Pages

Tuesday, November 20, 2012

KONKORS NAZZJONALI TAL-POEŻIJA 2012 NATIONAL POETRY COMPETITION 2012




PREMJAZZJONI

            Il-Konkors Nazzjonali tal-Poeżija 2012, li l-Għaqda Poeti Maltin nediet fl-1 ta’ Lulju 2012, ġie fi tmiemu b’Serata ta’ Premjazzjoni li saret il-Ġimgħa, 16 ta’ Novembru, fis-sala tas-Soċjetà tal-Arti, Manifattura u Kummerċ, il-belt Valletta.

            Din is-sena wkoll kien hemm għadd sabiħ ta’ konkorrenti, Membri tal-Għaqda Poeti Maltin u mhumiex.

            Il-Ġurija li eżaminat il-poeżiji kienet magħmula mis-Sinjuri George Falzon, Louis Briffa u l-Inġ. Maurice Mifsud Bonnici.

            Il-Konkors kellu tliet taqsimiet: tal-Malti, tal-Ingliż u tat-Taljan.  Ir-rebbieħa f’kull kategorija kienu dawn li ġejjin:

            Bit-Taljan ġiet fl-Ewwel Post il-poeżija “Intimità” ta’ Christine Borg Farrugia.  Fit-Tieni Post ġiet “Patéma” ta’ Mario Attard.

            Fit-taqsima tal-Ingliż l-Ewwel ġiet il-poeżija “Blue Tongued Lizard” ta’ Donovan Gatt.  It-Tieni ġiet “Vaudeville” ta’ Kristina Miggiani.

            L-Ewwel fit-Taqsima tal-Malti ġiet il-poeżija “Bersall”, ta’ Therese Pace.  Fit-Tieni Post ġiet il-poeżija “Nawfraġju Ieħor”  ta’ Stefano Farrugia.  Fit-Tielet Post ġiet il-poeżija “Rabta”, ta’ Mark Amaira.

            Therese Pace ngħatat ukoll il-Premju ‘Mons. Amante Buontempo’, bħala r-Rebbieħa assoluta tal-Konkors Nazzjonali tal-Poeżija 2012.


 AWARDS


            The National Poetry Competition 2012, that the Maltese Poets Association ħad launched on the 1st. July, was concluded during an Evening of Awards on Friday, 16th November, at the hall of the Society of Arts, Manufacture and Cmmerce in Valletta.

            As in the past editions this year there was also a good number of competitors, Membrs of the Association, and non-Members.

            The Board that examined the poems was made up of Mr. George Falzon, Mr. Louis Briffa and Ing. Maurice Mifsud Bonnici.

            The competition had three sections: Poems could participate in Maltese, English and Italian. 

            The winners of each section are as follows:

            The poem in the Italian section, classified in the First Place was “Intimità” by Christine Borg Farrugia.  Second Place was given to “Patéma” by Mario Attard.

            In the English section, the poem classified in the First Place was “Blue Tongued Lizard” by Donovan Gatt.  Second was “Vaudeville” by Kristina Miggiani.

            The First poem in Maltese was “Bersall”, by Therese Pace.  Second was “Nawfraġju Ieħor  of Stefano Farrugia.  Third Place was given to the poem “Rabta”, a poem by Mark Amaira.

            Therese Pace was also awarded the ‘Mons. Amante Buontempo’ Prize, as the overall winner of the National Poetry Competition 2012.