Kulħadd jaf li minn Jannar li ġej Malta ser taqleb għall-munita Ewro. Mela, fil-ħlasijiet ta’ xiri u bejgħ ser jibdew jintużaw l-Ewro. Lilna din is-sistema tolqotna wkoll kemm fejn jidħlu miżati u kemm fejn jidħlu abbonamenti f’Versi.
Kif ġa ħabbarna fl-aħħar ħarġa ta’ IL-FOLJU (Sett.2007), il-miżata se tkun Lm2 (4.66Ewro) u l-abbonament f’Versi se jkun Lm1.50 (3.50 Ewro). Nittama li l-membri kollha jikkoperaw.
Nieħu l-opportunita’ biex infakkar li biex l-Għ.P.M. tibqa’ ħajja u tibqa’ tiffunzjona kif imiss, teħtieġ il-finanzi; u l-uniku dħul li għandha jiġi biss mill-miżati tagħna. Mela, ejjew nuru li aqħna kburin li ninsabu mseħbin f’din l-Għaqda u li rriduha tibqa’ ħajja fil-veru sens tal-kelma. Illum l-Għaqda tagħna kisbet rikonoxximent għal ħidmietha kemm f’Malta u kemm barra minn xtutna. Imma hemm bżonn li nħallsu l-miżata (u l-abbonament fir-rivista Versi) regolarment, ħalli ma jkunx hemm bżonn ta’ spejjeż żejda ta’ reminders mit-Teżoriera. Ta’ min jgħid, li kull Ċirkolari li tintbagħat tiswa lill-Għaqda aktar minn Lm7 (16.31 Ewro).
Nagħlaq billi Nawgura Milied hieni u qaddis, kif ukoll Sena Ġdida mimlija riżq, barka u ħidma lill-membri kollha u lill-familji tagħhom.
Alfred Massa
President
Subscribe to:
Post Comments (Atom)
No comments:
Post a Comment