Nhar is-Sibt 3 ta’Novembru 2013 , l-Għaqda Poeti Maltin żammet
l-appuntament tagħha ta’ kull xahar fejn poeti u ħbieb tal-poeżija ngħidu kelma
u naqraw xi poeżiji f’kafeterija fil-Belt Valletta. Minkejja x-xita qalila, xorta kienet laqgħa
interessanti fejni bħas-soltu ddiskutejna diversi temi interessanti. Fost il-poeżiji moqrija kien hemm “Lil hinn”
ta’ Anthony Vidal, poeżija ispirata mix-xahar ta’ Novembru – ix-xahar
tal-mejtin. F’dan ix-xahar li propju
qegħdin fih iġagħlna nirriflettu li “Lillu, flus, saħħa” ma jiswew xejn, għax
fi kliem il-poeta, “mewt le tieħu magħha”.
Joe Psaila qarha fost oħrajn il-poeżija ħelwa tiegħu “Ftit mill-istorja
tiegħi u tiegħek”, ambjentata fi żmien ta’ wara l-gwerra. Psaila ġabilna ħafna nostalġija għal
drawwwiet ta’ l-imgħoddi. Wara li nhar il-Ġimgħa, 18 ta’ Ottubru 2013, -Għaqda Poeti
Maltin tellgħet Lejla ta’ Poeżija f’ġieħ il-Poeta tan-Nirien, Karmenu Vassallo,
Andrew Sciberras reġa’ sellem lil dan il-poeta kbir bil-poeżija tiegħu “Lil
Karmenu Vassallo”.
Elizabeth Buhagiar qrat il-poeżija tagħha “Kemm hu
sabiħ”. Kif tistqarr il-poetessa “Kemm
hu sabiħ tgħix fl-armonija” u “kemm hu sabiħ li tfittex kumpanija” u fin-nuqqas
tagħhhom tagħraf aktar il-bżonn tagħhom.
Omar Seguna qarha fost oħrajn il-poeżija “Kuntrast” fejn ħoloq żewġ xenarji ta’ min huwa bil-ġuħ
u bl-għatx imma “tbissmu” u ta’ “Persuni li sikru bl-inbid ... imma
baqgħu għatxana.” Ma setax jonqos
bħas-soltu ħadna spunt minn kull poeżija sabiex niddiskutu bejnietna.
Friday, November 8, 2013
Subscribe to:
Post Comments (Atom)
No comments:
Post a Comment