Pages

Showing posts with label Book Launching. Show all posts
Showing posts with label Book Launching. Show all posts

Wednesday, June 13, 2018

Serata Speċjali - Mosta

L-Għaqda Filantropika Talent Mosti
Flimkien
mal-Għaqda Poeti Maltin


 bi pjaċir jippreżentaw

Serata Speċjali
fejn sa jkun mistieden
il-poeta Malti-Awstraljan

Frank Zammit

Il-Ġimgħa 22 ta' Ġunju 2018 fis-7.00pm
fir-Razzett tal-Markiż Mallia Tabone
fi Triq Wied il-Għasel, il-Mosta

Frank Zammit, li bħalissa jinsab Malta, se jkun qed jaqsam magħna l-esperjenza tiegħu fil-Letteratura Maltija u l-kitba tiegħu fl-Awstralja.  Omar Seguna se jmexxi din l-intervista. 

F’din is-serata se jkun hemm qari ta' poeżiji għal min jixtieq jaqra kitbietu kif ukoll se jiġi mniedi il-ktieb il-ġdid ta' Jonathan Balzan 'Madwar Ħajti'.

Din l-attivita' għandha l-kollaborazzjoni sħiħa tal-Kunsill Skolastiku ta’ l-Iskola Sekondarja
fi ħdan il-Kulleġġ Maria Reġina



Tuesday, January 2, 2018

Raymond Caruana ‘Il-Ħajja bħall-Fjuri’

Nhar il-Ġimgħa 24 ta’ Novembru 2017, saret it-tnedija tal-ktieb ta’ Raymond Caruana ‘Il-Ħajja bħall-Fjuri’ li saret flimkien mal-Għaqda Poeti Maltin taħt il-patroċinju tal-Onor Justyne Caruana, Ministru għal Għawdex.  Is-serata minn barra l-mużika u l-kant tas-soprano Rosabelle Pavia kienet tinkludi qari ta’ poeżiji mill-ktieb u diskors ta’ Anton F. Attard u kelmtejn tal-Għeluq mill-Ministru.  Kien hemm attendenza sabiħa ħafna u din l-attività serviet ta’ opportunità biex diversi poeti Għawdxin fi ħdan l-Għaqda Poeti Maltin iltaqgħu flimkien.

Wednesday, December 7, 2016

Tnedija tal-kotba ta’ Jesmond Sharples u Andrew Sciberras

Tnedija tal-kotba ta' Jesmond Sharples "Il-Qtar li Nħobb" u Andrew Sciberras "Il-Vjaġġ Poetiku" fir-Razzett tal-Markiż, il-Mosta - 22 ta' Novemberu 2016. Il-Professur Charles Briffa ta taħdita interessanti ta' kritika letterarja b'eżemplari minn dawn iż-żewġ xogħlijiet letterarji. Il-poeti Louis Briffa u Joel P. Galea qraw numru ta' poeżiji mill-ktieb ta' Andrew Sciberras u Jesmond Sharples qara poeżiji mill-ktieb tiegħu filwaqt li ta sfond ħafif għall-kitba ta' dawn ix-xogħlijiet. Il-programm kien imżewwaq b'mużika bil-kitarra minn Ray Ellul. Il-programm filwaqt li beda b'diskors ta' minn Andrew Sciberras Viċi-President tal-Għaqda Poeti Maltin u ngħalaq b'diskors mill-President Jesmond Sharples. L-awturi kellhom opportunità jaqsmu x-xogħol tagħhom ma' diversi awturi oħra wara li spiċċa l-programm. L-attività kella attendenza tajba ħafna u nkoraġġanti.







Tnedija tal-ktieb “Fuq Din l-Art Ħelwa”

Nhar il-Ġimgħa 25 ta’ Novembru saret it-tnedija tal-ktieb “Fuq Din l-Art Ħelwa” ta’ Emmanuel Attard Cassar fil-Conference Room tal-Junior College. Il-ktieb fih poeżiji satiriċi li jinterpretaw aspetti tal-ħajja tagħna. Fis-serata mużiko-letterarja nqraw poeżiji mill-ktieb minn Sarah Crystal, Aaron Fenech, Michela Dalli u Myron Ellul. Ray Ellul interpreta biċċiet mużikali b’kitarra elettrika.

Patrick Sammut ippreżenta studju estensiv dwar il-ktieb u dwar l-awtur. 

Dawk preżenti ingħataw informazzjoni minn Fr. Marco Portelli dwar il-grupp filantropiku JC4Others li jagħti bosta għajnuniet lil dawk li huma fil-bżonn. Wara s-serata inġabret is-somma ta’ €60.90 għal JC4Others.

Fl-aħħar tas-serata sar diskors tal-għeluq minn Jesmond Sharples, president tal-Għaqda Poeti Maltin.

Dawk preżenti ingħataw ktieb li ġie ffirmat mill-awtur. Wara kien hemm bibita.



Tuesday, August 25, 2015

SERATA BI TNEDIJA TA’ ŻEWĠ KOTBA

Waqt Serata li saret fil-21 ta’ Awwissu 2015, fir-Razzett tal-Markiż Mallia Tabone, il-Mosta, ġentilment imqiegħed għad-dispożizzjoni tal-Għaqda Poeti Maltin mill-Għaqda Talent Mosti, l-Għ.P.M. nediet żewġ kotba tal-poeżiji ppubblikati minn tliet Membri tal-istess Għaqda.

Il-kotba huma “BEJN TNEJN”, ta’ Josef Borg u Carlston Grima; u “IN HER ELEMENT” ta’ Therese Pace.

Għal din is-Serata kien hemm attendenza sabiħa.  Fost il-miġemgħa kien hemm ukoll il-pubblikatur taż-żewġ kotba.  It-tliet poeti ġew intervistati.  F’din il-parti tal-programm il-poeti tawna aktar tagħrif fuqhom innifishom, kif ukoll fuq l-ġabriet ta’ poeżiji tagħhom ippubblikati f’dawn il-kotba biex il-qarrej ikun jista’ jifhem iktar u b’iktar faċilità.

Il-parti mużikali kienet f’idejn l-Għalliem u Kantant Mario Debono, li akkumpanja lilu nnifsu fuq il-kitarra u tana tliet kanzunetti bil-Malti.  Bi tnejn minnhom Debono kien ħa sehem fil-kompetizzjoni ‘L-Għanja tal-Poplu’.

Fl-aħħar tas-Serata kien hemm riċeviment. 


Wednesday, July 30, 2014

LEJLA TA' POEŻIJA FLIMKIEN MA' POETESSA MILL-ITALJA


Nhar il-Ġimgħa, 25 ta' Lulju, fis-7 p.m. l-Għaqda Poeti Maltin tellgħet Lejla ta' Poeżija fis-sala ewlenija tal-Ministeru għall-Edukazzjoni u Xogħol, fil-Furjana. Waqt din il-lejla nqraw poeżiji b'ilsna differenti minn membri tal-Għ.P.M. Iċ-ċentru tal-lejla kienet it-tnedija tal-ġabra ta' poeżiji CON GLI OCCHI DEL CUORE (2014) tal-poetessa Taljana minn Morbegno (Sondrio, Lombardia), Paola Mara De Maestri.

Din hija t-tieni darba li De Maestri pparteċipat f'lejla ta' poeżija mtellgħa mill-Għaqda Poeti Maltin. L-aħħar darba kien fl-2009 fir-Razzett tal-Markiż Tabone, fil-Mosta. Inqrat bijografija qasira tal-poetessa mill-membru u poeta Emmanuel Attard Cassar u aktar tard Patrick Sammut - li kiteb l-introduzzjoni kritika għal dan il-ktieb - intervistaha f'rabta mal-ġabra poetika ġdida tagħha. Preżenti kien hemm ukoll l-artist u għalliem tal-Arti u Storja tal-Arti, Hilary Spiteri, li ħa ħsieb it-tpinġijiet li jakkumpanjaw il-poeżiji ta' De Maestri. Sammut staqsa lil Spiteri dwar din l-esperjenza tiegħu li jittraduċi l-poeżija f'immaġni. Paola Mara De Maestri wieġbet għal numru ta' mistoqsijiet fosthom dwar il-pubblikazzjonijiet tagħha, it-temi li tikteb dwarhom u l-istili li tuża, u qrat ukoll għadd ta' poeżiji mill-ġabra ġdida tagħha.

Waqt il-lejla l-President tal-Għ.P.M., is-Sur Charles Magro, għamel id-diskorsi tal-ftuħ u tal-għeluq, Miriam Ellul, l-URP tal-Għaqda, mexxiet il-lejla, filwaqt li Ray Ellul ipprovda l-intervalli mużikali permezz tal-kitarra. Wara s-serata kien hemm ukoll bibita.

Nota bijografika:
Paola Mara De Maestri hija għalliema, ġurnalista u editriċi tal-folju kulturali u letterarjuBottega Letteraria li joħroġ mar-rivista ’l Gazetin f’Sondrio, fl-Italja ta’ Fuq. Hija parti miċ-Circolo Culturale Filatelico Numismatico Morbegnese (So), u tikkollabora f’rabta mas-sit virtwaliTellusfolio. Hija l-moħħ wara inizzjattivi bħal “Poeti, un premio dalle scuole” u ta’ Konkorsi Nazzjonali u Intenazzjonali tal-Poeżija bħal “Montagna viva” , “Il silenzio della montagna e le voci del mare” (proġett li sar flimkien mal-Għaqda Poeti Maltin),  "Piccolo mondo…antico, presente e futuro di Valtellina, Valchiavenna e del Canton Grigioni”,  u "Ricordi, tradizioni e valori della gente di montagna della Valtellina e della Valchiavenna". Hija l-editriċi ta’ antoloġiji poetiċi bħal “Poeti Lombardi” e "Donne in poesia", f’kollaborazzjoni mad-dar tal-pubblikazzjoni Giulio Perrone. Bħala kittieba ġiet mogħtija rikonoxximent mill-Konkors imniedi mir-Rai "I giovani incontrano l'Europa" (1992), mill-Konkors Nazzjonali "Marcello Landi" (2000) u mill-Konkors Letterarju u Radjufoniku "E il naufragar m'è dolce in questa radio" (2001). Kisbet it-tielet post fil-Konkors Nazzjonali “Città di Imola 2004” u fil-Konkors "Il Natale" (2008). Paola Mara De Maestri kisbet merti oħra f’għadd ta’ konkorsi oħra bejn l-2005 u l-2008.
L-ewwel ġabra poetika tagħha ġġib l-isem ta’ "Dentro la vita" (2001). Is-sena 2004 ġabet magħha l-pubblikazzjoni tat-tieni ġabra poetika tagħha "L'amore parla piano", b’disinni tal-pittriċi Spanjola Mari Carmen Mur. Fl-2008 ippubblikat it-tielet ġabra ta’ poeżiji bl-isem ta’ “Il pane del sorriso”,  u fl-2010 ħarġet ġabra oħra bl-isem "Aquiloni d'argento", maħruġ miċ-Circolo Culturale F/N Morbegnese biex ifakkar il-25 sena ta’ kitba ta’ poeżija min-naħa ta’ De Maestri.
Paola Mara De Maestri kienet diġà mistiedna speċjali tal-Għaqda Poeti Maltin fl-2009 fir-Razzett tal-Markiż.

F’din il-ġabra ġdida tagħha CON GLI OCCHI DEL CUORE t-tema ewlenija hija l-imħabba. L-imħabba tinftiehem bħala ħolqa li tgħaqqad lill-poetessa ma’ missierha u ma’ binha, iż-żewġ persuni li lilhom tiddedika din il-ġabra ta’ poeżiji. Insibu għalhekk anki kuntrasti bħalma huma l-mewt (ta’ missierha) u t-twelid (ta’ binha Goele), waqtiet ta’ swied il-qalb u oħrajn ta’ hena u ferħ. CON GLI OCCHI DEL CUORE tittratta wkoll ir-rabta u sens ta’ kontinwità li jeżistu bejn l-imgħoddi, il-preżent u l-ġejjieni. Dan il-ktieb għandu daħla kritika minn Patrick Sammut u tpinġijiet ta’ Hilary Spiteri.

Sunday, June 1, 2014

Jitnieda ktieb tal-poeżiji ta’ poetessa mill-Kanada.

Nhar il-Ġimgħa, 30 ta’ Mejju, l-Għaqda Poeti Maltin flimkien mal-Faraxa Publishing, tellgħu Lejla ta’ Poeżija u Mużika fis-Sala tal-Konferenzi fil-Ministeru għall-Edukazzjoni u l-Impjiegi fil-Furjana. Waqt din il-lejla ġie wkoll imniedi l-ktieb ta’ poeżiji tal-poetessa Amerikana Sheryll Loeffler, A Land in the Storytelling Sea.
Din ma kenitx l-ewwel lejla tat-tip li l-Għaqda Poeti Maltin tellgħet. Fl-imgħoddi din l-għaqda kellha mistednin poeti barranin bħal Stephen Morris (mir-Renju Unit) u Paola Mara De Maestri, Alberto Figliolia u Clirim Muca (mill-Italja).
Il-lejla tat-30 ta’ Mejju nfetħet b’diskors mill-president tal-Għ.P.M., Charles Magro. Wara kien hemm ħin biex il-membri u dawk preżenti jaqraw il-poeżiji tagħhom, kemm bil-Malti kif ukoll bl-Ingliż. Aktar tard saret it-tnedija tal-ktieb A Land in the Storytelling Sea. Inqrat bijografija qasira ta’ Sheryll Loeffler minn Miriam Ellul, l-U.R.P. tal-għaqda u l-persuna li mexxiet is-serata. Imbagħad il-viċi-president tal-Għ.P.M., Patrick Sammut, intervista lill-poetessa li kellha wkoll il-ħin taqra għadd ta’ poeżiji minn din l-antoloġija ġdida tagħħa. Il-lejla kienet akkumpanjata mill-mużika ta’ Maria Luana Ellul (kantanta) u Myles Azzopardi (kitarrist) li huma parti mill-Milk Mi rock band.
Fl-aħħar tal-lejla kien hemm bibita li matulha dawk preżenti setgħu jixtru kopja ta’ A Land in the Storytelling Sea, u jitkellmu mal-poetessa mistiedna li ffirmat kopji tal-ktieb.