Jiena li kelli x-xorti nara l-Għ.P.M. titwieled u tul is-snin tissokta tikber u tiżviluppa, ma nistax ma nħossnix sodisfatt li llum naraha waslet fejn waslet.
Il-membri minn nofs tużżana qabżu d-90. L-Għaqdda għandha l-e-mail u l-website tagħha. Ippubbnlikat 7 Antoloġiji b'ilsna differenti u oħra bl-Esperanto li waslet biex toħroġ f'qasir żmien. Għandha r-rivista tagħha li toħroġ regolarment. Kull sena torganizza Konkorsi ta' Poeżija għall-kbar u għat-tfal. Tat ħajja ġdida lill-Poeżija fost il-poplu tal-gżejjer tagħna.
Dan kollu huwa frott ta' ħidma sfiqa ta' wħud mill-membri. Iżda ċertament m'huwiex biżżejjed għax min-naħa l-oħra, għandna membri oħrajn li jħossuhom kuntenti sempliċiment għax isimhom hu mniżżel fil-lista tagħna. Uħud anki biex iħallsu l-miżata rridu noqogħdu niġru warajhom!
Nistaqsi: Dawn jistgħu jiftaħru li huma membri veri tal-Għ.P.M.? Ħbieb tiegħi, għal min irid jaħdem fl-għalqa tagħna hemm xogħol għalih żgur.
Alfred Massa
President
Saturday, June 30, 2007
Subscribe to:
Posts (Atom)