Fl-10 ta’ Diċembru 2015 l-Għaqda Poeti Maltin għalqet 40 sena mit-twaqqif tagħha. Dan l-Anniversarju l-Għaqda ċċelebratu b’Antoloġija ta’ poeżiji tal-Membri: “Irdieden ta’ Lwien”, b’bolla ppersonalizzata u ttimbrata 10-xii-2015, u b’Ċelebrazzjoni u Riċeviment li saru fis-sala tas-Soċjetà tal-Arti, il-Belt, fis-16 ta’ Diċembru 2015.
Fetaħ is-Serata taċ-Ċelebrazzjoni l-President tal-Għ.P.M., is-Sur Charles Magro, li qal li dawn kienu erbgħin sena ta’ ħidma kontra l-kurrent. Kumitat wara ieħor ħadmu biex il-poeżija f’Malta tingħata l-istess pożizzjoni għolja li kellhom u għad għandhom il-proża u ġeneri letterarji oħrajn. Dan għamluh b’ħafna sagrifiċċji, anki finanzjarji. Ebda bieb li ħabbtet l-Għaqda għall-għajnuna ma nfetħilha. Iżda minkejja kollox, l-Għ.P.M. kisbet suċċessi kbar, kemm fix-xenarju letterarju Malti, kif ukoll barra.
Is-suċċessi tal-Għ.P.M. ġew elenkati mill-ewwel kelliem, li kellu jkun is-Sur Alfred Massa, President Onorarju tal-Għaqda. Iżda s-Sur Massa kien indispost, u t-taħdita tiegħu, li kienet bil-miktub, inqrat mis-Sur Omar Seguna, Viċi President tal-Għ.P.M. F’din it-taħdita ssemmew il-kuntatti li l-Għaqda kellha ma’ assoċjazzjonijiet letterarji barranin. Issemmew l-10 edizzjonijiet tal-Premju Città di Valletta, li kien isir taħt il-Patroċinju tal-President ta’ Malta, u f’wieħed mill-palazzi presidenzjali. Issemmew ukoll il-Membri Onorarji tal-imgħoddi u attwali, li kollha kienu kburin bir-rabta tagħhom mal-Għ.P.M.
It-tieni taħdita saret mis-Sur Peter Paul Chetcuti, li hu n-neputi tal-Fundatur u l-Ewwel President tal-Għ.P.M. Is-Sur Chetcuti hu ammiratur u benefattur tal-Għ.P.M. Naturalment dan tkellem fuq zijuh, Mons. Dr Amante Buontempo, JUD., li kien jaf mill-qrib ħafna. Is-Sur Chetcuti semma l-imħabbiet ta’ Mons Buontempo, fosthom u fuq nett il-Knisja (kien Saċerdot), il-familja u l-poeżija, li tatu ħafna sodisfazzjon. Kien ikiddu ftit il-fatt li kien iktar irrikonoxxut barra minn Malta milli f’Pajjiżna.
Waqt is-Serata saret ukoll it-tnedja tal-Antoloġija kommemorattiva “Raddiena Ta’ Lwien”. Fuq din l-Antoloġija tkellem il-Poeta, Kritiku Letterarju u Għalliem, is-Sur Patrick Sammut. Hu faħħar il-livell għoli tal-poeżija tad-39 kontributur, Membri tal-Għ.P.M., li ħadu sehem f’din l-Antoloġija. Fl-analiżi tiegħu daħal ftit fil-fond, u semma d-diversi forom tal-poeżija, il-lessiku użat, il-metafora u d-diversi forom tat-taħdit użati fil-poeżiji ppreżentati.
L-Antoloġja għandha Daħla mill-Prof. Oliver Friggieri, li għen ukoll fil-qari tal-provi. Fl-aħħar tas-Serata kopji ta’ din l-Antoloġija tqassmu lil dawk li huma intitolati għalihom.
Bejn l-interventi tal-kelliema kien hemm ukoll interventi mużikali mill-kantawtur u ħabib tal-Għ.P.M. Walter Micallef.
Is-Serata ġiet fi tmiemha b’riċeviment fil-bitħa tas-Soċjetà tal-Arti.
Charles Magro
President
Wednesday, December 23, 2015
Saturday, December 19, 2015
L-Għaqda Poeti Maltin Tiċċelebra l-40 sena mit-Twaqqif Tagħha
GĦAQDA
POETI MALTIN
L-Għaqda
Poeti Maltin twaqqfet f’Diċembru 1975 minn Mons. Dr. Amante
Buontempo. Kien qara artiklu li jien kont ktibt fil-gazzetta
IL-ĦAJJA, li tagħha kont editur letterarju, u li fih kont għamilt
sejħa lill-kittieba anzjani tagħna biex jibqgħu jagħtu sehemhom.
Wara kien ċempilli u talabni biex niltaqa’ miegħu. Tkellimna
fost ħwejjeġ oħra,fuq in-nuqqas ta’ interess li kien hawn
fil-qasam tal-poeżija f’pajjiżna u staqsieni kontx lest li ngħinu
fit-twaqqif ta’ Għaqda bil-għan li tippromwovi l-poeżija. Jiena
offrejtlu l-għajnuna kollha tiegħi f’dan ir-regward.
L-ewwel
Laqgħa Ġenerali saret fl-10 ta’ Diċembru 1975 f’numru 55 Triq
San Pawl, il-Belt fejn aktar tard issuktaw isiru l-laqgħat
tal-Kumitat sakemm Mons. Buontempo baqa’ President. Dakinhar konna
biss 6 persuni. L-ewwel Kumitat proviżjorju kien magħmul hekk.
President: Mons. Dr. Amante Buontempo; Segretarju: Joseph S. Xuereb;
Kaxxier: Carmel Caruana. Membri: In-Nutar V.M. Pellegrini u Mario F.
Bezzina. Jien ħassejt li kelli nibqa’ barra.
Fl-ewwel
Laqgħa Ġenerali propja saret fit-30 ta’ Jannat 1977 u fiha
tfassal l-Statut
propja li l-Għaqda kellha timxi fuqu. Minnufih bdew l-attivitajiet
biex jitwettaq l-għan ewlieni li għalih twaqqfet l-Għ.P.M.;
jiġifieri Biex
tinżamm rabta ta’ ħbiberija u ta’ ħidma flimkien bejn il-poeti
ta’ nazzjonalita’ Maltija, ikun liema jkun l-ilsien li bih
jiktbu; u biex jitħeġġu u jkollhom għajnuna dawk fosthom li jkunu
jixtiequ jiġbru vrushom siewja fi ktieb; fl-istess waqt biex
titqajjem kuxjenza fost il-poplu tagħna favur il-poeżija.
Fost
l-attivitajiet li bdew jiġu organizzati nsibu l-Lejliet
ta’ Nbid, Pizza u Poeżija li
kienu jsiru f’nru. 226, Triq San Pawl, il-Belt, kif ukoll Konkors
ta’ Poeżija kull sena li kompla jiżviluppa mas-snin. Aktar tard
l-Għaqda bdiet torganizza wkoll Konkors għat-Tfal.
Saret
l-ewwel pubblikazzjoni ta’ poeżiji; ktieb li kien jismu A
Poetic Galaxy
(1983) li kien iħaddan ġabra ta’ poeżiji bl-Ingliż. L-Għ.P.M.
ngħatat programm fuq Radju Malta bl-isem: Poeti
u Poeżija. Aktar
tard kellha programm fuq Radio 101 bl-isem L-Arti
tal-Kelma Miktuba;
u programm ukoll fuq Radju BKR (ta’ Birkirkara) bl-isem Mid-Dinja
tal-Poeżija.
Dwar
Pubblikazzjonijiet li ppubblikat l-Għ.P.M. barra A
poetic Galaxy
nsibu Diwi
fl-Ispazju(1985);
Tifkiriet
Kalabriżi/Ricordi Calabresi
(1986); Il-Papa
fi ħsieb il-Poeti Maltin (1990);
Msiebaħ
Mediterranji/Lucerne Mediterranee
(1995); Riflessi
Fiddiena
(2000) Arkadja
(2004) u l-Antoloġija li ser tkun imnedia llum biex tfakkar l-40
sena tagħha.
Ma’
dawn ta’ min iżid ir-rivista Versi
li
bdiet toħroġ fl-1986 tliet darbiet fis-sena u llum qed tkun
ippubblikata darbtejn fis-sena. L-ewwel editur tagħha kien Dr.
Karmenu Mallia, u l-membri tal-bord editorjali kienu Charles Magro u
jiena. Edituri oħra ta’ Versi
kienu Godwin u Patrick Sammut. Mhux ta’ min iħalli barra
l-Fuljett Il-Folju
li għal ħafna snin kien f’idejn Patrick Sammut u llum jieħu
ħsiebu l-President attwali. Dan joħroġ kull staġun u jintbagħat
lill-membri tal-Għaqda.
Fl-1986
l-Għ.P.M. ħatret l-ewwel sitt Membri
Onorarji ad vitam.
Dawn kienu: Prof. Ġuże’ Aquilina, Karmenu Vassallo, Dr. Wallace
Ph. Gulia, Ġuże’ Chetcuti, Patri Wistin Born O.P., Karmenu Ellul
Galea u Ġorġ Pisani. Dawn inbidlu mal-mewt tagħhom u flokhom
inħatru in-Nutar V.M. Pellegrini, Dun Frans Camilleri, Dr. Karmenu
Mallia, Alfred Palma, Peter A. Caruana, il-Baruni Kelinu Vella Haber,
Ġanninu Cremona, Marċell Mizzi L.P. u Lina Brockdorff.
Fl-1993
l-Għ.P.M. ħatret lil San
Miguel
Febres
Cordero,
poeta u prożatur Kolombjan (1854-1910) bħala l-Patrun tagħha.
Fis-sena
2000 Mons. Buontempo ħalla l-post ta’ President minħabba saħħtu
u nħatar l-ewwel President Onorarju tal-Għaqda. Postu ħadtu jien
li mexxejt l-Għaqda sat-28 ta’ Jannar 2012. imbagħad fil-5 ta’
Settembru tal-istess sena nħtart it-tieni President Onorarju
tal-Għaqda. Illum it-tmun tal-Għ.P.M. ji8nsab f’idejn Charles
Magro. Fiż-żmien li kont President flimkien mal-membri tal-Kumitat
filwaqt li ssuktajna bl-attivitajiet ta’ qabel, iddeċidejna li
l-Lejliet
ta’ Poeżija
noħorġuhom barra l-Belt u nduru f’bliet nu nrħula diversi kemm
f’Malta kif ukoll f’Għawdex. Grazzi għall-koperazzjoni li
sibna minn diversi Kunsilli Lokali u Għaqdiet oħra, organizzajna
dawn il-Lejliet
li kienu suċċess għax għalihom mhux biss attendew poeti, imma
anki sezzjoni sodisfaċenti mill-poplu tal-lokal.
Irrid
insemmi ż-żewġ Lejliet
li l-Għaqda ġiet mistiedna torganizza f’għeluq it-80 sena ta’
żewġ poeti membri tagħha Ġorġ Pisani u Ġuże’
Chetcuti;
żewġ attivitajiet li kienu suċċess kbir. Ma’ dawn nixtieq
inżid is-Serata li saret f’ġieħ San Ġwann tas-Salib (1991) u
dik meta nħatar il-patrun tal-Għaqda, San Muguel Febres Cordero
(1993). L-Għaqda ħadet sehem ukoll f’attivitajiet oħra li
fakkru anniversarji ta’ twelid jew mewt tal-poeti bħal Dun Karm,
Anton Buttigieg, Ġorġ Pisani, Rużar Briffa u Ġuże’ Aqulina u
saħasitra Mikiel Anton Vassalli.
L-Għ.P.M.
mhux biss tat sehemha biex tqajjem l-interess fostna l-Maltin fejn
tidħol il-poeżija, imma anki fejn jidħol ukoll ilsienna u
l-identita’ tagħna. Insemmi biss żewġ eżempji. Il-protesti li
l-Għaqda esprimiet b’mod kontret meta fl-1978 saret Liġi li
kienet tolqot il-kelomiket Malta,
Maltin, eċċ. It-tieni
eżempju li nixtieq insemmki meta xi wħud ipproponew li jintmess
il-kliem tal-Innu Nazzjonali, imma grazzi għall-intervent
tal-President Anton Buttigieg l-Innu Malti baqa’ bla mittiefres.
Fl-aħħarnett,
kif nista’ ma nsemmix il-Premju Citta’
di Valletta’ li
l-Għaqda organizzat għal 10 snin sħaħ ma’ żewġ Għaqdiet
Kulturali Taljani, is-Soċjeta’ ISTEU u l-Accademia dei Bronzi ta’
Catanzaro. Dawn iċ-Ċelebrazzjonijiet kienu jsiru fil-Palazz
Presidenzjali u saru dejjem taħt awspiċi tal-President
tar-Repubblika ta’ Malta. Fihom kienu onorati diversi artisti
Maltin. Għal xi snin ukoll numru ta’ poeti membri tal-Għaqda
kienu mistednin biex iżuru Catanzaro fejn organizzaw Lejliet
ta’ Poeżija
u qraw saħasitra versi bil-Malti quddiem udjenzi Taljani.
L-attivitajiet
mill-Għ.P.M. issuktaw isiru u għadhom isiru grazzi tal-Kumitat
preżenti. Jalla jibqgħu isiru. Dan juri li l-Għ.P.M. hija Għaqda
ħajja, Għaqda li verament jixirqilha t-titlu ta’ l-unika Għaqda
tal-Poeżija f’pajjiżna.
Illum
l-Għaqda għandha l-indirizz elettroniku tagħha li huwa:
ghaqdapoetimaltin@hotmail.com
u għandha wkoll il-website tagħha: http://ghpm.blogspot.com.mt/
Alfred Massa
Thursday, November 26, 2015
KONKORS NAZZJONALI TAL-POEŻIJA 2015
Nhar l-Erbgħa, 23 ta’ Novembru 2015, ġiet fi tmiemha l-40 Edizzjoni tal-Konkors Nazzjonali tal-Poeżija, imniedi mill-Għaqda Poeti Maltin. Għal dan il-Konkors ta’ din is-sena pparteċipaw 68 poeżija: 42 bil-Malti, 17 bl-Ingliż u 9 bit-Taljan.
Il-Ġurija li eżaminat u kklassifikat il-poeżiji kienet magħmula minn Dr. Emanuel Attard Cassar (bħala Chairman), s-Sur Charles Bezzina u s-Sur Stephen Lughermo.
IL-POEŻIJI REBBIEĦA
Poeżiji bl-Ingliż
It-Tieni
Of Calculi and Rare Stones – (Ndp) Mika – Dr Michelle Muscat
L-Ewwel
Night Time – (Ndp) Calliope – Antoinette Borg
Poeżiji bit-Taljan
It-Tieni
Adagio – (Ndp) Fire – Rita Debono
L-Ewwel
Riflessi – (Ndp) Ħamiema – Christine Borg Farrugia
Poeżiji bil-Malti
It-Tielet
Monalisa – (Ndp) Snowhite – Jonathan Balzan
It-Tieni
Linji Sofor – (Ndp) Artemis – Josef Borg
L-Ewwel
Eloġju għall-Eloġju - (Ndp) Enero – Therese Pace, li ngħatat l-Premju ‘Mons. A. Buontempo’.

Tuesday, November 17, 2015
Lejla ta' Premjazzjoni
Il-premjazzjoni tal-Konkors Nazzjonali tal-Poeżija mniedi mill-GĦPM ha ssir nhar il-25 ta' Novembru 2015 fis-0630 pm.
Post: Il-Ministeru tal-Edukazzjoni.
Post: Il-Ministeru tal-Edukazzjoni.
Wednesday, October 7, 2015
JUM IL-POEŻIJA - 2015
JUM IL-POEŻIJA
Jum il-Poeżija f’Malta hu ċċelebrat fil-15 ta’ Ottubru. Mhux b’kumbinazzjoni li fl-istess ġurnata f’Malta niċċelebraw ukoll Jum Dun Karm, il-Poeta Nazzjonali ta’ pajjiżna.
Ir-raġuni li għaliha Dun Karm Psaila hu magħruf bħala l-Poeta Nazzjonali hi li fix-xogħol tiegħu, permezz tal-poeżija, għanna l-karattru Malti u l-elementi kollha li jikkostitwixxu l-identità ta’ pajjiżna u tal-Maltin.
Sfortunatament illum din l-identità qegħda titkisser bil-mod il-mod, kemm minn ċerti liġijiet li qegħdin jimminaw l-għeruq tagħha, kif ukoll mill-ġibda ta’ ħafna Maltin li nkilbu għal, u tkaxkru minn, sitwazzjonijiet li jeżistu f’pajjiżi barranin, li jwasslu biss għal kaos sħiħ fil-familji, fil-ħajja, fis-soċjetà u fil-pajjiż.
Ħafna Maltin qegħdin jaqtgħu qalbhom; daħlu f’pessimiżmu u f’negattiviżmu sfrenati. Għandna nies li jqisu t-tradizzjonijiet u l-valuri tradizzjonali bħala xkiel u ostakli fil-ħajja libertina tagħhom. Bil-mod il-mod dieħla l-moda ta’ ‘nagħmel li rrid u ma jindaħalli ħadd; ta’ dak li rrid, irridu issa u lest li nkisser kull kompetizzjoni biex nakkwistah’.
Dawn is-sitwazzjonijiet ġa jidhru irriversibbli, u l-konsegwenzi tagħhom bdew jinħassu diġà. Il-problema tal-abbuż mid-droga ma nistgħux insibulha rkaptu; il-problemi fil-familji tagħna jiżdiedu minn jum għal ieħor; u ż-żieda fil-każi ta’ suwiċidji u traġedji oħrajn jirriflettu l-kaos li bdejna ngħixu fih.
Kuntrarju għal dan kollu, fl-Għaqda Poeti Maltin aħna nemmnu li jeżistu għodod, fosthom il-Poeżija, li jgħinuna nevitaw is-sitwazzjonijiet katastrofiċi tal-ħajja, jew nirkupraw minnhom. Il-Poeżija tirrendina ottimisti li, iva, ir-rota tista’ ddur.
Flimkien ma’ J.R.R. Tolkien aħna nemmnu li:
All that is gold does not glitter,
Not all those who wander are lost;
The old that is strong does not wither,
Deep roots are not reached by the frost.
From the ashes a fire shall be woken,
A light from the shadows shall spring:
Renewed shall be blade that was broken,
The crownless again shall be king.
Il-poeżija mhix dik li tinkiteb mill-poeti biss, jew minn dawk li jirreċtawha waqt xi programm letterarju. Il-poeżija hi f’qalb kull bniedem; u hawn hi t-tama tagħna, li l-bniedem f’ċerti sitwazzjonijiet jaġixxi aktar fuq dak li tgħidlu qalbu, milli fuq dak li jgħidlu moħħu jew li jiddettawlu ċerti sitwazzjonijiet li huma aljeni għalina u li jwasslu biss għall-qerda.

KONKORS NAZZJONALI TAL-POEŻIJA - Lista ta’ Parteċipanti
Għaqda Poeti Maltin
KONKORS NAZZJONALI TAL-POEŻIJA
‘Mons. Amante Buontempo’ 2015
Lista ta’ Parteċipanti
Poeżiji bl-Ingliż
1. Ndp ‘Mika’ - Pervasive Waters
2. Ndp ‘Mika’- Of Calculi and Rare Stones
3. Ndp ‘Mika’- The Undying ‘Other’ Flower
4. Ndp ‘Cornovaglia’ - Insomnia
5. Ndp ‘Cornovaglia’ - Mdina
6. Ndp ‘Calliope’ – Everyday Is A Jigsaw Puzzle
7. Ndp ‘Calliope’ – The Dancing Trees
8. Ndp ‘Calliope’ – Night Time
9. Ndp 'Zoom’ - Facebook Blues
10. Ndp ‘Evergreen Shoots’ – We Are The Greens
11. Ndp ‘Survival’ - Concrete Jungle
12. Ndp ‘L-Oskur’ - Tears Of A Clown
13. Ndp ‘L-Oskur’ – My Mother
14. Ndp ‘L-Oskur’ – You Are To Me
15. Ndp ‘Nestle’ – A Teacher’s Joy
16. Ndp ‘Hyperbole’ - The Lost Touch
17. Ndp ‘Inquisitive’ - As Winter Turns To Spring
Poeżiji bil-Malti
1. Ndp ‘Enero’ - Eloġju Għall-Eloġju
2. Ndp ‘Enero’ - Waħdi M’Għajnejk
3. Ndp ‘Tewba’ - Il-Ħajja Ġugarell
4. Ndp ‘Tewba’ - Baħar Ta’ Dmugħ
5. Ndp ‘Tewba’ - Fl-Iżbarra Għall-Kriminal
6. Ndp ‘Esmeralda’ - Int Kollox Għalija
7. Ndp ‘Il-Kanarin’ - Għana Ta’ Kanarin
8. Ndp ‘Cornovaglia’ - Il-Berwieq Ta’ Fuq ix-Xagħri
9. Ndp ‘Prometheus’ - Ma Tafx?
10. Ndp ‘Prometheus’ - Inkomplu Fejn Ħallejna
11. Ndp ‘Prometheus’ - Diffiċli
12. Ndp ‘Cinaed’ - Waħdek
13. Ndp ‘Cinaed’ - Taħt Sema Mkewkba
14. Ndp ‘Rover’ - Lil Marti
15. Ndp ‘Leqqien’ - ll-Ġolf, it-Tewmija u l-Passatur
16. Ndp ‘Aurora’ - Għadu Kiefer
17. Ndp ‘Jien’ - Santwarju tat-Tafal
18. Ndp ‘Artist’ - Qisu Ħożoż
19. Ndp ‘Ħarifa’ - Għażla
20. Ndp ‘Vjola’ - Titbandal
21. Ndp ‘Novembru’ - Bla Kliem
22. Ndp ‘Fire’ - ‘ll Fuq
23. Ndp ‘Pegasus’ - Il-Mara bil-Kuruna
24. Ndp ‘Snowhite’ - Monalisa
25. Ndp ‘Orion’ - Imrieżaq
26. Ndp ‘Patrijott’ - Il-Bandiera Maltija
27. Ndp ‘Ilma Ġieri’ - Nixxiegħa
28. Ndp ‘Rebbiegħa’ - Lill-Għażiża Marti Lejlet Għeluq Sninha
29. Ndp ‘Ħarifa’ - Lil Marti
30. Ndp ‘Il-will’ - Tifkiriet
31. Ndp ‘Il-will’ - Għal Għonq it-Triq
32. Ndp ‘Il-will’ - Dgħajsa
33. Ndp ‘Folja’ - Għażla Meqjusa
34. Ndp ‘Artemis’ - Linji Sofor
35. Ndp ‘Artemis’ - Jazmin
36. Ndp ‘Kollass’ - ‘L Hinn Mill-Qabar Sieket
37. Ndp ‘Rima’ - Sliem
38. Ndp ‘Muża’ - Is-Siġra
39. Ndp ‘Versi’ - Ħajr
40. Ndp ‘Polz’ - Swat
41. Ndp ‘Polz’ - Solitarja
42. Ndp ‘Polz’ - Qabar Mediterranju
Poeżiji bit-Taljan
1. Ndp ‘Enero’ - Lamento
2. Ndp ‘Ħamiema’ - Riflessi
3. Ndp ‘Aurora’ - ll Bimbo Mai Nato
4. Ndp ‘Aurora’ - Con.fus. ione
5. Ndp ‘Fire’ - Adagio
6. Ndp ‘Vita Iterum’ - Inter Spemet Metum
7. Ndp ‘Fidus’ - Dux Grecis
8. Ndp ‘sospiro’ - Cercando
9. Ndp ‘Artemis’ - Sboccia

SERATA ta’ Poeżija u Mużika, Mellieħa.
Il-Kunsill Lokali Mellieħa u l-Għaqda Poeti Maltin jistiednu lill-Membri, lill-familji u lill-pubbliku għal
SERATA ta’ Poeżija u Mużika
bil-parteċipazzjoni
tal-GRUPP SIMAR
Data: il-Ġimgħa, 9 ta’ Ottubru 2015
Ħin: fis-7:00 ta’ filgħaxija
Post: Id-dar tal-Għaqda Korali u Orkestrali ‘Maria Bambina’.
Triq il-Kappillan Magri, Mellieħa.
Is-Serata tiġi fi tmiemha b’bibita.
Ġibu l-poeżiji magħkom. Kulmin ikollu poeżija se jingħata ċ-ċans jaqraha.

Tuesday, August 25, 2015
SERATA BI TNEDIJA TA’ ŻEWĠ KOTBA
Waqt Serata li saret fil-21 ta’ Awwissu 2015, fir-Razzett tal-Markiż Mallia Tabone, il-Mosta, ġentilment imqiegħed għad-dispożizzjoni tal-Għaqda Poeti Maltin mill-Għaqda Talent Mosti, l-Għ.P.M. nediet żewġ kotba tal-poeżiji ppubblikati minn tliet Membri tal-istess Għaqda.
Il-kotba huma “BEJN TNEJN”, ta’ Josef Borg u Carlston Grima; u “IN HER ELEMENT” ta’ Therese Pace.
Għal din is-Serata kien hemm attendenza sabiħa. Fost il-miġemgħa kien hemm ukoll il-pubblikatur taż-żewġ kotba. It-tliet poeti ġew intervistati. F’din il-parti tal-programm il-poeti tawna aktar tagħrif fuqhom innifishom, kif ukoll fuq l-ġabriet ta’ poeżiji tagħhom ippubblikati f’dawn il-kotba biex il-qarrej ikun jista’ jifhem iktar u b’iktar faċilità.
Il-parti mużikali kienet f’idejn l-Għalliem u Kantant Mario Debono, li akkumpanja lilu nnifsu fuq il-kitarra u tana tliet kanzunetti bil-Malti. Bi tnejn minnhom Debono kien ħa sehem fil-kompetizzjoni ‘L-Għanja tal-Poplu’.
Fl-aħħar tas-Serata kien hemm riċeviment.

Monday, July 13, 2015
KONKORS NAZZJONALI TAL-POEŻIJA 2015
“Mons. A. Buontempo”
REGOLAMENTI
1. Kull poeżija tista’ tkun f’kull forma, ma tridx tkun itwal minn għoxrin vers (20) vers u trid tkun oriġinali u qatt imxandra jew ippubblikata qabel. Tista’ tkun bil-Malti, bl-Ingliż jew bit-Taljan.
2. Kull poeżija trid tkun ittajpjata fi tliet (3) kopji bi spazju doppju.
3. Il-Konkors hu miftuħ għal kull min għandu ‘l fuq minn 16-il sena, mhux għall-Membri tal-Għ.P.M. biss. Iżda l-Membri tal-Kumitat tal-Għ.P.M. ma jistgħux jieħdu sehem.
4. Kull konkorrent jista’ jibgħat sa tliet (3) poeżiji.
5. Kull poeżija għandha tidher taħt psewdonimu. Isem il-poeżija, l-isem u l-indirizz tal-konkorrent flimkien mal-psewdonimu addottat, għandhom ikunu f’envelop issiġillat, li għandu jkun mehmuż mal-poeżiji. Imbagħad, flus, envelop issiġillat u poeżiji jintbagħtu f’envelop wieħed.
6. Jingħataw tliet (3) premjijiet lill-ewwel tliet (3) poeżiji rebbieħa bil-Malti. Ir-rebbieħ tal-ewwel premju għall-poeżija bil-Malti jingħata l-Premju “Mons. A. Buontempo”. Jingħataw żewġ (2) premjijiet oħra għall-aħjar żewġ (2) poeżiji bl-Ingliż, u żewġ (2) premjijiet għall-aħjar żewġ (2) poeżiji bit-Taljan.
7. L-Għaqda Poeti Maltin iżżomm il-jedd li tippubblika bla ħlas (għallinqas darba) il-poeżiji li jidħlu għall-Konkors.
8. Il-poeżiji li jitressqu għall-Konkors ma jingħatawx lura.
9. Ħadd ma jkollu jedd għal aktar minn premju wieħed, iżda jista’ jissemma b’ġieħ għal aktar minn poeżija waħda.
10. Il-Ġurija titħabbar mar-riżultat u d-deċiżjoni tagħha tkun finali.
11. Kull konkorrent irid jibgħat €10 jekk mhux membru tal-Għ.P.M. Jekk hu membru jibgħat €5 Ewro, basta jkun regolari fil-ħlas tas-Sħubija (2015). Dan għandu jsir immaterjalment minn jekk il-konkorrent jiħux sehem b’poeżija waħda, tnejn jew tlieta. Il-ħlas għandu jsir b’ċekk, indirizzat lil Mr Charles Magro, u inkluż mal-poeżiji u l-envelop issiġillat bid-dettalji ta’ min jieħu sehem. Ħlas f’bolol ma jiġix aċċettat, u anqas f’Money Orders.
12. Il-poeżiji u l-ħlas iridu jaslu għand il-President tal-Għaqda Poeti Maltin, 42, Triq is-Sur, Fgura, FGR 1249, sal-31 t’Awwissu 2015. Fl-1 ta’ Settembru x-xogħlijiet jingħataw lill-Ġurija.
13. Lista tax-xogħlijiet li jkunu waslu għand President tidher fuq is-sit elettroniku tal-Għaqda kif jidher hawn fuq wara d-data tal-għeluq.
14. Id-data taċ-Ċerimonja tal-Premjazzjoni titħabbar aktar tard.
15. Min jonqos f’xi waħda minn dawn il-kundizzjonijiet jiġi mill-ewwel skwalifikat.

Press Release - Premju Cibo di Conoscenza
PREMJU UNIKU
LILL-GĦAQDA POETI MALTIN
Waqt Serata Kulturali li saret il-Ġimgħa, 3 ta’ Lulju 2015, fis-sala tas-Soċjetà tal-Arti, Palazzo de la Salle, il-Belt, saret il-konsenja tal-Premju Cibo di Conoscenza lill-Għaqda Poeti Maltin għall-kontribut importanti tagħha favur kultura fuq d-Drittijiet Umani u fuq is-Soldarjetà.
Il-Premju kien ingħata lill-Għaqda Poeti Maltin fis-6 ta’ Novembru 2014, waqt Serata di Soldarietà per l’UNICEF, li saret f’Genova, l-Italja, u li kienet organizzata mis-Società Scappi’s, flimkien mal-Amministrazzjoni tar-Reġjun tal-Liguria u l-Ente Fiera.
Dakinhar Dr Roberto Malini rċieva l-Premju f’isem l-Għaqda Poeti Maltin. Minħabba li Dr Malini kien indispost, il-konsenja tal-Premju lill-Għaqda Poeti Maltin saret minn Dario Picciau, Ambaxxatur tal-UNICEF, waqt is-Serata Kulturali li saret Malta.

Saturday, March 28, 2015
Konkors Nazzjonali ta’ Poeżija għat-tfal 2015
Bħal kull sena, l-Għaqda Poeti Maltin qiegħda tniedi l-konkors tal-Poeżija għall-istudenti ta’ bejn il-ħames sena tal-Primarja u l-ewwel sena sekondarja (studenti ta’ bejn id-disgħa u l-ħdax –il sena). L-għan ta’ dan il-konkors huwa sabiex trawwem l-imħabba għall-poeżija u l-kultura sa minn eta’ żgħira. Għaldaqstant flimkien ma’ din l-ittra qiegħed nibgħatlek ir-regolamenti għal dan il-konkors, hekk kif ġew imhejjija mill-kummissjoni maħtura mill-Kumitat tal-Għaqda Poeti Maltin.
Konkors Nazzjonali ta’ Poeżija għat-tfal 2015
Regolamenti
1. L-istudenti parteċipanti jridu jkunu ta’ eta’ ta’ bejn id-disgħa u l-ħdax –il sena
(Year 5 - Form 1).
2. Il-poeżiji jistgħu jkunu kemm bil-Malti kif ukoll bl-Ingliż u s-suġġett huwa wieħed liberu.
3. Kull konkorrent irid jibgħat tliet kopji separati ta’ kull poeżija li jibgħat (mhux aktar minn tliet poeżiji kull persuna) f’dan l-indirizz:
Charles Mifsud
51, “Caris” Triq F Zahra,
Birkirkara
BKR 1782
4. Ma’ kull poeżija jinħtieġ li jidhru b’mod ċar l-isem u l-kunjom, l-eta’ tal-konkorrent, l-indirizz residenzjali, numru tat-telefon/mobajl, flimkien mal-isem tal-iskola fejn jattenti/tattendi.
5. Kull poeżija ma tridx tkun itwal minn tletin (30) vers.
6. Data tal-għeluq tkun it-tletin ta' April 2015. Wara din id-data ma jiġux aċċettati poeżiji oħra.
7. Kull poeżija trid tkun mibgħuta fuq karti A4 jew A5 u miktubin kemm jista' jkun b'mod ċar
8. Jingħataw tliet premijiet, l-ewwel, it-tieni u t-tielet u jistgħu jingħataw premijiet lil dawk li jissemmew b’ġieh mill-ġurija.
9. Ċertifikati u diplomi jingħataw biss lir-rebbieħa u lil dawk li jissemmew b'ġieħ.
10. Kull deċiżjoni tal-ġurija hija finali u inappellabbli.

Wednesday, March 4, 2015
KUMITAT ĠDID GĦALL-GĦAQDA POETI MALTIN
Fil-Laqgħa Ġenerali Triennali tal-Għaqda Poeti Maltin li saret is-Sibt, 31 ta’ Jannar 2015, il-Membri eleġġew Kumitat ġdid. Il-Kumitat issa hu kompost kif ġej: Charles Magro, President; Jesmond Sharples, Segretarju; Mary Doris Chircop, Teżoriera; Omar Seguna, Viċi President u Segretarju Internazzjonali; Charles Mifsud, Assistent Segretarju; Alfred Caruana Ruggier, Asst. Teżorier; u Miriam Ellul, Uff. Rel. Pubb. Inħatru wkoll diversi Kummissjonjiet għat-tliet snin li ġejjin. Awguri lil dan il-Kumitat ġdid.
Saturday, January 24, 2015
Laqgħa Ġenerali Triennali tal-Għaqda 2015
Għażiż Membru,
Għaddew tliet snin u reġa’ wasal iż-żmien li l-Għaqda Poeti Maltin ikollha Kumitat ġdid biex imexxi l-Għaqda għat-tliet snin li jmiss. Għal dan l-għan, se ssir il-Laqgħa Ġenerali Triennali tal-Għaqda nhar is-Sibt, 31 ta’ Jannar fis-Sala tal-Konferenzi ġewwa l-Ministeru tal-Edukazzjoni u Impjiegi, Triq l-Assedju l-Kbir, fil-Furjana. Il-ħin huwa fid-9:30 ta’ filgħodu.
Għaldaqstant, huwa dmir tiegħek bħala membru li tattendi għal din il-Laqgħa. L-aġenda hija din:
1. Qari tal-Minuti tal-aħħar Laqgħa Ġenerali Triennali 2012-2014
2. Korrispondenza
3. Rapport Amministrattiv
4. Rapport Finanzjarju
5. Emendi għall-Istatut
6. Diskors tal-President
7. Elezzjoni għall-Kumitat 2015-2017
8. Ħwejjeġ Oħra
Mill-ġdid nappella l-attendenza u s-sehem tiegħek f’din il-Laqgħa Ġenerali Triennali.
Tislijiet,
________________
Salv Sammut,
Segretarju,
2, “The Quest”, Block R,
Trejqet il-Ġilju,
Mtarfa MTF 1430

Subscribe to:
Posts (Atom)