-
Il-kompetituri huma mitluba jibagħtu sa tliet poeżiji kull wieħed bil-Malti, u liema poeżiji ma għandhomx ikunu itwal minn sitta u tletin vers.
-
Il-poeżiji għandhom ikunu ttajpjati fuq karta ta’ daqs A4, u għandhom jintbagħtu tliet kopji ta’ kull poeżija. Dawn il-poeżiji għandhom ikunu ffirmati biss bi psewdonomu (nom de plume).
-
F’envelop separat u ssiġillat, il-konkorrent għandu jniżżel l-isem tal-poeżiji li jkun se jieħu sehem fil-Konkors bihom, il-psewdonomu, ismu u kunjomu, l-indirizz, in-numru tat-telefown u/jew dak ċellulari u l-indirizz elettroniku.
-
Jiġu ppremjati l-poeżiji kklassifikati fl-ewwel tliet postijiet. L-ewwel poeżija tingħata €400, it-tieni poeżija tingħata €200, u t-tielet poeżija tingħata €100. Il-premijiet jistgħu ma jingħatawx jekk ma jintlaħaqx il-livell mistenni f’kompetizzjoni bħal din.
-
Il-ġurija se tkun komposta minn tliet membri: Wieħed magħżul mill-Għaqda Poeti Maltin u tnejn mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb.
-
Is-sottomissjonijiet għal dan il-konkors għandhom jaslu biss għand: Għaqda Poeti Maltin, Dr Joseph Axiaq, 50 Triq il-Lunzjata, Santa Venera STV 1024 u sa mhux aktar tard mill-4 ta’ Settembru, 2017.
-
F’envelop wieħed għandhom jintbagħtu l-poeżiji għall-kompetizzjoni u l-envelop issiġillat bid-dettalji. Ma għandux jinkiteb l-indirizz tas-sender fuq wara tal-envelop.
-
Membri fil-kumitat tal-Għaqda Poeti Maltin jew tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb ma jistgħux jieħdu sehem.
-
Ix-xogħol sottomess irid ikun oriġinali u li qatt ma ġie pubblikat kemm f’kotba/rivisti jew ġurnali.
-
Kull min jonqos f’xi waħda minn dawn ir-regolamenti jiġi skwalifikat immedjatament.
-
Wara li tagħlaq id-data għad-dħul tas-sottomissjonijiet, tkunu tistgħu tiċċekkjaw l-isem tal-poeżija tagħkom fil-websajt tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jew tal-Għaqda Poeti Maltin.
N.B.
-
Il-Premijiet huma ġentilment mogħtija mill-fondi tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb.
-
Ir-riżultat tal-Kompetizzjoni jitħabbar waqt attività speċifika matul il-jiem tal-Festival tal-Ktieb li l-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jorganizza f’Novembru.