Pages

Wednesday, October 7, 2015

KONKORS NAZZJONALI TAL-POEŻIJA - Lista ta’ Parteċipanti

Għaqda Poeti Maltin

KONKORS NAZZJONALI TAL-POEŻIJA
‘Mons. Amante Buontempo’ 2015



Lista ta’ Parteċipanti





Poeżiji bl-Ingliż

1.   Ndp ‘Mika’ -           Pervasive Waters       
2.   Ndp ‘Mika’-           Of Calculi and Rare Stones   
3.   Ndp ‘Mika’-           The Undying ‘Other’ Flower   
4.   Ndp ‘Cornovaglia’ -       Insomnia           
5.   Ndp ‘Cornovaglia’ -       Mdina               
6.   Ndp ‘Calliope’ –         Everyday Is A Jigsaw Puzzle   
7.   Ndp ‘Calliope’ –         The Dancing Trees           
8.   Ndp ‘Calliope’ –         Night Time           
9.   Ndp 'Zoom’ -              Facebook Blues       
10. Ndp ‘Evergreen Shoots’ –    We Are The Greens       
11. Ndp ‘Survival’ -         Concrete Jungle       
12. Ndp ‘L-Oskur’ -          Tears Of A Clown       
13. Ndp ‘L-Oskur’ –         My Mother           
14. Ndp ‘L-Oskur’ –         You Are To Me       
15. Ndp ‘Nestle’ –         A Teacher’s Joy       
16. Ndp ‘Hyperbole’ -        The Lost Touch       
17. Ndp ‘Inquisitive’ -        As Winter Turns To Spring   





Poeżiji bil-Malti

1.   Ndp ‘Enero’ -       Eloġju Għall-Eloġju           
2.   Ndp ‘Enero’ -       Waħdi M’Għajnejk           
3.   Ndp ‘Tewba’ -       Il-Ħajja Ġugarell           
4.   Ndp ‘Tewba’ -       Baħar Ta’ Dmugħ           
5.   Ndp ‘Tewba’ -       Fl-Iżbarra Għall-Kriminal       
6.   Ndp ‘Esmeralda’ -       Int Kollox Għalija           
7.   Ndp ‘Il-Kanarin’ -       Għana Ta’ Kanarin           
8.   Ndp ‘Cornovaglia’ -   Il-Berwieq Ta’ Fuq ix-Xagħri   
9.   Ndp ‘Prometheus’ -    Ma Tafx?               
10. Ndp ‘Prometheus’ -     Inkomplu Fejn Ħallejna       
11. Ndp ‘Prometheus’ -     Diffiċli               
12. Ndp ‘Cinaed’ -         Waħdek               
13. Ndp ‘Cinaed’ -        Taħt Sema Mkewkba       
14. Ndp ‘Rover’ -          Lil Marti               
15. Ndp ‘Leqqien’ -        ll-Ġolf, it-Tewmija u l-Passatur   
16. Ndp ‘Aurora’ -        Għadu Kiefer           
17. Ndp ‘Jien’ -        Santwarju tat-Tafal           
18. Ndp ‘Artist’ -        Qisu Ħożoż               
19. Ndp ‘Ħarifa’ -       Għażla               
20. Ndp ‘Vjola’ -        Titbandal               
21. Ndp ‘Novembru’ -       Bla Kliem               
22. Ndp ‘Fire’ -        ‘ll Fuq               
23. Ndp ‘Pegasus’ -       Il-Mara bil-Kuruna           
24. Ndp ‘Snowhite’ -       Monalisa                   
25. Ndp ‘Orion’ -        Imrieżaq               
26. Ndp ‘Patrijott’ -        Il-Bandiera Maltija           
27. Ndp ‘Ilma Ġieri’ -     Nixxiegħa               
28. Ndp ‘Rebbiegħa’ -      Lill-Għażiża Marti Lejlet Għeluq Sninha       
29. Ndp ‘Ħarifa’ -       Lil Marti               
30. Ndp ‘Il-will’ -        Tifkiriet                
31. Ndp ‘Il-will’ -        Għal Għonq it-Triq           
32. Ndp ‘Il-will’ -       Dgħajsa               
33. Ndp ‘Folja’ -        Għażla Meqjusa           
34. Ndp ‘Artemis’ -       Linji Sofor               
35. Ndp ‘Artemis’ -       Jazmin               
36. Ndp ‘Kollass’ -        ‘L Hinn Mill-Qabar Sieket       
37. Ndp ‘Rima’ -        Sliem               
38. Ndp ‘Muża’ -       Is-Siġra               
39. Ndp ‘Versi’ -       Ħajr                   
40. Ndp ‘Polz’ -        Swat               
41. Ndp ‘Polz’ -       Solitarja               
42. Ndp ‘Polz’ -       Qabar Mediterranju           






Poeżiji bit-Taljan

1.   Ndp ‘Enero’ -        Lamento       
2.   Ndp ‘Ħamiema’ -        Riflessi       
3.   Ndp ‘Aurora’ -         ll Bimbo Mai Nato   
4.   Ndp ‘Aurora’ -        Con.fus. ione       
5.   Ndp ‘Fire’ -         Adagio           
6.   Ndp ‘Vita Iterum’ -     Inter Spemet Metum  
7.   Ndp ‘Fidus’ -        Dux Grecis           
8.   Ndp ‘sospiro’ -        Cercando       
9.   Ndp ‘Artemis’ -        Sboccia       

SERATA ta’ Poeżija u Mużika, Mellieħa.

Il-Kunsill Lokali Mellieħa u l-Għaqda Poeti Maltin jistiednu lill-Membri, lill-familji u lill-pubbliku għal


SERATA ta’ Poeżija u Mużika 

bil-parteċipazzjoni
tal-GRUPP SIMAR



Data:    il-Ġimgħa, 9 ta’ Ottubru 2015

Ħin:    fis-7:00 ta’ filgħaxija

Post:    Id-dar tal-Għaqda Korali u Orkestrali ‘Maria Bambina’.
Triq il-Kappillan Magri, Mellieħa.



Is-Serata tiġi fi tmiemha b’bibita.

Ġibu l-poeżiji magħkom.  Kulmin ikollu poeżija se jingħata ċ-ċans jaqraha.

Tuesday, August 25, 2015

SERATA BI TNEDIJA TA’ ŻEWĠ KOTBA

Waqt Serata li saret fil-21 ta’ Awwissu 2015, fir-Razzett tal-Markiż Mallia Tabone, il-Mosta, ġentilment imqiegħed għad-dispożizzjoni tal-Għaqda Poeti Maltin mill-Għaqda Talent Mosti, l-Għ.P.M. nediet żewġ kotba tal-poeżiji ppubblikati minn tliet Membri tal-istess Għaqda.

Il-kotba huma “BEJN TNEJN”, ta’ Josef Borg u Carlston Grima; u “IN HER ELEMENT” ta’ Therese Pace.

Għal din is-Serata kien hemm attendenza sabiħa.  Fost il-miġemgħa kien hemm ukoll il-pubblikatur taż-żewġ kotba.  It-tliet poeti ġew intervistati.  F’din il-parti tal-programm il-poeti tawna aktar tagħrif fuqhom innifishom, kif ukoll fuq l-ġabriet ta’ poeżiji tagħhom ippubblikati f’dawn il-kotba biex il-qarrej ikun jista’ jifhem iktar u b’iktar faċilità.

Il-parti mużikali kienet f’idejn l-Għalliem u Kantant Mario Debono, li akkumpanja lilu nnifsu fuq il-kitarra u tana tliet kanzunetti bil-Malti.  Bi tnejn minnhom Debono kien ħa sehem fil-kompetizzjoni ‘L-Għanja tal-Poplu’.

Fl-aħħar tas-Serata kien hemm riċeviment. 


Monday, July 13, 2015

KONKORS NAZZJONALI TAL-POEŻIJA 2015

“Mons. A. Buontempo”

REGOLAMENTI

1.   Kull poeżija tista’ tkun f’kull forma, ma tridx tkun itwal minn għoxrin vers (20) vers u trid tkun oriġinali u qatt imxandra jew ippubblikata qabel.  Tista’ tkun bil-Malti, bl-Ingliż jew bit-Taljan.
2.   Kull poeżija trid tkun ittajpjata fi tliet (3) kopji bi spazju doppju.
3.   Il-Konkors hu miftuħ għal kull min għandu ‘l fuq minn 16-il sena, mhux għall-Membri tal-Għ.P.M. biss.  Iżda l-Membri tal-Kumitat tal-Għ.P.M. ma jistgħux jieħdu sehem.
4.   Kull konkorrent jista’ jibgħat sa tliet (3) poeżiji.
5.   Kull poeżija għandha tidher taħt psewdonimu. Isem il-poeżija, l-isem u l-indirizz tal-konkorrent flimkien mal-psewdonimu addottat, għandhom ikunu f’envelop issiġillat, li għandu jkun mehmuż mal-poeżiji.  Imbagħad, flus, envelop issiġillat u poeżiji jintbagħtu f’envelop wieħed.
6.   Jingħataw tliet (3) premjijiet lill-ewwel tliet (3) poeżiji rebbieħa bil-Malti. Ir-rebbieħ tal-ewwel premju għall-poeżija bil-Malti jingħata l-Premju “Mons. A. Buontempo”.  Jingħataw żewġ (2) premjijiet oħra għall-aħjar żewġ (2) poeżiji bl-Ingliż, u żewġ (2) premjijiet għall-aħjar żewġ (2) poeżiji bit-Taljan.
7.   L-Għaqda Poeti Maltin iżżomm il-jedd li tippubblika bla ħlas (għallinqas darba) il-poeżiji li jidħlu għall-Konkors.
8.    Il-poeżiji li jitressqu għall-Konkors ma jingħatawx lura.
9.   Ħadd ma jkollu jedd għal aktar minn premju wieħed, iżda jista’ jissemma b’ġieħ għal aktar minn poeżija waħda.
10.   Il-Ġurija titħabbar mar-riżultat u d-deċiżjoni tagħha tkun finali.
11.  Kull konkorrent irid jibgħat €10 jekk mhux membru tal-Għ.P.M.  Jekk hu membru jibgħat €5 Ewro, basta jkun regolari fil-ħlas tas-Sħubija (2015). Dan għandu jsir immaterjalment minn jekk il-konkorrent jiħux sehem b’poeżija waħda, tnejn jew tlieta.  Il-ħlas għandu jsir b’ċekk, indirizzat lil Mr Charles Magro, u inkluż mal-poeżiji u l-envelop issiġillat bid-dettalji ta’ min jieħu sehem.  Ħlas f’bolol ma jiġix aċċettat, u anqas f’Money Orders.
12.  Il-poeżiji u l-ħlas iridu jaslu għand il-President tal-Għaqda Poeti Maltin, 42, Triq is-Sur, Fgura, FGR 1249, sal-31 t’Awwissu 2015.  Fl-1 ta’ Settembru x-xogħlijiet jingħataw lill-Ġurija.
13.  Lista tax-xogħlijiet li jkunu waslu għand President tidher fuq is-sit elettroniku tal-Għaqda kif jidher hawn fuq wara d-data tal-għeluq.
14.   Id-data taċ-Ċerimonja tal-Premjazzjoni titħabbar aktar tard.
15.  Min jonqos f’xi waħda minn dawn il-kundizzjonijiet jiġi mill-ewwel skwalifikat.

Press Release - Premju Cibo di Conoscenza

PREMJU UNIKU
LILL-GĦAQDA POETI MALTIN

Waqt Serata Kulturali li saret il-Ġimgħa, 3 ta’ Lulju 2015, fis-sala tas-Soċjetà tal-Arti, Palazzo de la Salle, il-Belt, saret il-konsenja tal-Premju Cibo di Conoscenza lill-Għaqda Poeti Maltin għall-kontribut importanti tagħha favur kultura fuq d-Drittijiet Umani u fuq is-Soldarjetà.

Il-Premju kien ingħata lill-Għaqda Poeti Maltin fis-6 ta’ Novembru 2014, waqt Serata di Soldarietà per l’UNICEF, li saret f’Genova, l-Italja, u li kienet organizzata mis-Società Scappi’s, flimkien mal-Amministrazzjoni tar-Reġjun tal-Liguria u l-Ente Fiera.

Dakinhar Dr Roberto Malini rċieva l-Premju f’isem l-Għaqda Poeti Maltin.  Minħabba li Dr Malini kien indispost, il-konsenja tal-Premju lill-Għaqda Poeti Maltin saret minn Dario Picciau, Ambaxxatur tal-UNICEF, waqt is-Serata Kulturali li saret Malta.


Saturday, March 28, 2015

Konkors Nazzjonali ta’ Poeżija għat-tfal 2015

Bħal kull sena, l-Għaqda Poeti Maltin qiegħda tniedi l-konkors tal-Poeżija għall-istudenti ta’ bejn il-ħames sena tal-Primarja u l-ewwel sena sekondarja (studenti ta’ bejn id-disgħa u l-ħdax –il sena).  L-għan ta’ dan il-konkors huwa sabiex trawwem l-imħabba għall-poeżija u l-kultura sa minn eta’ żgħira.  Għaldaqstant flimkien ma’ din l-ittra qiegħed nibgħatlek ir-regolamenti għal dan il-konkors, hekk kif ġew imhejjija mill-kummissjoni maħtura mill-Kumitat tal-Għaqda Poeti Maltin.


Konkors Nazzjonali ta’ Poeżija għat-tfal 2015

Regolamenti

1.  L-istudenti parteċipanti jridu jkunu ta’ eta’ ta’ bejn id-disgħa u l-ħdax –il sena  
  (Year 5 - Form 1).

2. Il-poeżiji jistgħu jkunu kemm bil-Malti kif ukoll bl-Ingliż u s-suġġett huwa wieħed liberu.

3. Kull konkorrent irid jibgħat tliet kopji separati ta’ kull poeżija li jibgħat (mhux aktar minn tliet poeżiji kull persuna) f’dan l-indirizz:

Charles Mifsud
51, “Caris” Triq F Zahra,
Birkirkara
BKR 1782

4. Ma’ kull poeżija jinħtieġ li jidhru b’mod ċar l-isem u l-kunjom, l-eta’ tal-konkorrent, l-indirizz residenzjali, numru tat-telefon/mobajl, flimkien mal-isem tal-iskola fejn jattenti/tattendi. 

5. Kull poeżija ma tridx tkun itwal minn tletin (30) vers.

6. Data tal-għeluq tkun it-tletin ta' April 2015.  Wara din id-data ma jiġux aċċettati poeżiji oħra.

7. Kull poeżija trid tkun mibgħuta fuq karti A4 jew A5 u miktubin kemm jista' jkun b'mod ċar

8. Jingħataw tliet premijiet, l-ewwel, it-tieni u t-tielet u jistgħu jingħataw premijiet lil dawk li jissemmew b’ġieh mill-ġurija.

9. Ċertifikati u diplomi jingħataw biss lir-rebbieħa u lil dawk li jissemmew b'ġieħ.

10. Kull deċiżjoni tal-ġurija hija finali u inappellabbli.  

Wednesday, March 4, 2015

KUMITAT ĠDID GĦALL-GĦAQDA POETI MALTIN

Fil-Laqgħa Ġenerali Triennali tal-Għaqda Poeti Maltin li saret is-Sibt, 31 ta’ Jannar 2015, il-Membri eleġġew Kumitat ġdid. Il-Kumitat issa hu kompost kif ġej: Charles Magro, President; Jesmond Sharples, Segretarju; Mary Doris Chircop, Teżoriera; Omar Seguna, Viċi President u Segretarju Internazzjonali; Charles Mifsud, Assistent Segretarju; Alfred Caruana Ruggier, Asst. Teżorier; u Miriam Ellul, Uff. Rel. Pubb. Inħatru wkoll diversi Kummissjonjiet għat-tliet snin li ġejjin. Awguri lil dan il-Kumitat ġdid.

Saturday, January 24, 2015

Laqgħa Ġenerali Triennali tal-Għaqda 2015

Għażiż Membru,

Għaddew tliet snin u reġa’ wasal iż-żmien li l-Għaqda Poeti Maltin ikollha Kumitat ġdid biex imexxi l-Għaqda għat-tliet snin li jmiss. Għal dan l-għan, se ssir il-Laqgħa Ġenerali Triennali tal-Għaqda nhar is-Sibt, 31 ta’ Jannar fis-Sala tal-Konferenzi ġewwa l-Ministeru tal-Edukazzjoni u Impjiegi, Triq l-Assedju l-Kbir, fil-Furjana. Il-ħin huwa fid-9:30 ta’ filgħodu.

Għaldaqstant, huwa dmir tiegħek bħala membru li tattendi għal din il-Laqgħa. L-aġenda hija din:

1.    Qari tal-Minuti tal-aħħar Laqgħa Ġenerali Triennali 2012-2014
2.    Korrispondenza
3.    Rapport Amministrattiv
4.    Rapport Finanzjarju
5.    Emendi għall-Istatut
6.    Diskors tal-President
7.    Elezzjoni għall-Kumitat 2015-2017
8.    Ħwejjeġ Oħra

Mill-ġdid nappella l-attendenza u s-sehem tiegħek f’din il-Laqgħa Ġenerali Triennali.

Tislijiet,

________________
Salv Sammut,
Segretarju,
2, “The Quest”, Block R,
Trejqet il-Ġilju,
Mtarfa MTF 1430

Tuesday, December 9, 2014

Premjazzjoni 2014


KONKORS NAZZJONALI TAL-POEŻIJA
MONS. AMANTE BUONTEMPO’ 2014

Serata tal-Premjazzjoni

Il-Ħamis, 4 ta’ Diċembru 2014, saret is-Serata ta’ Premjazzjoni tal-Konkors Nazzjonali tal-Poeżija ‘Mons. Amante Buontempo’.

Fid-diskors tal-ftuħ tas-Serata l-President tal-Għaqda Poeti Maltin qal li kulħadd jidħol għall-konkorsi biex jirbaħ. Iżda f’ebda konkors ma jista’ jirbaħ kulħadd. Fil-proċess tal-għażla l-Għaqda Poeti Maltin tagħmel minn kollox biex tkun trasparenti kemm jista’ jkun. Il-Ġurija, komposta minn membri differenti kull sena, taħdem b’reqqa kbira biex tkun kemm jista’ jkun mill-aktar ġusta, għalkemm tibqa’ l-problema tas-soġġettività li qatt ma tista’ tkun evitata għal kollox.

Il-Ġurija kienet komposta mill-Kav. Carmel Bianchi (Chairman), u mis-Sinjuri Marlene Saliba u Josef Borg. Fir-rapport tal-Ġurija nkiteb li l-ġibda u n-namra għall-poeżija qegħdin jimmaturaw, anki f’dawk li għadhom jibdew jiktbu l-poeżija. Is-sottomissjonijiet għall-Konkors kienu tajbin ħafna, b’uħud minnhom jilħqu wkoll livell għoli.

Il-poeżiji rebbieħa huma:

Sezzjoni tal-Malti

L-Ewwel (Rebbieħa assoluta tal-Konkors): “ADAGIO” ta’ Manwel Cassar
It-Tieni: “JIEN HU L-BEDWIN” ta’ Raymond Grech
It-Tielet: “BINTI TAR-RAMEL” ta’ Jonathan Balzan

Sezzjoni tat-Taljan

L-Ewwel: “ZACHOR” ta’ Mario Attard
It-Tieni: “TRISTEZZA D’ANIMA” ta’ Dr Michelle Muscat

Sezzjoni tal-Ingliż

L-Ewwel: “MOTHER TREE” ta’ Therese Pace
It-Tieni: “MY SILENT CRY” ta’ Josianne X. Azzopardi

Poeżiji Msemmijin B’Ġieħ

JISSOKTA” ta’ Mary Anne Camenzuli
IN-NISĠA BEJN SĦABA U JIEN” ta’ Guido Lanfranco
KELLIMNI ĦA TGĦIDLI X’QED JGĦIDU” ta’ Dr Alfred Grech
MATUTIN” ta’ Stefano Farrugia
MA TAFX” ta’ Mary Anne Camenzuli
THE GRIM REALITY” ta’ Dr Joe Zammit Tabona
RICORDI DI AUSCWITCH” ta’ Alfred Palma

Sunday, November 9, 2014

JUM IL-PREMJAZZJONI 2014

L-Għaqda Poeti Maltin tixtieq tinforma lil dawk kollha li pparteċipaw fil-Konkors Nazzjonali tal-Poeżija – 2014, li l-jum tal-premjazzjoni se jkun nhar il-Ħamis, 4 ta’ Diċembru, 2014, fis-6:30 ta’ filgħaxija ġewwa s-Sala tal-Konferenzi fil-Ministeru tal-Edukazzjoni u Impjiegi fi Triq l-Assedju l-Kbir ftit ’l isfel mil-lukanda Phoenicia. Id-dħul huwa mill-bieb li jħares lejn il-parkeġġ tal-karozzi u l-grawnd tal-futbol tal-Furjana. Il-parteċipanti kollha huma mħeġġa biex jattendu għal din is-serata.

Saturday, November 8, 2014

Poeti per la pace

L-Għaqda Poeti Maltin irċeviet il-premju "Poeti per la pace", fl-ewwel eduzzjoni tal-Premju "Cibo di Civiltà"  għall-arti, poezija u soidarjeta' fis-Serata ta' Solidarjeta' għall-Unicef. Is-serata ta' premjazzjoni saret fis-6 ta' Novembru 2014 ġewwa Ġenova.

http://www.everyonegroup.com/it/EveryOne/MainPage/Entries/2014/11/5_Serata_di_Solidarieta_per_UNICEF_a_Genova.html

Sunday, October 5, 2014

Messaġġ għal JUM IL-POEŻIJA 15 ta’ Ottubru 2014

  
Fil-15 ta’ Ottubru ta’ kull sena f’Malta niċċelebraw Jum il-Poeżija.  Fl-istess ġurnata niċċelebraw ukoll Jum Dun Karm Psaila, il-Poeta Nazzjonali Malti.

    Dan għandu jkun jum speċjali għalina li nħobbu l-poeżija minħabba l-konvinzjoni tagħna li l-poeżija tista’ tkun katalista għall-paċi bejn il-bnedmin.

    Jekk hux b’kumbinazzjoni jew le ma nafx ngħid, iżda l-ġurnata tal-15 ta’ Ottubru tfakkar ukoll lill-Għaqda Poeti Maltin fil-ġurnata tat-twelid tal-Fundatur tagħha, Mons. Amante Buontempo, li nzerta wkoll li din is-sena l-Għaqda Poeti Maltin qiegħda tfakkar l-għaxar sena minn mewtu.

    Bil-poeżij tiegħu Mons. Buontempo kien impenjat sewwa soċjalment favur il-paċi.  Kien joħodha bi kbira wisq kontra dawk l-imħuħ li ma jafux jgħixu fis-sliem u li b’għemilhom inisslu l-inkwiet kull ħin u kull fejn ikunu.

    Il-poeżija, minnha nnifisha, tnissel is-serħan u l-kalma; mhux fil-poeta biss, iżda wkoll f’min jismagħha jew jaqraha.  L-awgurju tagħna hu li dan is-sentiment jasal għand kulħadd, jitħaddan minn kulħadd, biex hekk ninsew id-differenzi ta’ bejnietna u ngħixu aħjar flimkien.

Charles Magro, BA, MOM
President










L-Għaqda Filantropika Talent Mosti - Yana Psaila


Monday, September 15, 2014

PRESS RELEASE

In the Main Foyer of Mater Dei Hospital, between the 24th of September and the 8th of October, an exhibition of Poetry posters by Poet Lucilla Maclaren Spillane from her book of verse "ANOTHER SEEING and other poems" will be held for public viewing.

Lucilla Maclaren Spillane, born in England but residing in Malta and Ireland, is a poet of deep emotional feelings based on personal experiences.

The exhibition will be inaugurated on Wednesday, 24th September at 7:30 in the evening by Her Excellency, the President of the Republic of Malta, Dr. Marie Louise Coleiro Preca, when the book will be launched in Malta. Ten English poems and their equivalent translated Maltese versions will be recited by members of Għaqda Poeti Maltin (Għ.P.M.) with Mr Alex Manché playing the Mater Dei Grand Piano in the intervals. The event is being organised  by Għ.P.M. and the exhibition will benefit the Caritas Malta Epilepsy Association (CMEA).

Attendance at the inauguration is strictly by formal invitation, but the 14-day exhibition will be open to the General Public.

Fil-Foyer tal-isptar Mater Dei, bejn l-24 ta’ Settembru u t-8 ta’ Ottubru, se tittella’ eżebizzjoni ta’powsters ta’ Poeżiji mill-Poeta Lucilla Maclaren Spillane mill-ktieb tal-poeżiji tagħha “ANOTHER SEEING and other poems” li dawn se jkunu għal wiri tal-pubbliku.

Lucilla Maclaren Spillane, imwielda l-Ingilterra imma tgħix kemm f’Malta u kemm fl-Irlanda hija Poeta bi tqanqiliet emozzjonali profondi bażati fuq esperjenzi personali.

L-eżebizzjoni se tiġi inawgurata nhar l-Erbgħa, 24 ta’ Awwissu fis-7:30 ta’ filgħaxija mill-Eċċellenza Tagħha, il-President tar-Repubblika ta’ Malta, Dr. Marie Louise Coleiro Preca waqt li l-ktieb “ANOTHER SEEING and other poems” se jkun inawgurat f’Malta. Għaxar poeżiji bl-Ingliż u t-traduzzjonijiet tagħhom bil-Malti se jkunu moqrija minn membri tal-Għaqda Poeti Malti (GĦ.P.M.) bil-parteċipazzjoni tas-Sur Alex Manche li se jdoqq biċċiet mużikali fuq il-pjanu tal-Isptar Mater Dei bejn l-intervalli. Din l-attivita hija organizzata mill-Għaqda Poeti Maltin (GĦ.P.M.) u mill-eżebizzjoni se tibbenefika l-Caritas Malta Epileptic Association (CMEA).

L-attendenza waqt l-inawgurazzjoni hija strettament b’invit formali, iżda matul l-erbatax-il jum tal-eżebizzjoni hi miftuħa għall-pubbliku ġenerali.