Pages

Monday, June 30, 2008

Il-Kelma Tal-President - Word From The President - Ġunju 2008

Fil-Folju preċedenti ktibt dwar il-website ta' l-Għaqda tagħna. Mhux biss urejt kif żvolġew l-affarijiet u rringrazzjajt lil min wellidha u lil min għadu jieħu ħsiebha, imma appellajt lill-membri tagħna biex minn żmien għal żmien ituha titwila.

Dan għamiltu primarjament biex il-membri jżommu ruħhom aġġornati dwar l-attivitajiet ta' l-Għaqda, imma wkoll biex fl-istess ħin ngħinu lill-Għaqda tiffranka ċerti spejjeż. Kien proprju għalhekk li ftit ilu tlabniekom ċerta informazzjoni marbuta b'mod partikolari ma' l-internet u ma' l-indirizz elettroniku.

B'hekk, ċerti Ċirkolarijiet, bħal dawk marbutin ma' Lejliet ta' Poeżija, eċċ., nistgħu ma nibagħtuhomx. Informazzjoni oħra, iva, l-Għaqda tibqa' tgħaddiha lill-membri kollha kif għamlet fl-imgħoddi. Ser nibqgħu nagħmlu hekk ukoll ma' min m'għandux la internet u lanqas indirizz elettroniku. Imma min għandu, ġentilment mitlub jgħarraf lis-Segretarju mill-aktar fis possibbli. Ta' dan, Grazzi bil quddiem.

Awguri għal Sajf ta' mistrieħ lil kulħadd.

Alfred Massa
President

No comments:

Post a Comment