Nhar il-Ġimgħa, 30 ta’ Mejju, l-Għaqda Poeti Maltin flimkien mal-Faraxa Publishing, tellgħu Lejla ta’ Poeżija u Mużika fis-Sala tal-Konferenzi fil-Ministeru għall-Edukazzjoni u l-Impjiegi fil-Furjana. Waqt din il-lejla ġie wkoll imniedi l-ktieb ta’ poeżiji tal-poetessa Amerikana Sheryll Loeffler, A Land in the Storytelling Sea.
Din ma kenitx l-ewwel lejla tat-tip li l-Għaqda Poeti Maltin tellgħet. Fl-imgħoddi din l-għaqda kellha mistednin poeti barranin bħal Stephen Morris (mir-Renju Unit) u Paola Mara De Maestri, Alberto Figliolia u Clirim Muca (mill-Italja).
Il-lejla tat-30 ta’ Mejju nfetħet b’diskors mill-president tal-Għ.P.M., Charles Magro. Wara kien hemm ħin biex il-membri u dawk preżenti jaqraw il-poeżiji tagħhom, kemm bil-Malti kif ukoll bl-Ingliż. Aktar tard saret it-tnedija tal-ktieb A Land in the Storytelling Sea. Inqrat bijografija qasira ta’ Sheryll Loeffler minn Miriam Ellul, l-U.R.P. tal-għaqda u l-persuna li mexxiet is-serata. Imbagħad il-viċi-president tal-Għ.P.M., Patrick Sammut, intervista lill-poetessa li kellha wkoll il-ħin taqra għadd ta’ poeżiji minn din l-antoloġija ġdida tagħħa. Il-lejla kienet akkumpanjata mill-mużika ta’ Maria Luana Ellul (kantanta) u Myles Azzopardi (kitarrist) li huma parti mill-Milk Mi rock band.
Fl-aħħar tal-lejla kien hemm bibita li matulha dawk preżenti setgħu jixtru kopja ta’ A Land in the Storytelling Sea, u jitkellmu mal-poetessa mistiedna li ffirmat kopji tal-ktieb.
Sunday, June 1, 2014
Tuesday, May 13, 2014
Lejla ta’ Poeżija u Mużika fl-Istitut Kattoliku mal-Fundazzjoni Papa Ġwanni Pawlu II
L-Għaqda Poeti Maltin tellgħet Lejla ta’ Poeżija u Mużika fis-Sala San Ġorġ Preca, fl-Istitut Kattoliku, fil-Furjana. Il-lejla ġiet organizzata flimkien mal-Fundazzjoni JP2 fl-okkażjoni tal-Kanonizzazjoni tal-Papa Ġwanni Pawlu II taħt il-patroċinju tal-Eċċelenza Tiegħu Mons. Charles J. Scicluna, Isqof Awżiljarju għal Malta.
Inqraw poeżiji f’rabta mal-figura tal-Papa Ġwanni Pawlu II mill-membri tal-Għ.P.M. Waqt il-lejla, Omar Seguna, Uffiċjal għar-Relazzjonijiet Lil Hinn minn Xtutna, qara diskors dwar il-ħajja u x-xogħlijiet ta’ Papa Ġwanni Pawlu II. Ipparteċipa wkoll il-Chorus Sancti Ioannes Paulus II.
Ta’ min ifakkar li din is-serata ttellgħet eżattament 33 sena mill-attentat ta’ qtil fuq Papa Ġwanni Pawli II, jiġifieri fit-13 ta’ Mejju tal-1981.
Inqraw poeżiji f’rabta mal-figura tal-Papa Ġwanni Pawlu II mill-membri tal-Għ.P.M. Waqt il-lejla, Omar Seguna, Uffiċjal għar-Relazzjonijiet Lil Hinn minn Xtutna, qara diskors dwar il-ħajja u x-xogħlijiet ta’ Papa Ġwanni Pawlu II. Ipparteċipa wkoll il-Chorus Sancti Ioannes Paulus II.
Ta’ min ifakkar li din is-serata ttellgħet eżattament 33 sena mill-attentat ta’ qtil fuq Papa Ġwanni Pawli II, jiġifieri fit-13 ta’ Mejju tal-1981.
Friday, May 9, 2014
Dar l-Emigrant 3 ta' Mejju 2014
Nhar is-Sibt 3 ta’ Mejju membri tal-Għaqda Poeti Maltin iltaqgħu bħal ma jagħmlu fl-ewwel sibt ta’ kull xahar, ġo kafeterija fil-Belt Valletta sabiex bejn kikkra kafe’ jew te jaqraw xi poeżji. Din il-laqgħa qed tintgħoġob ferm ma’ xi membri, għaliex madwar mejda jkun hemm diskussjoni informali bosta drabi li toħroġ minn xi vers jew ħsieb li jkun għadu kif inqara. It-temi li nqraw, li dejjem ikunu ħielsa, varjaw minn xi weġgħa li l-poeta jkun ġarrab wara xi episodju f’ħajtu jew ħsus oħra li jkun għaddej minnhom. Charles Mifsud fil-poeżija “Mejju? Sabiħ?” jikteb dwar dan ix-xahar li bosta minnha, forsi minħabba l-fatt li jiġi fir-rebbiegħa, narawh xahar sabiħ.. Mhux hekk iżda l-poeta, għaliex f’dan ix-xahar ġarrab bosta esperjenzi xejn sbieħ. Tony Vidal ara silta minn poema sentimentali bl-isem ta’ “Marti l-għażiża”. Kif juri l-isem, din il-poema hija mafkar ħaj għall-mara tiegħu. Fil-poema wkoll iqabbel il-mewt mal-materjaliżmu li fl-aħħar mill-aħħar dan imut u jispiċċa, filwaqt li l-imħabba hija eterna. Fuq l-istess ħsieb, Tony Vella Lungro qara l-poeżija “Mingħajrek Le” fejn jispikka l-element sempliċi li jiżboq l-imħabba sinċiera ta’ bejniethom. Omar Seguna, “Fl-istrajk ta’ mħabbitna” jibqa’ jittama li minkejja dan is-”silenzju”, dlam u maltemp, “Forsi għada tieqaf ix-xita”. Josef Borg fil-poeżija “Qortin” jikkritika l-istituzzjonijiet politiċi, fejn
“f'dal-ħawt magma
bil-piż tiegħu mtaqqlin
jerfgħu s-soror ta' sororna
moħbijin f'keffet
il-kannizzata tad-destin.”
Salv Sammut jibqa’ fuq dan l-istess ħsieb, forsi ftit aktar immersiv u b’ton sarkastiku sottili. Raymond Grech ifakkar fit-traġedja ta’ Beslan fejn minkejja li“instema' wisq biki minn bikri bla srieħ” il-poeta huwa ottimist li “xemx oħra trid titla’”.
Ma jistax jonqos li l-qari tal-poeżiji jiġu mżewqa bid-diskussjoni. U xi waqtiet tkun imqanqla mhux ħażin!
“f'dal-ħawt magma
bil-piż tiegħu mtaqqlin
jerfgħu s-soror ta' sororna
moħbijin f'keffet
il-kannizzata tad-destin.”
Salv Sammut jibqa’ fuq dan l-istess ħsieb, forsi ftit aktar immersiv u b’ton sarkastiku sottili. Raymond Grech ifakkar fit-traġedja ta’ Beslan fejn minkejja li“instema' wisq biki minn bikri bla srieħ” il-poeta huwa ottimist li “xemx oħra trid titla’”.
Ma jistax jonqos li l-qari tal-poeżiji jiġu mżewqa bid-diskussjoni. U xi waqtiet tkun imqanqla mhux ħażin!
Wednesday, April 30, 2014
L-Imtarfa 26 ta' April 2014
Lejla ta’ qari ta’ poeżiji u mużika ġewwa l-Imtarfa.
Bħal dawn l-aħħar snin, l-Għaqda Poeti Maltin flimkien mal-Kunsill Lokali tal-Imtarfa għal darb’oħra tellgħu Lejla ta’ qari ta’ Poeżiji u Mużika ġewwa l-iskola primarja San Nikola tal-lokal. Minbarra l-membri tal-Għaqda Poeti Maltin disat itfal mill-Imtarfa stess qraw poeżiji tagħhom kif ukoll ta’ poeti stabbiliti. Din is-sena, matul din l-attività saret il-preżentazzjoni ta’ Ġieħ l-Imtarfa lil waħda residenta li ddistingwid ruħha fil-qasam filantropiku tal-lokal. Waqt din is-serata, tfajla mill-Imtarfa henniet lill-udjenza b’siltiet mużikali fuq il-pjanu kif ukoll intwera DVD dwar l-iżvilupp tal-lokal tal-Imtarfa matul is-snin.
Bħal dawn l-aħħar snin, l-Għaqda Poeti Maltin flimkien mal-Kunsill Lokali tal-Imtarfa għal darb’oħra tellgħu Lejla ta’ qari ta’ Poeżiji u Mużika ġewwa l-iskola primarja San Nikola tal-lokal. Minbarra l-membri tal-Għaqda Poeti Maltin disat itfal mill-Imtarfa stess qraw poeżiji tagħhom kif ukoll ta’ poeti stabbiliti. Din is-sena, matul din l-attività saret il-preżentazzjoni ta’ Ġieħ l-Imtarfa lil waħda residenta li ddistingwid ruħha fil-qasam filantropiku tal-lokal. Waqt din is-serata, tfajla mill-Imtarfa henniet lill-udjenza b’siltiet mużikali fuq il-pjanu kif ukoll intwera DVD dwar l-iżvilupp tal-lokal tal-Imtarfa matul is-snin.
Monday, March 17, 2014
SERATA TA’ POEŻIJA U MUŻIKA
L-Għaqda Poeti Maltin tistieden lill-Membri kollha, lill-familjari u ’l-ħbieb għal Serata ta’ Poeżija u Mużika
Data: Il-Ġimgħa, 4 ta’ April 2014
Ħin: Fis-7:00 ta’ filgħaxija
Post: Is-Sala tad-Diviżjoni tal-Edukazzjoni - Beltissebħ, il-Furjana
Dawk li se jaqraw poeżiji ppubblikati fi ktieb,
jistgħu jġibu l-ktieb biex issirlu ftit pubbliċità.
NOTA: Dawk li se jattendu, iridu jidħlu mill-bieb prinċipali tal-Ministeru, jimxu safejn hemm il-lift, jidħlu fih u jagħfsu l-buttuna mmarkata “-1”. Imbagħad jimxu sar-reception area.
Data: Il-Ġimgħa, 4 ta’ April 2014
Ħin: Fis-7:00 ta’ filgħaxija
Post: Is-Sala tad-Diviżjoni tal-Edukazzjoni - Beltissebħ, il-Furjana
Dawk li se jaqraw poeżiji ppubblikati fi ktieb,
jistgħu jġibu l-ktieb biex issirlu ftit pubbliċità.
NOTA: Dawk li se jattendu, iridu jidħlu mill-bieb prinċipali tal-Ministeru, jimxu safejn hemm il-lift, jidħlu fih u jagħfsu l-buttuna mmarkata “-1”. Imbagħad jimxu sar-reception area.
Tuesday, March 4, 2014
Lino Grech
L-Għaqda Poeti Maltin tat l-aħħar tislima lil poeta membru tagħha Lino Grech. Il-Funeral tiegħu sar it-Tlieta 4 ta' Marzu fit-8.30am, fil-Knisja ta' San Girgor Tas-Sliema.
Lino ħareġ diversi ġabriet ta' poeżiji fosthom "Għerf il-Bniedem" u "Ilsien Bla Rażan". Minbarra l-poeżija, Lino kien jikteb ukoll diversi novelli u kitbiet oħra, u narawhom fost oħrajn fil-ktieb "Ħajja ta' Bniedem" u "Non omnis moriar", ktieb bl-Ingliż.
Lino ħareġ diversi ġabriet ta' poeżiji fosthom "Għerf il-Bniedem" u "Ilsien Bla Rażan". Minbarra l-poeżija, Lino kien jikteb ukoll diversi novelli u kitbiet oħra, u narawhom fost oħrajn fil-ktieb "Ħajja ta' Bniedem" u "Non omnis moriar", ktieb bl-Ingliż.
Sunday, February 23, 2014
Konkors Nazzjonali ta’ Poeżija għat-tfal 2014
Regolamenti
1. L-istudenti parteċipanti jridu jkunu ta’ eta’ ta’ bejn id-disgħa u l-ħdax –il sena
(Year 6 u Form 1).
2. Il-poeżiji jistgħu jkunu kemm bil-Malti kif ukoll bl-Ingliż u s-suġġett huwa wieħed liberu.
3. Kull konkorrent irid jibgħat tliet kopji separati ta’ kull poeżija li jibgħat (mhux aktar minn tliet poeżiji
kull persuna) f’dan l-indirizz:
Charles Mifsud
51, “Caris” Triq F Zahra,
Birkirkara
BKR 1782
4. Ma’ kull poeżija jinħtieġ li jidhru b’mod ċar l-isem u l-kunjom, l-eta’ tal-konkorrent, l-indirizz
residenzjali, numru tat-telefon/mobajl, flimkien mal-isem tal-iskola fejn jattenti/tattendi.
5. Kull poeżija ma tridx tkun itwal minn tletin (30) vers.
6. Data tal-għeluq tkun il-ħmistax ta' April 2014. Wara din id-data ma jiġux aċċettati poeżiji oħra.
7. Kull poeżija trid tkun mibgħuta fuq karti A4 jew A5 u miktubin kemm jista' jkun b'mod ċar
8. Jingħataw tliet premijiet, l-ewwel, it-tieni u t-tielet u jistgħu jingħataw premijiet lil dawk li jissemmew
b’ġieh mill-ġurija.
9. Ċertifikati u diplomi jingħataw biss lir-rebbieħa u lil dawk li jissemmew b'ġieħ.
10. Kull deċiżjoni tal-ġurija hija finali u inappellabbli.
Friday, November 29, 2013
Konkors Nazzjonali tal-Poeżija 'Mons. Amante Buontempo' 2013
Sezzjoni tal-Malti
L-Ewwel: Romanza lir-Rażan, ta' Therese Pace
It-Tieni: Kewkba Mitfija, ta' Josef Borg
It-Tielet: It-Teżor li ħbejt ġo fija, ta' Stefano Farrugia
Sezzjoni tal-Ingliż
L-Ewwel: Contemp(t)orary, ta' Kristina Miggiani
It-Tieni: Dictionary Blues, ta' Therese Vella
Imsemmija b'Ġieħ: Orisons of a Disgruntled Citizen, ta' Therese Pace
Sezzjoni tat-Taljan
L-Ewwel: Luci nel Tramonto, ta' Jane Micallef
It-Tieni: Caro Cuore, ta' Dr. Michelle Muscat
Imsemmija b'Ġieħ: Proposte all'Arno, ta' Therese Pace
L-Ewwel: Romanza lir-Rażan, ta' Therese Pace
It-Tieni: Kewkba Mitfija, ta' Josef Borg
It-Tielet: It-Teżor li ħbejt ġo fija, ta' Stefano Farrugia
Sezzjoni tal-Ingliż
L-Ewwel: Contemp(t)orary, ta' Kristina Miggiani
It-Tieni: Dictionary Blues, ta' Therese Vella
Imsemmija b'Ġieħ: Orisons of a Disgruntled Citizen, ta' Therese Pace
Sezzjoni tat-Taljan
L-Ewwel: Luci nel Tramonto, ta' Jane Micallef
It-Tieni: Caro Cuore, ta' Dr. Michelle Muscat
Imsemmija b'Ġieħ: Proposte all'Arno, ta' Therese Pace
Tuesday, November 12, 2013
Avviżi Tal-Għaqda Poeti Maltin
1. Waqt il-Festival tal-Ktieb ġewwa Dar il-Mediterran, l-Għaqda Poeti Maltin għandha
stand bil-kotba li l-membri għoġobhom jgħaddulha biex il-qligħ imur b’risq
l-istess Għaqda. Din l-inizjattiva hija nnovattiva għall-Għaqda minħabba li
qatt ma kellha stand bil-kotba fil-fieri l-imgħoddija. Il-membri huma mħeġġin
jattendu u jgħinu fil-finanzjament tal-Għaqda.
2 . L-Għaqda Poeti Maltin, nhar il-Ħamis, 14 ta’ Novembru, flimkien mal-Kulleġġ
San Nikola tal-Imtarfa se torganizza attivita ma’ klassi tal-primarja ta’ eżerċizzju
ta’ poeżiji bis-sehem tal-membru tal-Għaqda, Sa Therese Pace.
3. Nhar il-Ġimgħa, 15 ta’ Novembru, mis-7:00 ’l quddiem, l-Għaqda Poeti Maltin
se ttella’ Lejla ta’ Qari ta’ Poeżiji fl-ispazju miftuħ ġewwa Dar il-Mediterran
waqt il-Festival tal-Ktieb. Matul din il-lejla, se jiġi mniedi l-ktieb il-ġdid
tal-membru Jonathan Balzan. Kulħadd huwa mistieden li jattendi.
4. Nhar l-Erbgħa, 27 ta’ Novembru, ġewwa l-bini tal-Arti, Manifattura u
Kummerċ (Palazzo De La Salle) fil-Belt Valletta, l-Għaqda Poeti Maltin se tkun qed
iżżomm il-lejla ta’ premjazzjoni għal parteċipanti li ħadu sehem
fill-Konkors Nazzjonali tal-Poeżija tal-Kbar. Il-ħin ikun fis-6:30 ta’
filgħaxija.
Friday, November 8, 2013
Attività fil-Belt Valletta
Nhar is-Sibt 3 ta’Novembru 2013 , l-Għaqda Poeti Maltin żammet
l-appuntament tagħha ta’ kull xahar fejn poeti u ħbieb tal-poeżija ngħidu kelma
u naqraw xi poeżiji f’kafeterija fil-Belt Valletta. Minkejja x-xita qalila, xorta kienet laqgħa
interessanti fejni bħas-soltu ddiskutejna diversi temi interessanti. Fost il-poeżiji moqrija kien hemm “Lil hinn”
ta’ Anthony Vidal, poeżija ispirata mix-xahar ta’ Novembru – ix-xahar
tal-mejtin. F’dan ix-xahar li propju
qegħdin fih iġagħlna nirriflettu li “Lillu, flus, saħħa” ma jiswew xejn, għax
fi kliem il-poeta, “mewt le tieħu magħha”.
Joe Psaila qarha fost oħrajn il-poeżija ħelwa tiegħu “Ftit mill-istorja
tiegħi u tiegħek”, ambjentata fi żmien ta’ wara l-gwerra. Psaila ġabilna ħafna nostalġija għal
drawwwiet ta’ l-imgħoddi. Wara li nhar il-Ġimgħa, 18 ta’ Ottubru 2013, -Għaqda Poeti
Maltin tellgħet Lejla ta’ Poeżija f’ġieħ il-Poeta tan-Nirien, Karmenu Vassallo,
Andrew Sciberras reġa’ sellem lil dan il-poeta kbir bil-poeżija tiegħu “Lil
Karmenu Vassallo”.
Elizabeth Buhagiar qrat il-poeżija tagħha “Kemm hu
sabiħ”. Kif tistqarr il-poetessa “Kemm
hu sabiħ tgħix fl-armonija” u “kemm hu sabiħ li tfittex kumpanija” u fin-nuqqas
tagħhhom tagħraf aktar il-bżonn tagħhom.
Omar Seguna qarha fost oħrajn il-poeżija “Kuntrast” fejn ħoloq żewġ xenarji ta’ min huwa bil-ġuħ
u bl-għatx imma “tbissmu” u ta’ “Persuni li sikru bl-inbid ... imma
baqgħu għatxana.” Ma setax jonqos
bħas-soltu ħadna spunt minn kull poeżija sabiex niddiskutu bejnietna.
Qari ta' Poeżiji
Qari ta' Poeżiji
mill-Għaqda Poeti Maltin
FIL-FESTIVAL NAZZJONALI TAL-KTIEB 2013
L-Għaqda
Poeti Maltin se tkun qed tieħu sehem attiv waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2013 ġewwa Dar il-Mediterran billi membri u
pubbliku ġenerali qed ikunu mistiedna jattendu u jaqraw il-poeżiji
tagħhom. Din is-serata se ssir nhar il-Gimgħa, 15
ta' Novembru mis-7:00 ta' filgħaxija 'l quddiem u se tkun imżewqa wkoll bi tnedija
ta' ktieb tal-membru tal-Għaqda,
Jonathan Balzan.
Għalhekk inħeġġukom tiġi
u ġġibu lil ħbieb tagħkom biex flimkien nitgħaxxqu bil-ġmiel tal-poeżija fl-atmosfera
ta' ħbiebna l-kotba.
Tuesday, October 29, 2013
LEJLA F’ĠIEĦ KARMENU VASSALLO MILL-GĦAQDA POETI MALTIN
Nhar il-Ġimgħa, 18 ta’ Ottubru 2013, fis-6.30 pm, l-Għaqda Poeti Maltin
tellgħet Lejla ta’ Poeżija f’ġieħ il-Poeta tan-Nirien, Karmenu Vassallo. Dan
seħħ fir-Razzett tal-Markiż, Ċentru Nazzjonali tal-Kultura fil-Mosta, immexxi
mill-Għaqda Filantropika Talent Mosti. Għal-lejla kienu preżenti tliet ulied
ta’ Karmenu Vassallo, Oliver Paul, Nikol u Jane u familjari oħrajn.
Il-President tal-Poeti Maltin, Charles Magro, fetaħ bid-diskors tiegħu u fakkar
li Karmenu Vassallo hu fost il-poeti Romantiċi ewlenin. Fakkar ukoll li Karmenu
Vassallo kien Membru Onorarju tal-Għaqda Poeti Maltin, fatt li kompla jgħolli
l-prestiġju tal-Għaqda. Matul is-serata nqraw bijografija tal-Poeta, siltiet
minn ittri li kienu ntbagħtu lilu minn kittieba u personalitajiet prominenti, u
għadd ta’ poeżiji minn ġabriet differenti li Vassallo ppubblika, fosthom NIRIEN
u TNEMNIM. Għas-serata kien preżenti Marcel Zammit Marmarà, studjuż u bijografu ta’ Vassallo, li
tkellem dwar ir-relazzjoni tal-poeta mis-Siġġiewi mal-Poeta Nazzjonali, Dun
Karm Psaila, u qara xi korrispondenza li kienet tgħaddi bejniethom. Tkellem
ukoll dwar Vassallo ibnu Oliver Paul. Huwa fakkar f’kemm missieru kien
perfezzjonista meta kien jikteb il-versi tiegħu u qara wkoll xi poeżiji
tal-Poeta tan-Nirien. Kien hemm ukoll ħin għall-membri tal-Għaqda Poeti Maltin
li qraw xi poeżiji ddedikati lil jew ispirati minn Karmenu Vassallo. Is-serata
tmexxiet mill-PRO tal-Għaqda Poeti Maltin, Miriam Ellul, u l-intervalli mużikali
ġew ipprovduti minn Ray Ellul. Wara kien hemm ukoll bibita li matulha dawk li
attendew setgħu jitkellmu anki mal-familjari ta’ Karmenu Vassallo.
Qari ta’ Poeżiji l-Belt Valletta
L-Għaqda Poeti Maltin għal darb’oħra tistieden lill-Membri u l-familjari
tagħhom flimkien mal-pubbliku ġenerali għal nofstanhar ieħor ta’ qari ta’
poeżiji fil-Kafeterija ta’ ħdejn il-Barrakka ta’ Fuq nhar is-Sibt, 2 ta’
Novembru biex flimkien naqsmu l-ħsibijiet ġewwiena tagħna. Bħas-soltu l-ħin
ikun bejn l-għaxra u nofsinhar.”
tagħhom flimkien mal-pubbliku ġenerali għal nofstanhar ieħor ta’ qari ta’
poeżiji fil-Kafeterija ta’ ħdejn il-Barrakka ta’ Fuq nhar is-Sibt, 2 ta’
Novembru biex flimkien naqsmu l-ħsibijiet ġewwiena tagħna. Bħas-soltu l-ħin
ikun bejn l-għaxra u nofsinhar.”
Sunday, October 13, 2013
Jum il-Poeżija 2013
Fil-15 ta’ Ottubru ta’ kull sena hawn Malta niċċelebraw
JUM IL-POEŻIJA.
Dan
mhux Jum li jiġi ċċelebrat Malta biss; anzi ħafna pajjiżi fid-dinja jiċċelebrawh,
ukoll jekk f’dati differenti minn tagħna.
X’inhu
l-għan li għalih jiġi ċċelebrat dan il-Jum?
U għaliex propju tiġi ċċelebrata l-Poeżija, u mhux il-Proża, jew l-Arti
Viżiva, jew xi forma oħra tal-arti?
Għax
il-Poeżija hi l-evidenza tal-ħajja
(Leonard Cohen). Il-poeta hu ispirat
mill-esperjenzi ta’ ħajtu u tal-ħajja fi żmienu. Dawn l-esperjenzi u emozzjonijiet varji
jitfagħhom fil-versi tiegħu u juniversalizzahom. Għalhekk, filwaqt li permezz tal-Poeżija
l-awtur ikun qed jipprova jaħrab mir-realtà li ma togħġbux u jaħlaq realtà ideali,
aħjar minn dik tal-eżistenza tiegħu, il-Poeżija ma tistax ma tkunx ritorn lejn
dik ir-realtà li l-poeta jkun jixtieq jaħrab minnha. Il-poeta
hu giddieb li dejjem jgħid il-verità (Jean Cocteau).
Veru
li dan jista’ jingħad għal kull forma oħra tal-arti. Iżda waħda
mill-merti tal-Poeżija li ħadd ma jista’ jiċħad hi li tgħid iktar u f’inqas
kliem mill-proża (Voltaire).
X’inhi
l-qawwa tal-Poeżija? X’jagħmilha aktar
sublimi minn forom oħrajn tal-attivitajiet tal-bniedem? Meta
l-poter iwassal lill-bniedem għall-arroganza, il-Poeżija tfakkru
fil-limitazzjonijiet tiegħu. Meta
l-poter iwassal lill-bniedem biex jimpurtah minn inqas affarijiet li qabel
kienu jikkonċernawh, il-Poeżija tfakkru fl-għana u d-diversità
tal-eżistenza. Meta l-poter jikkorrompi,
il-Poeżija tnaddaf (John F. Kennedy).
Charles
Magro, BA, MOM
President
Monday, October 7, 2013
Serata f'Ġieħ il-Poeta Siġġiewi, Karmenu Vassallo.
L-Għaqda Poeti Maltin, nhar il-Ġimgħa, 18 ta'
Ottubru, fis-6:30 ta' filgħaxija ġewwa r-Razzett tal-Markiż Tabona
fil-Mosta, se ttella' serata f'ġieħ il-Poeta Siġġiewi, Karmenu Vassallo.
Il-membri tal-Għaqda kif ukoll il-pubbliku ġenerali huma mistiedna
jattendu u min għandu xi poeżija relatata ma' dan il-poeta jista' jiġi u
jaqraha.
Huwa xieraq li dan il-poeta kbir Malti jingħata
l-ġieħ li jixraqlu. Għalhekk, inħeġġu lil kulħadd biex jattendi f'lejla
ta' ħbiberija u poeżija.

Subscribe to:
Posts (Atom)



