Pages

Tuesday, June 30, 2009

Il-Kelma Tal-President - Word From The President - Ġunju 2009

L-Għaqdiet tal-Malti għal xi żmien dehru jgħumu f'baħar imqalleb, tant hu hekk, li kien hemm minhom li għereq. Issa donnu li dak il-maltemp batta xi ftit, kif juru ċerti attivitajiet li qegħdin jiġu organizzati.

Minn maltemp bħal dan tista' tgħaddi wkoll l-Għaqda tagħna. Ma rridux inserrħu rasna żżejjed għax minn xahar għal xahar il-membri qegħdin jiżdiedu. Anqas għax naraw l-Għaqda ħawtiela f'diversi attivitajiet li torganizza.

Iċ-ċvetta dwar il-ġejjieni tinsab f'idejna lkoll. Importanti li nħallsu l-miżata regolarment; importanti li nabbonaw f'VERSI. Imma dan mhux biżżejjed. Irridu naraw aktar parteċipazzjoni mill-membri tagħna fid-diversi attivitajiet li norganizzaw. L-Għaqda għandha bżonn aktar membri "ħajjin"; trid tara aktar uċuħ ġodda. Mhux dejjem l-istess nies iwieġbu għas-sejħiet li tagħmlilhom.

Il-Kumitat talab lill-membri s-suġġerimenti tagħhom. Irċieva numru swostanzjali u fejn hu possibbli qiegħed jipprova jattwahom. Għalhekk wieħed ma jifhimx ir-raġuni ta' dil-bruda kollha. Irridu jew ma rridux li l-Għ.P.M. tibqa' ħajja u twettaq il-ġid lill-poeżija f'pajjiżna?

It-tweġiba li nistennew hemm bżonn tkun sostnuta bil-fatti, ħbieb!

Alfred Massa
President

No comments:

Post a Comment