Tuesday, September 17, 2013
100 THOUSAND POETS for CHANGE
Bħal snin oħra, L-Għaqda Poeti Maltin flimkien
mal-Kunsill Lokali ta’ Birkirkara u mal-Moviment 100Thousand Poets sejra
torganizza Lejla Letterarja Internazzjonali bl-isem 100Thousand Poets
for Change fejn gruppi jew għaqdiet diversi madwar id-dinja jorganizzaw
fl-istess ħin attivitajiet ta’ poeżija, mużika, mima, teatru,
fotografija, powsters u żfin madwar it-tema Il-Paċi. Il-lejla ta’ qari
ta’ poeżija u mużika f’Malta ser tinżamm fis-sala ewlenija tal-Kunsill
Lokali ta’ Birkirkara nhar il-Ġimgħa, 27 ta’ Settembru 2013 fis-7.00 ta’
filgħaxija. Kulħadd huwa mistieden. Id-dħul huwa b’xejn. Ejjew ingħaqdu
magħna ħa nsemmgħu leħinna favur il-paċi u s-sostennibbiltà fid-dinja.
Poeżija u Mużika fil-Ġnien De Vilhena
L-Għaqda Poeti Maltin għal darb'ohra tellgħet serata ta poeżija
u mużika fil-Ġnien De Vilhena il-Furjana ... din id-darba flimkien
mal-Kunsill tal-istess belt. Preżenti għal din il-laqgħa kien hemm
is-Sindku s-Sur Nigel Holland u xi kunsilliera ... fosthom is-Sur
Torpiano. Is-serata fetħet bid-diskors tal-president tal-għaqda
s-Sur Charles Magro li qal li jħossu kburi illi l-Għaqda Poeti
Maltin hija l-ewwel għaqda li qed tuża dan il-ġnien hekk sabiħ
għal attivitajiet tagħha. Huwa qal ukoll illi ħa pjaċir li
kkunntattjawħ xi lukandi u staqsewħ jekk kienux jistgħu jattendu
xi turisti għal din l-attivita'. Żied jgħid ukoll illi n-numru
sabiħ ta udjenza preżenti jagħmel kuraġġ lil għaqda żżid
f-dawn l-attivitajiet u juri kemm il-poplu għandu għal qalbu
il-poeżija. Ġew moqrija numru sabiħ ta poeżiji sew bil-Malti
u sew bl-Ingliż u li kienu tiżwiqa ta poeżiji leggeri, religjużi,
soċjali fost oħrajn. Bejn il-qari tal-poeżiji kien hemm ukoll
il-mużika sabiħa ta' Walter Micallef. Għalaq din is-serata
s-Sindku tal-Furjana s-Sur Nigel Holland fejn qal illi hemm nies
mil-Furjana stess li qatt ma marru Ġnien Vilhena u li din l-attivta'
kienet tixraq f'post bħal dan. Qal ukoll illi attivitajiet bħal
dawn għandhom isiru aktar spiss u jintużaw aktar ġonna ... semma
wkoll illi hemm mal ghaxar ġonna ġewwa l-Furjana li forsi ftit jafu
bihom. Is-serata għalqet b'bibita ġewwa l-istess post fejn
sirna nafu iktar lil xulxin u qsamna t-tagħrif dwar il-poeżija
fiż-żiffa helwa li kien hemm.
Is-serata giet ippreżentata minn Miriam Ellul.
Is-serata giet ippreżentata minn Miriam Ellul.
Subscribe to:
Posts (Atom)