Pages

Sunday, September 30, 2007

Il-Kelma Tal-President - Word From The President - Settembru 2007

Bi pjaċir ninnutaw l-interess li bħalissa hawn f’pajjiżna fil-poeżija. Iżda minn dak li nisimgħu fil-Lejliet li minn żmien għal żmien norganizzaw f’diversi lokalitajiet, kif wkoll mill-poeżiji li jiġu f’idejna ma nistgħux ma ninnutawx ċerti għeltijiet.
Għalkemm naqblu ma’ dak li stqarr il-kittieb Taljan, Luigi Marbella. F’intervista fuq l-istazzjon televiżiv 2000 (29.08.2005) li hu diffiċli tiġġudika poeżija,min-naħa l-oħra, id-differenza fis-sustanza, kemm fil-ħsieb u anki fin-nisġa ġieli tinħass sewwa.
Jiena naħseb li kollox ġej min-nuqqas ta’ qari ta’ poeżiji stabbiliti, fosthom il-klassiċi. Dan isostnuh kritiċi bħall Mathew Arnold u T.S.Eliot. Nagħmlu żball jekk poeti bħal dawn inqisuhom bħala “m’għadhomx moda”!
Anzi minn hawn irridu nibdew, mit-taghlim tal-Prosodija, ħalli mbagħad wieħed jissokta jimxi ‘l quddiem. Jekk ma nagħmlux dan nibża’ li jista jiġrilna kif ġara fis-sittinijiet meta twieldu ħafna poeti li mietu f’qasir il-għomor.

Alfred Massa
President

No comments:

Post a Comment