Pages

Saturday, December 30, 2006

Il-Kelma Tal-President - Word From The President - Diċembru 2006

Fiż-żmien meta s-sena tkun agonija, ma nistgħux ma nħarsux lura u naraw x’inkunu wettaqna. Min-naħa tagħha L-Għ.P.M. tħares b’sodisfazzjon lejn ħidmietha b’risq il-poeżija matul is-sena li għodda waslet biex tintemm.
Il-ħasra hi, li mhux kulħadd japprezza l-ħidma tagħha, bħal dak il-korrispondent li kiteb ittra fil-gazzetta The Times (26.07,2006). Nies bħal dawn juru kemm huma maqtugħin minn dak li jseħħ f’pajjiżna fil-qasam tal-poeżija. B’danakollu, xorta waħda jaslu li jippontifikaw dwar dak li qed isir u dwar dak li għandu jsir. Meta huma, wara kollox, anqas biss jindenjaw jattendu għal xi attivita’ marbuta ma’ dak li jiktbu dwaru.
Lilna l-kritika ma ddejjaqniex sakemm tkun justa sinċiera u kostruttiva. Aħna konxi li m’ħniex perfetti u li nistgħu naħdmu aktar, kif fil-fatt bi ħsiebna nagħmlu matul is-sena 2007. Iżda li niġu ttimbrata a static conglomeration of dummies ma nħossux li huwa just.Il-Festi t-Tajba lill-membri kollha u lill-familji tagħhom.

Alfred Massa
President