Pages

Wednesday, November 21, 2012

Intervisti għal fuq it-televiżjoni



Wara kuntatti illi kelli mas-Sur Manwel Cassar, ġietna l-opportunita’ illi jkollna spazju waqt programm fuq T.V.M. Għalhekk it-Tnejn, 19 ta’ Novembru nġibdu filmati ta’intervisti u qari ta’ poeżiji ġewwa l-post fejn isiru l-laqgħat tal-Għaqda Poeti Maltin. Il-membri tal-kumitat illi ġew intervistati huma:  Is-Sur Charles Magro, president, is-Sur Patrick Sammut, viċi president u s-Sur Charles Mifsud. Inqraw ukoll xi poeżiji dwar il-Milied li ħarġu mill-pinna ta’ dawn l-istess poeti fosthom poeżija tas-Sur Salv Sammut illi dak in nhar ma setax jattendi. Il-president Charles Magro tkellem fuq il-bidu tal-Għaqda u dwar l-attivitajiet illi jsiru ta’ kull xahar. Patrick Sammut semma’ l-kuntatti illi għandna ma pajjiżi barranin permess tal-poeżija u s-Sur Charles Mifsud qal illi l-poeżija hija intima’ għax ħierġa mil-qalb u turi l-emozzjonijiet tal-bniedem.
Il-programm Wirt ... Arti ... Kultura se jidher fuq TVM fl-24 ta’ Diċembru, lejliet il-Milied u l-ħin eżatt ngħidulkom iktar tard malli nkun naf.
Bis-saħħa ta’ dawn l-intervisti l-poeżija tibda tiġi aktar apprezzata u anki il-pubbliku jsir jaf aktar bl-Għaqda tagħna. 
Tajjeb illi nniżlu din id-data fid-djarji tagħna sabiex niftakru illi għandna nassistu għal-programm Wirt ... Arti ... Kultura illi se jkollu spazju speċjali għal-Għaqda Poeti Maltin ... l-Għaqda illi għalina hija tant għażiża!

Miriam Ellul PRO.