Pages

Monday, March 31, 2008

Il-Kelma Tal-President - Word From The President - Marzu 2008

Sa minn mindu ħadt f’idejja t-tmexxija tal-Għaqda fhimt l-importanza li din ikollha l-website tagħha. Għax importanti li l-Għ.P.M. timxi maż-żminijiet; kemm għaliha bħala Għaqda, kif ukoll għall-membri tagħha.

Grazzi għas-Segretarju Internazzjonali tagħna, Manwel Attard Cassar, fl-2003 il-ħ sieb tiegħi sar realta'. Aktar tard imbagħad, il-website għaddiet f’idejn il-membru ħabrieki tagħna, Raymond Grech, li aġġornaha u għadu jżommha ħajja sal-lum. Lil dawn iż-żewġ membri nirringrazzjahom minn qalbi.

Il-website www.ghpm.netfirms.com hija sabiħa, attraenti u informattiva. Faħħruha nies bla ebda konnessjoni ma’ l-Għaqda u l-fatt li sa llum fittxewha aktar minn 5,000 persuna ġa huwa sinjal pożittiv.

Nistaqsi: Int iżżurha? Tibgħat kummnenti jew poeżiji biex jidhru fiha? Minnha ssir taf l-attivitajiet li tkun organizzat jew ser torganizza l-Għaqda.

Ħaġa tajba li jkollok oġġett utli; imma x’jiswa jekk ma tagħmilx użu minnu? Dan japplika wkoll għall-website tagħna!

Alfred Massa
President