KONKORS NAZZJONALI TAL-POEŻIJA
“Mons. A. Buontempo”
2014
REGOLAMENTI
1. Kull poeżija tista’ tkun f’kull forma, ma tridx tkun itwal minn għoxrin vers (20) vers u trid tkun oriġinali u qatt imxandra jew ippubblikata qabel. Tista’ tkun bil-Malti, bl-Ingliż jew bit-Taljan.
2. Kull poeżija trid tkun ittajpjata fi tliet (3) kopji bi spazju doppju.
3. Il-Konkors hu miftuħ għal kull min għandu ‘l fuq minn 16-il sena, mhux għall-Membri tal-Għ.P.M. biss. Iżda l-Membri tal-Kumitat tal-Għ.P.M. ma jistgħux jieħdu sehem.
4. Kull konkorrent jista’ jibgħat sa tliet (3) poeżiji.
5. Kull poeżija għandha tidher taħt psewdonimu. Isem il-poeżija, l-isem u l-indirizz tal-konkorrent flimkien mal-psewdonimu addottat, għandhom ikunu f’envelop issiġillat, li għandu jkun mehmuż mal-poeżiji. Imbagħad, flus, envelop issiġillat u poeżiji jintbagħtu f’envelop wieħed.
6. Jingħataw tliet (3) premjijiet lill-ewwel tliet (3) poeżiji rebbieħa bil-Malti. Ir-rebbieħ ta’ l-ewwel premju għall-poeżija bil-Malti jingħata l-Premju “Mons. A. Buontempo”. Jingħataw żewġ (2) premjijiet oħra għall-aħjar żewġ (2) poeżiji bl-Ingliż, u żewġ (2) premjijiet għall-aħjar żewġ (2) poeżiji bit-Taljan.
7. L-Għaqda Poeti Maltin iżżomm il-jedd li tippubblika bla ħlas (għallinqas darba) il-poeżiji li jidħlu għall-Konkors.
8. Il-poeżiji li jitressqu għall-Konkors ma jingħatawx lura.
9. Ħadd ma jkollu jedd għal aktar minn premju wieħed, iżda jista’ jissemma b’ġieħ għal aktar minn poeżija waħda.
10. Il-Ġurija titħabbar mar-riżultat u d-deċiżjoni tagħha tkun finali.
11. Kull konkorrent irid jibgħat €10 jekk mhux membru tal-Għ.P.M. Jekk hu membru jibgħat €5 Ewro, basta jkun regolari fil-ħlas tas-Sħubija (2014). Dan għandu jsir immaterjalment minn jekk il-konkorrent jiħux sehem b’poeżija waħda, tnejn jew tlieta. Il-ħlas għandu jsir b’ċekk, indirizzat lil Mrs. M.D. Chircop, u inkluż mal-poeżiji u l-envelop issiġillat bid-dettalji ta’ min jieħu sehem. Ħlas f’bolol ma jiġix aċċettat, u anqas f’Money Orders.
12. Il-poeżiji u l-ħlas iridu jaslu għand is-Segretarju tal-Għaqda Poeti Maltin, is-Sur Salv. Sammut, 2, “The Quest”, Blk.R, Trejqet il-Ġilju, Mtarfa, MTF 1430, sal-31 t’Awwissu 2012.
13. Lista tax-xogħlijiet li jkunu waslu għand is-Segretarju tidher fuq is-sit elettroniku tal-Għaqda kif jidher hawn fuq wara d-data tal-għeluq.
14. Id-data taċ-Ċerimonja tal-Premjazzjoni titħabbar aktar tard.
15. Min jonqos f’xi waħda minn dawn il-kundizzjonijiet jiġi mill-ewwel skwalifikat.
Friday, July 4, 2014
ANTOLOĠIJA
Biex tiċċelebra l-40 Sena mit-Twaqqif tagħha
l-Għaqda Poeti Maltin għandha l-ħsieb li tippubblika
Antoloġija ta’ Poeżiji tal-Membri.
Biex ikunu inklużi f’din l-Antoloġja, il-poeżiji għandhom jintbagħtu lis-Sur Patrick Sammut, 9, “Spring Dale”, Triq it-Taħħan, Mosta, MST 4215, sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Lulju 2014.
Il-poeżiji għandhom ikunu bil-Malti.
It-tul tal-poeżiji jrid ikun skond l-ispazju li jixtri l-Membru. Jekk il-poeżiji ma jkunux itwal minn tmien (8) versi, f’paġna waħda jistgħu joqogħdu żewġ (2) poeżiji. Iżda żgur li l-poeżiji ma jridux ikunu itwal minn erbgħin (40) vers biex ebda poeżija ma tokkupa iktar minn żewġ paġni.
Kull paġna tiswa tmien ewro (€8). Iżda mal-poeżiji tibagħtux flus, għax il-poeżiji jridu jgħaddu mill-approvazzjoni ta’ Kummissjoni maħtura apposta. Jekk il-poeżija/i tkun/ikunu aċċettata/i, il-Kummissjoni tibgħat tgħidilkom kemm għandkom tħallsu. Imbagħad jekk il-ħlas ma jsirx, il-poeżija/i jibqgħu barra.
Ħadd ma jista’ jokkupa iktar minn żewġ (2) paġni. F’żewġ paġni jistgħu joqogħdu (i) poeżija waħda ta’ mhux aktar minn erbgħin (40) vers; (ii) erba’ (4) poeżiji ta’ mhux iktar minn tmien (8) versi -l waħda; (iii) tliet (3) poeżiji li bejniethom ma jkunux itwal minn erbgħin (40) vers.
Meta l-Antoloġija tiġi stampata, issir ċerimonja ta’ tnedija, u fiha kulmin ikollu l-poeżija/i stampata/i jingħata kopja tal-Antoloġija għal kull €3 li jkun nefaq.

Subscribe to:
Posts (Atom)