconda raccolta di poesie dal titolo "L'amore parla piano" Bellavite Editore, realizzata con il contributo grafico della pittrice spagnola Mari Carmen Mur. Nell’estate del 2008 ha partecipato con un suo componimento alla mostra “Immaginando la poesia”ad Aprica (SO). Nel settembre 2008 è uscita la raccolta personale dal titolo “Il pane del sorriso” edita dalla Casa Editrice Giulio Perrone. Sito personale: www.paolamara.it

Malta

Gemma di pietra e sale,
fulgida ciprea a sud
di questo nostro mare.
Mediterraneo,
terre che dividi
popoli che unisci
sotto il tuo costellato
ombrello di sole.
Di notte m’acquietano
le onde che si allungano,
si arricciano, si spezzano
nel gorgoglio sommesso
di piena estate.
Sulle rocce
schizzi di luna
adombrano figure
piegate dal vento.
Riparato dal mondo
il nuovo risveglio sull’altura,
tra i Neoliti,
vestali di un tempo
che ancora vive.

(Poesia composta in occasione della visita presso l’Associazione “Poeti Maltesi” Agosto 2009)


Donne

Donne
dagli sguardi acerbi,
nel sole fanno volare
superbi aquiloni di primavera.

Donne
dai lunghi passi,
perse nel fulgido sorriso
di uomini soli,
in angoli sparuti
rinvengono
infrante.

Donne
dalle anime al vento,
ricamano bandiere
per le afone schiere
spoglie di arcobaleni.

Donne petali,
donne livree
che danzano
in grandi occhi amaranto.

(da “Il pane del sorriso” – Giulio Perrone Editore)

Tuesday, June 30, 2009

Il-Kelma Tal-President - Word From The President - Ġunju 2009

L-Għaqdiet tal-Malti għal xi żmien dehru jgħumu f'baħar imqalleb, tant hu hekk, li kien hemm minhom li għereq. Issa donnu li dak il-maltemp batta xi ftit, kif juru ċerti attivitajiet li qegħdin jiġu organizzati.

Minn maltemp bħal dan tista' tgħaddi wkoll l-Għaqda tagħna. Ma rridux inserrħu rasna żżejjed għax minn xahar għal xahar il-membri qegħdin jiżdiedu. Anqas għax naraw l-Għaqda ħawtiela f'diversi attivitajiet li torganizza.

Iċ-ċvetta dwar il-ġejjieni tinsab f'idejna lkoll. Importanti li nħallsu l-miżata regolarment; importanti li nabbonaw f'VERSI. Imma dan mhux biżżejjed. Irridu naraw aktar parteċipazzjoni mill-membri tagħna fid-diversi attivitajiet li norganizzaw. L-Għaqda għandha bżonn aktar membri "ħajjin"; trid tara aktar uċuħ ġodda. Mhux dejjem l-istess nies iwieġbu għas-sejħiet li tagħmlilhom.

Il-Kumitat talab lill-membri s-suġġerimenti tagħhom. Irċieva numru swostanzjali u fejn hu possibbli qiegħed jipprova jattwahom. Għalhekk wieħed ma jifhimx ir-raġuni ta' dil-bruda kollha. Irridu jew ma rridux li l-Għ.P.M. tibqa' ħajja u twettaq il-ġid lill-poeżija f'pajjiżna?

It-tweġiba li nistennew hemm bżonn tkun sostnuta bil-fatti, ħbieb!

Alfred Massa
President

Monday, March 30, 2009

Il-Kelma Tal-President - Word From The President - Marzu 2009

Ma nistax ma nirringrazzjax lill-membri talli fl-aħħar Laqgħa Ġenerali għoġobhom jafdawli għal darb’oħra t-tmun tal-Għaqda tagħna. Dan huwa sinjal ta’ fiduċja u fl-istess ħin ta’ apprezzament għall-ħidma tiegħi u ta’ sħabi l-oħra li flimkien mexxejna l-Għ.P.M. fit-tliet snin li għaddew. Dan qed ngħidu, għax il-Kumitat għat-tliet snin li ġejjin kważi baqa’ li kien, b’tibdila waħda biss; dik ta’ Miriam Ellul minflok Alfred Calleja li għażel minn jeddu ma jikkontestax. Lil seħibna Alfred ngħidlu Grazzi minn qalbi għas-sehem li ta kemm dam fil-kariga ta’ PRO.
Kif għedt fid-Diskors tiegħi dakinhar tal-Laqgħa Ġenerali,l-Għ.P.M. bi ħsiebha tkompli t-triq li qabdet f’dawn l-aħħar snin. Ser inkomplu norganizzaw attivitajiet bil-għan li nressqu dejjem aktar lill-poplu tagħna lejn il-Poeżija. Nittama, li tul it-tliet snin li ġejjin il-membri se jkunu aktar attivi u jinkoraġġuna almenu bil-preżenza tagħhom fl-attivitajiet li norganizzaw.
Dan huwa wkoll l-ewwel Folju għal din is-sena. Talba ħerqana lill-membri biex flimkien inżommu ħajja r-rivista Versi minħabba li tinsab f’diffikultajiet finanzjarji. Abbonaw fiha u ħeġġu oħrajn jagħmlu l-istess. Versi mhijiex biss il-Leħen tal-Għ.P.M., imma hija wkoll il-Leħen ta’ dawk li għandhom għal qalbhom il-Poeżija Maltija.

Alfred Massa
President

Wednesday, December 31, 2008

Midja - Media 2008

"Il-Mument" (28.12.2008): L-Ghaqda Poeti Maltin issellem lill-Kanonku Joe Mejlak.
"Il-Gensillum" (10.01.2009): L-Ghaqda Poeti Maltin fl-ahhar xhur.
"Lehen is-Sewwa" (03.01.2009): L-Gh.P.M. issellem lill-poeta, il-Kan. Joe Mejlak.
"Lehen is-Sewwa" (03.01.2009): Kant, Muzika u Poezija dwar il-Milied.
"Il-Mument" (07.12.2008): L-Ghaqda Poeti Maltin tfakkar lil Erin Serracino Inglott.
"Il-Mument" (21.12.2008): Festa Milied f'Hal Tarxien.
"Lehen is-Sewwa" (27.12.2008): L-Ghaqda Poeti Maltin tfakkar il-25 sena mill-mewt ta' Erin Serracino Inglott.
"Il-mument" (16.11.2008): Tislima lil Anton Buttigieg (Versi).
"Lehen is-Sewwa" (15.11.2008): Versi.
"KullHadd" (23.11.2008): Premjazzjoni Konkors Poezija.
"Torca" (23.11.2008): Konkors Poezija 2008 - Serata ta' premjazzjoni.
"The Sunday Times" (23.11.2008): Versi.
"il-mument" (09.11.2008) - Progett tal-Ghaqda Poeti Maltin lil hinn minn xtutna
"Il-GENSillum" (11.10. 2008) - Meta l-poezija tghaqqad il-gnus
"Kullhadd" (19.10.2008): Ghaqda Hawtiela.
"Kullhadd" (19.10.2008): Stqarrija mill-Gh.P.M.
"Kullhadd" (19.10.2008): Poeta Ingliz f'Lejla ta' Poezija.
"Il-Mument" (02.11.2008): Lejla ta' Premjazzjoni - Konkors Nazzjonali Poezija 2008.
"Torca" (26.10.2008): Gieh lil Kilin mill-Ghaqda Poeti Maltin.
"Il-Gens" (25.10.2008): Stqarrija tal-Gh.P.M. dwar tibdil fl-ortografija Maltija
"Il-Gens" (25.10.2008): Messagg ghal Jum il-Poezija 2008.
"Lehen is-Sewwa" (25.10.2008): Gieh lil Kilin mill-Ghaqda Poeti Maltin.
"Kullhadd" (12.10.2008): Messagg ghal Jum il-Poezija.
"Kullhadd" (12.10.2008): Gieh lil Kilin.
"Il-Mument" (12.10.2008): Messagg ghal Jum il-Poezija.
"Il-Mument" (12.10.2008):  Jinghata Gieh lil Kilin mill-Ghaqda Poeti Maltin.
"It-Torca"  (12.10.2008):  Messagg ghal Jum il-Poezija.
Bottega letteraria Vetrina/ Patrick Sammut. Selezione di poesie in italiano
http://www.tellusfolio.it/index.php?prec=/index.php&cmd=v&id=6863
"Illum" (05.10.2008): Kilin imfakkar fir-Rabat mill-Gh.P.M.
"The Sunday Times" (05.10.2008): Remembering poet Kilin.
"The Malta Independent" (04.10.2008): A tribute to Kilin in Rabat.
"Il-Gens" (04.10.2008): Attivitajiet mill-Ghaqda Poeti Maltin.
"Il-Mument" (28.09.2008): Attivitajiet mill-Ghaqda Poeti Maltin.
"Lehen is-Sewwa" (27.09.2008): Lejla Marjana f'Hal Ghaxaq.
"The Sunday Times" (03.08.2008): Anthology with a difference.
"Il-Mument" (20.07.2008): L-Ghaqda Poeti Maltin f'Zewg attivitajiet f'Ghawdex.
"Il-Mument" (20.07.2008): Il-poezija fil-Festival Malti ta' l-Arti 2008.
"It-Torca"  (13.07.2008): It-tieni zjara tal-poeta Ingliz Stephen Morris f'Malta.
"It-Torca" (20.07.2008): Il-poezija fil-festival ta' l-Arti 2008.
"It-Torca"  (13.07.2008): It-tieni zjara tal-poeta Ingliz Stephen Morris f'Malta.
"The Sunday Times" (20.07.2008): Poetry at the Arts Festival.
"Il-Gens" (12.07.2008): L-Ghaqda Poeti Maltin fil-Mosta u z-Zejtun.
"The Sunday Times" (18.05.2008): Racognition for alfred Palma.
"Il-Mument" (29.06.2008): Aktar Lejliet ta' Poezija mill-Gh.P.M.
"Lehen is-Sewwa" (21.06.2008): L-Ghaqda Poeti Maltin fil-Mosta u fiz-Zejtun.
"Il-Mument" (25.05.2008): L-Ghaqda Poeti Maltin tiddizapprova. Ara l-Blogg
"It-Torca" (24.04.2008): Lejla ta' Poezija Ghand il-Kappuccini fil-Furjana.
"It-Torca" (20.04.2008): L-Ghaqda Poeti Maltin fil-Furjana.
"Il-Mument" (20,04.2008): L-Ghaqda Poeti Maltin fic- Centru Kulturali Frangiskan.
Harga ohra tar-rivista "Versi".
"The Sunday Times" (20.04.2008): Poetry Evening.
"Il-Gensillum" (12.04.2008): Zewg Lejliet ta' Poezija mill-Gh.P.M.
"Lehen is-Sewwa" (12.04.2008): Aktar Lejliet ta' Poezija. Versi u l-Gh.P.M.
"It-Torca" (09.03.2008): Poeta Ingliz f'Lejla ta' Poezija fil-Birgu.
"The Sunday Times" (09.03.2008): Poetry Evening at Vittoriosa.
"Lehen is-Sewwa" (08.03.2008): Il-poeta Ingliz Stephen Morris waqt Lejla ta' Poezija fil-Birgu.
"Il-Mument" (02.03.2008): Lejla ta' Poezija fil-Birgu.
"Il-Gens" (01.03.2008): L-ewwel harga ta' Versi 2008.
"Il-Gens" (01.03.2008): Rizultat tal-Konkors ta' Poeziji ghat-Tfal 2007.
"Lehen is-Sewwa" (01.03.2008): Rizultat tal-Konkors ta' Poeziji ghat-Tfal 2007.
"It-Torca" (17.02.2008): Versi.
"The Sunday Times" (10.02.2008): Poetry promotes love of beauty.
Another issue of Versi
"Il-Mument" (10.02.2008): Premjazzjoni tal-Konkors ta' Poeziji ghat-Tfal 2007.

Tuesday, December 30, 2008

Il-Kelma Tal-President - Word From The President - Diċembru 2008

Bl-għajnuna t’Alla, wasalna fi tmiem sena oħra. Imma wasalna wkoll fi tmiem terminu ieħor ta’ tmexxija għall-Għaqda tagħna. F’Jannar li ġej, il-membri se jkollhom id-dritt li jagħżlu Kumitat ġdid għat-tliet snin li ġejjin. Hu dmir ta’ kull membru li dakinhar tal-Laqgħa ġenerali jattendi u jaqdi dmiru kif imiss.
Meta wieħed iħares lejn it-tliet snin li għaddew, ma jistax ma jħossx ċertu sodisfazzjon. L-attivitajiet li l-Għaqda organizzat juru kemm hi tabilħaqq ħawtiela fil-qasam letterarju (poetiku). Il-fatt, li ħafna minn dawn l-attivitajiet saru fuq stediniet minn Kunsilli Lokali u minn għaqdiet oħra, juri kemm l-Għ.P.M. hija apprezzata; kif jixhdu wkoll l-attentenzi li dejjem kellha.
L-unika weġgħa li ħalliet f’qalb l-Għaqda kienet l-apatija ta’ ċerti membri. Ħasra tassew! L-Għaqda għamlet minn kollox biex lil dawn it-talin tqajjimhom minn nagħas tagħhom, imma mhux dejjem irnexxielha. Grazzi minn qalbi lill-Kumitat li ħadem miegħi tul dawn it-tliet snin li għaddew. Fl-istess waqt Awguri sinċieri lill-Kumiat il-ġdid.
Sadattant, nixtieq lill-membri kollha: il-Festi t-Tajba!

Alfred Massa
President

Tuesday, September 30, 2008

Il-Kelma Tal-President - Word From The President - Settembru 2008

F'Lulju li għadda, l-Għaqda ppubblikat uffiċjalment it-tmien Antoloġija tagħha bl-isem I Silenzi della Montagna e le Voci del Mare / Silences of the Mountain and Voices of the Sea. Din ma kinetx l-ewwel darba li membri tal-Għaqda Poeti Maltin ingħaqdu ma' poeti barranin f'pubblikazzjoni simili.

Kienet esperjenza oħra, fejn l-Għaqda esportat f'pajjiż barrani l-poeżija Maltija kontemporanja; ukoll jekk il-versi tagħna kellhom ikunu bil-lingwa Ingliża.

Diżgrazzjatament, kif sikwit jiġri, is-suċċess ta' din l-Antoloġija aktar deher fl-Italja milli f'pajjiżna. Għax it-Taljani tawha importanza kbira f'diversi websites, Bloggs u saħansitra f'sezzjoni ta' l-istampa. Min-naħa tagħna, nistqarru li xtaqna ftaħna l-bieb għal aktar membri, kif ukoll użajna Lsienna flok wieħed barrani. Imma l-għażla ma kinetx f'idejna.

Jalla fil-futur qarib ikollna aktar okkażjonijiet simili. Ma ninsewx l-Antoloġija bl-Esperanto li għadna għaddejjin bit-tentattivi biex narawha stampata wkoll. Jalla l-membri tagħna japprezzaw bil-fatti dak li l-Għaqda qiegħda tagħmel għalihom.

Alfred Massa
President

Monday, June 30, 2008

Il-Kelma Tal-President - Word From The President - Ġunju 2008

Fil-Folju preċedenti ktibt dwar il-website ta' l-Għaqda tagħna. Mhux biss urejt kif żvolġew l-affarijiet u rringrazzjajt lil min wellidha u lil min għadu jieħu ħsiebha, imma appellajt lill-membri tagħna biex minn żmien għal żmien ituha titwila.

Dan għamiltu primarjament biex il-membri jżommu ruħhom aġġornati dwar l-attivitajiet ta' l-Għaqda, imma wkoll biex fl-istess ħin ngħinu lill-Għaqda tiffranka ċerti spejjeż. Kien proprju għalhekk li ftit ilu tlabniekom ċerta informazzjoni marbuta b'mod partikolari ma' l-internet u ma' l-indirizz elettroniku.

B'hekk, ċerti Ċirkolarijiet, bħal dawk marbutin ma' Lejliet ta' Poeżija, eċċ., nistgħu ma nibagħtuhomx. Informazzjoni oħra, iva, l-Għaqda tibqa' tgħaddiha lill-membri kollha kif għamlet fl-imgħoddi. Ser nibqgħu nagħmlu hekk ukoll ma' min m'għandux la internet u lanqas indirizz elettroniku. Imma min għandu, ġentilment mitlub jgħarraf lis-Segretarju mill-aktar fis possibbli. Ta' dan, Grazzi bil quddiem.

Awguri għal Sajf ta' mistrieħ lil kulħadd.

Alfred Massa
President

Monday, March 31, 2008

Il-Kelma Tal-President - Word From The President - Marzu 2008

Sa minn mindu ħadt f’idejja t-tmexxija tal-Għaqda fhimt l-importanza li din ikollha l-website tagħha. Għax importanti li l-Għ.P.M. timxi maż-żminijiet; kemm għaliha bħala Għaqda, kif ukoll għall-membri tagħha.

Grazzi għas-Segretarju Internazzjonali tagħna, Manwel Attard Cassar, fl-2003 il-ħ sieb tiegħi sar realta'. Aktar tard imbagħad, il-website għaddiet f’idejn il-membru ħabrieki tagħna, Raymond Grech, li aġġornaha u għadu jżommha ħajja sal-lum. Lil dawn iż-żewġ membri nirringrazzjahom minn qalbi.

Il-website www.ghpm.netfirms.com hija sabiħa, attraenti u informattiva. Faħħruha nies bla ebda konnessjoni ma’ l-Għaqda u l-fatt li sa llum fittxewha aktar minn 5,000 persuna ġa huwa sinjal pożittiv.

Nistaqsi: Int iżżurha? Tibgħat kummnenti jew poeżiji biex jidhru fiha? Minnha ssir taf l-attivitajiet li tkun organizzat jew ser torganizza l-Għaqda.

Ħaġa tajba li jkollok oġġett utli; imma x’jiswa jekk ma tagħmilx użu minnu? Dan japplika wkoll għall-website tagħna!

Alfred Massa
President

Monday, December 31, 2007

Il-Kelma Tal-President - The Word of The President - Diċembru 2007

Kulħadd jaf li minn Jannar li ġej Malta ser taqleb għall-munita Ewro. Mela, fil-ħlasijiet ta’ xiri u bejgħ ser jibdew jintużaw l-Ewro. Lilna din is-sistema tolqotna wkoll kemm fejn jidħlu miżati u kemm fejn jidħlu abbonamenti f’Versi.
Kif ġa ħabbarna fl-aħħar ħarġa ta’ IL-FOLJU (Sett.2007), il-miżata se tkun Lm2 (4.66Ewro) u l-abbonament f’Versi se jkun Lm1.50 (3.50 Ewro). Nittama li l-membri kollha jikkoperaw.
Nieħu l-opportunita’ biex infakkar li biex l-Għ.P.M. tibqa’ ħajja u tibqa’ tiffunzjona kif imiss, teħtieġ il-finanzi; u l-uniku dħul li għandha jiġi biss mill-miżati tagħna. Mela, ejjew nuru li aqħna kburin li ninsabu mseħbin f’din l-Għaqda u li rriduha tibqa’ ħajja fil-veru sens tal-kelma. Illum l-Għaqda tagħna kisbet rikonoxximent għal ħidmietha kemm f’Malta u kemm barra minn xtutna. Imma hemm bżonn li nħallsu l-miżata (u l-abbonament fir-rivista Versi) regolarment, ħalli ma jkunx hemm bżonn ta’ spejjeż żejda ta’ reminders mit-Teżoriera. Ta’ min jgħid, li kull Ċirkolari li tintbagħat tiswa lill-Għaqda aktar minn Lm7 (16.31 Ewro).
Nagħlaq billi Nawgura Milied hieni u qaddis, kif ukoll Sena Ġdida mimlija riżq, barka u ħidma lill-membri kollha u lill-familji tagħhom.

Alfred Massa
President

Midja - Media 2007

"It-Torca" (30.12.2007): Lejla ta' Muzika u Poezija f'Hal Tarxien.
"Lehen is-Sewwa" (29.12.2007): Lejla ta' Muzika u Poezija f'Hal Tarxien.
The Sunday Times (16.12.2007): Prizes for Poets.
Il-Mument (23.12.2007): Lejla ta' Muzika u Poezija f'Hal Tarxien
“Il-Gens” (1.12.2007): L-Ghaqda Poeti Maltin qalb is-sigar fi 34U.
"Lehen is-Sewwa" (1.12.2007): Lejla fil-Mellieha - Premjazzjoni tal-Konkors tal-Poezija 2007.
"It-Torca" (25.11.2007): Versi
"Il-mument" (25.11.2007): Premjazzjoni Konkors Nazzjonali tal-Poezija 2007 - 34U fil-Mellieha.
"The Sunday Times of Malta":  (18.11.2007) The Hive Poetry and 34U
http://www.timesofmalta.com/articles/view/20071118/social/poetry-and-34u
"Il-Mument": (11.11.2007) Konkors Nazzjonali ta' Poeziji ghat-Tfal
"The Times" (02.11.2007). Poetry Competition for Children 
"Il-mument" (04.11.2007) Messagg ghal Jum il-Poezija 2007
Il-Gens 20 ta' Ottubru Il-Poezija ghada valida? 
"The Sunday Times of Malta": (14.10.2007) Is Poetry still valid?
"Il-Mument": (01.07.2007) San Gorg Preca waqt Lejla ta' Poezija fiz-Zejtun.
"Lehen is-Sewwa":  (18.08.2007) Lejla ta' Poezija fin-Nadur.
"Lehen is-Sewwa": (30.06.2007) Lejla ta' Poezija ohra fiz-Zejtun.
"The Sunday Times of Malta": (22.07.2007) Zejtun Poetry Evening.
"Il-Mument": (02.09.2007) Lejla ta' Poezija fin-Nadur.
"The Sunday Times of Malta": (26.08.2007) Poetry Evening at Nadur
"Il-Mument": (16.09.2007) Erba' Membri Onorarji Ghawdxin.
"Il-Gens": (22.09.2007) Lejla ta' Poezija fin-Nadur mill-Gh.P.M.
"The Sunday Times of Malta": (16.09.2007) Ghaqda Poeti Maltin appoints four Gozitan Honorary Members.
 "Lehen is-Sewwa":  (29.09.2007) L-Ghaqda Poeti Maltin tahtar erba' Membri Onorarji minn Ghawdex.
Lehen is-Sewwa 26 ta' Mejju L-Gh.P.M. FIC-CELEBRAZZJONIJIET TA' GHELUQ IL-50 SENA TA' L-U.E.
Il-Gens 19 ta' Mejju L-GHPM Fic-Celebrazzjonijiet ta' l-Gheluq il-50 sena ta' l-EU
Wotz up Union Print 20 ta' Mejju L-UE Tippromwovi l-poezija Maltija fl-Istati Uniti
il mument 20 ta' Mejju Collage Letteraatura
The Sunday Times May 13, 'Maltese Poets in EU Commemoration in Washington, DC'. 
Lehen is-Sewwa 17 ta' Mejju Lejla ta' Poezija f'Hal Safi
The Sunday Times April 29 The Latest VERSI
il-mument 29 ta' April 2007, L-Gh.P.M. fl-Imsida.
il-mument 22 ta' April Intervista ma' Paola Mara De Maestri
"L-Orizzont" (07.03.2007) Poezija fil-Floriana.
The Sunday Times Februrary 25, Budding Poets
MaltaMedia News Feb 3 KNK pays homage to late Karmenu Ellul Galea
Lehen is-Sewwa 17 ta' Frar Lejla ta' Poezija  
il-mument 191ta' Frar L-Gh.P.M. fil-Furjana.
The Sunday Times Februrary 11, Karm. Ellul Galea (Appr.),
The Sunday Times Februrary 4, Poetry Evening in Floriana.
"Gens" (19.01.2007) Muzika u Poezija f'Hal Tarxien.

Sunday, September 30, 2007

Il-Kelma Tal-President - Word From The President - Settembru 2007

Bi pjaċir ninnutaw l-interess li bħalissa hawn f’pajjiżna fil-poeżija. Iżda minn dak li nisimgħu fil-Lejliet li minn żmien għal żmien norganizzaw f’diversi lokalitajiet, kif wkoll mill-poeżiji li jiġu f’idejna ma nistgħux ma ninnutawx ċerti għeltijiet.
Għalkemm naqblu ma’ dak li stqarr il-kittieb Taljan, Luigi Marbella. F’intervista fuq l-istazzjon televiżiv 2000 (29.08.2005) li hu diffiċli tiġġudika poeżija,min-naħa l-oħra, id-differenza fis-sustanza, kemm fil-ħsieb u anki fin-nisġa ġieli tinħass sewwa.
Jiena naħseb li kollox ġej min-nuqqas ta’ qari ta’ poeżiji stabbiliti, fosthom il-klassiċi. Dan isostnuh kritiċi bħall Mathew Arnold u T.S.Eliot. Nagħmlu żball jekk poeti bħal dawn inqisuhom bħala “m’għadhomx moda”!
Anzi minn hawn irridu nibdew, mit-taghlim tal-Prosodija, ħalli mbagħad wieħed jissokta jimxi ‘l quddiem. Jekk ma nagħmlux dan nibża’ li jista jiġrilna kif ġara fis-sittinijiet meta twieldu ħafna poeti li mietu f’qasir il-għomor.

Alfred Massa
President

Saturday, June 30, 2007

Il-Kelma Tal-President - Word From The President - Ġunju 2007

Jiena li kelli x-xorti nara l-Għ.P.M. titwieled u tul is-snin tissokta tikber u tiżviluppa, ma nistax ma nħossnix sodisfatt li llum naraha waslet fejn waslet.

Il-membri minn nofs tużżana qabżu d-90. L-Għaqdda għandha l-e-mail u l-website tagħha. Ippubbnlikat 7 Antoloġiji b'ilsna differenti u oħra bl-Esperanto li waslet biex toħroġ f'qasir żmien. Għandha r-rivista tagħha li toħroġ regolarment. Kull sena torganizza Konkorsi ta' Poeżija għall-kbar u għat-tfal. Tat ħajja ġdida lill-Poeżija fost il-poplu tal-gżejjer tagħna.

Dan kollu huwa frott ta' ħidma sfiqa ta' wħud mill-membri. Iżda ċertament m'huwiex biżżejjed għax min-naħa l-oħra, għandna membri oħrajn li jħossuhom kuntenti sempliċiment għax isimhom hu mniżżel fil-lista tagħna. Uħud anki biex iħallsu l-miżata rridu noqogħdu niġru warajhom!

Nistaqsi: Dawn jistgħu jiftaħru li huma membri veri tal-Għ.P.M.? Ħbieb tiegħi, għal min irid jaħdem fl-għalqa tagħna hemm xogħol għalih żgur.

Alfred Massa
President