Pages

Saturday, March 28, 2015

Konkors Nazzjonali ta’ Poeżija għat-tfal 2015

Bħal kull sena, l-Għaqda Poeti Maltin qiegħda tniedi l-konkors tal-Poeżija għall-istudenti ta’ bejn il-ħames sena tal-Primarja u l-ewwel sena sekondarja (studenti ta’ bejn id-disgħa u l-ħdax –il sena).  L-għan ta’ dan il-konkors huwa sabiex trawwem l-imħabba għall-poeżija u l-kultura sa minn eta’ żgħira.  Għaldaqstant flimkien ma’ din l-ittra qiegħed nibgħatlek ir-regolamenti għal dan il-konkors, hekk kif ġew imhejjija mill-kummissjoni maħtura mill-Kumitat tal-Għaqda Poeti Maltin.


Konkors Nazzjonali ta’ Poeżija għat-tfal 2015

Regolamenti

1.  L-istudenti parteċipanti jridu jkunu ta’ eta’ ta’ bejn id-disgħa u l-ħdax –il sena  
  (Year 5 - Form 1).

2. Il-poeżiji jistgħu jkunu kemm bil-Malti kif ukoll bl-Ingliż u s-suġġett huwa wieħed liberu.

3. Kull konkorrent irid jibgħat tliet kopji separati ta’ kull poeżija li jibgħat (mhux aktar minn tliet poeżiji kull persuna) f’dan l-indirizz:

Charles Mifsud
51, “Caris” Triq F Zahra,
Birkirkara
BKR 1782

4. Ma’ kull poeżija jinħtieġ li jidhru b’mod ċar l-isem u l-kunjom, l-eta’ tal-konkorrent, l-indirizz residenzjali, numru tat-telefon/mobajl, flimkien mal-isem tal-iskola fejn jattenti/tattendi. 

5. Kull poeżija ma tridx tkun itwal minn tletin (30) vers.

6. Data tal-għeluq tkun it-tletin ta' April 2015.  Wara din id-data ma jiġux aċċettati poeżiji oħra.

7. Kull poeżija trid tkun mibgħuta fuq karti A4 jew A5 u miktubin kemm jista' jkun b'mod ċar

8. Jingħataw tliet premijiet, l-ewwel, it-tieni u t-tielet u jistgħu jingħataw premijiet lil dawk li jissemmew b’ġieh mill-ġurija.

9. Ċertifikati u diplomi jingħataw biss lir-rebbieħa u lil dawk li jissemmew b'ġieħ.

10. Kull deċiżjoni tal-ġurija hija finali u inappellabbli.  

No comments:

Post a Comment