------------------------------------------------------------------
Saturday, November 23, 2019
Lejn L-Għamajjar
------------------------------------------------------------------
Monday, November 26, 2018
'il barra mill-prIŻMI
'il barra mill-prIŻMI Vol. 2. Daħla tal-Prof. Oliver Friggieri. Poeżiji kontemporanji, ħafna minnhom qatt ma’ ġew stampati qabel. Jinkludi r-riċensjonijiet ta’ Qasab Iċaqċaq li ġew ippubblikati fil-gazzetti.
'il barra mill-prIŻMI (beyond the prISMS Vol. 2 — self-published). Foreword by Prof. Oliver Friggieri, a collection of contemporary poems; part of a trilogy. The third volum is in the making.
Tuesday, November 13, 2018
Thursday, August 30, 2018
Saturday, June 30, 2018
KONKORS NAZZJONALI TAL-POEŻIJA 2018
KONKORS
NAZZJONALI TAL-POEŻIJA
‘MONS.
AMANTE BUONTEMPO’ 2018
L-Għaqda
Poeti Maltin flimkien mal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb
qiegħda tniedi l-Konkors Nazzjonali tal-Poeżija ‘Mons. Amante
Buontempo’
għal din is-sena 2018
-
Din is-sena il-konkors fiha żewġ kategoriji: 1. Kategorija ‘Poeżija bil-Malti’ u 2. Kategorija ‘Poeżija bl-Ingliż’.
-
Il-konkorrenti jistgħu jieħdu sehem f’wieħed jew fiż-żewġ kategoriji differenti.
-
Il-konkorrenti huma mitluba jibagħtu sa poeżija waħda bil-Malti għall-Kategorija ‘Poeżija bil-Malti’ u/jew poeżija waħda bl-Ingliż għall-Kategorija ‘Poeżija bl-Ingliż’, liema poeżiji ma għandhomx tkun itwal minn sitta u tletin vers.
-
Il-poeżija għandha tkun ttajpjati fuq karta ta’ daqs A4, u għandhom jintbagħtu tliet kopji tal-poeżija. Il-poeżija għandha tkun iffirmata biss bi psewdonomu (nom de plume).
-
F’envelop separat u ssiġillat, il-konkorrent għandu jniżżel il-Kategorija, l-isem tal-poeżija li jkun se jieħu sehem fil-Konkors biha, il-psewdonomu, ismu u kunjomu, l-indirizz, in-numru tat-telefown u/jew dak ċellulari u l-indirizz elettroniku.
-
Jiġu ppremjati l-poeżiji kklassifikati fl-ewwel tliet postijiet għal kull kategorija. L-ewwel poeżija tingħata €400, it-tieni poeżija tingħata €200, u t-tielet poeżija tingħata €100. Il-premijiet jistgħu ma jingħatawx jekk ma jintlaħaqx il-livell mistenni f’kompetizzjoni bħal din.
-
Il-ġurija se tkun komposta minn tliet membri: Wieħed magħżul mill-Għaqda Poeti Maltin u tnejn mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb.
Is-sottomissjonijiet
għal dan il-konkors għandhom jaslu biss għand: Għaqda Poeti
Maltin, 25,
“Tabor”, Triq il-Knisja, Ħal Lija – LJA 1031 u
sa mhux
aktar tard mill-24 ta’ Awwissu, 2018.
-
F’envelop wieħed għandhom jintbagħtu l-poeżija/i għall-kompetizzjoni u l-envelop issiġillat bid-dettalji. Ma għandux jinkiteb l-indirizz tas-sender fuq wara tal-envelop.
-
Membri fil-kumitat tal-Għaqda Poeti Maltin jew tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb ma jistgħux jieħdu sehem.
-
Ix-xogħol sottomess irid ikun oriġinali u li qatt ma ġie pubblikat kemm f’kotba/rivisti jew ġurnali.
-
Kull min jonqos f’xi waħda minn dawn ir-regolamenti jiġi skwalifikat immedjatament.
-
Wara li tagħlaq id-data għad-dħul tas-sottomissjonijiet, tkunu tistgħu tiċċekkjaw l-isem tal-poeżija tagħkom fil-websajt tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jew tal-Għaqda Poeti Maltin.
N.B.
-
Il-Premijiet huma ġentilment mogħtija mill-fondi tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb.
-
Ir-riżultat tal-Kompetizzjoni jitħabbar waqt attività speċifika matul il-jiem tal-Festival tal-Ktieb li l-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jorganizza f’Novembru.*************************************************************************NATIONAL POETRY CONTEST‘MONS. AMANTE BUONTEMPO’ 2017‘L-Għaqda Poeti Maltin’ and the ‘Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb’ are launching the National Poetry Contest ‘Mons. Amante Buontempo’ for the year 2018.
-
This year the contest shall consist of two different categories: 1. A category for Maltese Poetry and 2. A category for English Poetry.
-
The contestants may participate in either or both categories.
-
The contestants shall submit only one poem for each category, i.e. The Maltese Poetry category and the English Poetry category, and which poem shall consist of no more than 36 verses.
-
The poems shall each be typed on A4 paper and each contestant is to send three copies of each poem. The poems shall be signed only by a nom de plume.
-
The contestant shall submit in a separate sealed envolope, the category for which s/he is competing, the name of the poem, the nom de plume, his or her full name, postal address, landline and mobile telephone number and email address.
-
The first three poems in each respective category, which achieve the highest marks shall be awarded the first three prizes respective. The poem which will win the first prize will be awared €400, the poem which places secon €200, and the poem which place third €100. If the poems do not reach the required standard, the prizes may not be awarded.
-
The jury panel shall consist of three members, one from ‘Għaqda Poeti Maltin’ and two members from the ‘Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb.’
-
The entries for this poetry contest are to be sent to: Għaqda Poeti Maltin, 25, “Tabor”, Triq il-Knisja, Ħal Lija – LJA 1031 by not later than 24 August 2018.
-
The poems for this contest are to be sent in one envelope, and the details of the contestants are to be sent in a separate sealed envolope together with the envelope with the poem/s. The entrant shall not write his or her name on the back of the main envelope.
-
Members of both the committee of ‘Għaqda Poeti Maltin’ or that of the ‘Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb’ cannot participate in the competition.
-
The poetic work submitted has to be original and was never published in either a book/journal or newspaper.
-
Whoever does not adher to any of these regulations shall be disqualified automatically from the competition.
-
The names of the poems submitted for the competition shall be published on either the website of the ‘Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb’ or that of ‘Għaqda Poeti Maltin.’
N.B.
-
The prizes for the winning entries shall be provided by ‘Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb’.
-
The result of the poetry competition shall be announced in one of the activities to be held during the Book Festival in November, which festival is organised annually by the ‘Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb.
Wednesday, June 13, 2018
Serata Speċjali - Mosta
L-Għaqda
Filantropika Talent Mosti
Flimkien
mal-Għaqda
Poeti Maltin
bi
pjaċir jippreżentaw
Serata
Speċjali
fejn
sa jkun mistieden
il-poeta
Malti-Awstraljan
Frank
Zammit
Il-Ġimgħa
22 ta'
Ġunju
2018 fis-7.00pm
fir-Razzett
tal-Markiż Mallia Tabone
fi
Triq Wied il-Għasel, il-Mosta
Frank
Zammit, li bħalissa jinsab Malta, se jkun qed jaqsam magħna
l-esperjenza tiegħu fil-Letteratura Maltija u l-kitba tiegħu
fl-Awstralja. Omar Seguna se jmexxi din l-intervista.
F’din
is-serata se jkun hemm qari ta'
poeżiji għal
min jixtieq jaqra kitbietu kif
ukoll se jiġi mniedi il-ktieb il-ġdid ta' Jonathan Balzan 'Madwar
Ħajti'.
Din
l-attivita' għandha l-kollaborazzjoni sħiħa tal-Kunsill Skolastiku
ta’ l-Iskola Sekondarja
fi ħdan
il-Kulleġġ Maria Reġina
Wednesday, April 18, 2018
Lejla Poemużikali 'Jum l-Imtarfa 2018'
Sa tittella' lejla ta' qari ta' poeżija u mużika fl-okkażjoni ta' Jum l-Imtarfa 2018 nhar is-Sibt 28 t' April 2018, fis-7.30p.m. 'Dar Kenn għal Saħħtek, l-Imtarfa li hi organizzata mill-Kunsill lokali Mtarfa flimkien mal-Għaqda Poeti Maltin.
Dawk li jixtiequ jaqraw poeżija tagħhom fis-serata jew jikkuntattjawni fuq dan l-indirizz email jew fuq ghaqdpoetimaltin@gmail.com sal-25 t'April 2018.
Dawk li jixtiequ jaqraw poeżija tagħhom fis-serata jew jikkuntattjawni fuq dan l-indirizz email jew fuq ghaqdpoetimaltin@gmail.com sal-25 t'April 2018.
Wednesday, April 11, 2018
KONKORS TA' POEŻIJA GĦAT-TFAL U Ż-ŻGĦŻAGĦ
Bħal
kull sena, l-Għaqda Poeti Maltin qiegħda tniedi l-konkors
tal-poeżija għall-istudenti. Din is-sena l-konkors se jkun maqsum
f’żewġ kategoriji :
Kategorija
A
Minn
10 sa 12-il sena (Year 6 – Form 2)
Kategorija
B
Minn
13 sa 15-il sena (Form 3 – Form 5)
Il-kummissjoni
maħtura mill-kumitat ħejjiet dawn ir-regolamenti għal dan
il-konkors.
1.
L-istudenti parteċipanti jridu jkunu tal-eta’ hawn fuq msemmija u
l-kategorija li ser jikkompetu fiha għandha tkun imniżżla qabel
it-titlu tal-poeżija.
2.
Il-poeżiji jistgħu jkunu kemm bil-Malti kif ukoll bl-Ingliż u
s-suġġett tal-poeżiji huwa liberu.
3.
Kull konkorrent jista’ jissottometti mhux aktar minn tlitt poeżiji
printjati fuq karta A4 jew A5.
4.
Kull konkorrent irid jibgħat tlitt kopji separati ta’ kull poeżija
li
ser idaħħal għall-konkors, f’dan l-indirizz :
Josef
Borg
25, Tabor Triq il-knisja
Ħal Lija
LJA 1031
25, Tabor Triq il-knisja
Ħal Lija
LJA 1031
5.
Data tal-għeluq tkun nhar l-20 t’April 2018
6.
Kull konkorrent għandu jniżżel mal-poeżija :
a.
Isem u kunjom
b. Indirizz tad-dar
c. Numru tat-telefown jew mobile
d. Eta’
e. Skola fejn jattendi
f. Kategorija li ser jipparteċipa fiha
b. Indirizz tad-dar
c. Numru tat-telefown jew mobile
d. Eta’
e. Skola fejn jattendi
f. Kategorija li ser jipparteċipa fiha
7.
Jingħataw tliet premjijiet għal kull kategorija, l-ewwel, it-tieni
u t-tielet post. Jistgħu jingħataw premjijiet ukoll lil dawk li
jissemmew b’ġieħ mill-ġurija.
8.
Kull parteċipant jingħata ċertifikat/diploma tal-parteċipazjoni.
9.
Data tal-premmjazzjoni tkun mħabbra aktar ‘il quddiem
10.
Kull deċiżjoni tal-ġuriija hi finali u inappellabli.
Tuesday, January 2, 2018
Raymond Caruana ‘Il-Ħajja bħall-Fjuri’
Nhar il-Ġimgħa 24 ta’ Novembru 2017, saret it-tnedija tal-ktieb ta’ Raymond Caruana ‘Il-Ħajja bħall-Fjuri’ li saret flimkien mal-Għaqda Poeti Maltin taħt il-patroċinju tal-Onor Justyne Caruana, Ministru għal Għawdex. Is-serata minn barra l-mużika u l-kant tas-soprano Rosabelle Pavia kienet tinkludi qari ta’ poeżiji mill-ktieb u diskors ta’ Anton F. Attard u kelmtejn tal-Għeluq mill-Ministru. Kien hemm attendenza sabiħa ħafna u din l-attività serviet ta’ opportunità biex diversi poeti Għawdxin fi ħdan l-Għaqda Poeti Maltin iltaqgħu flimkien.
Poeżiji Rebbieħa tal-Konkors Nazzjonali 2017
virgola
kliemek f’xagħri
bħal f’logħba noli
jiżgiċċa kif jista’
mill-ħafna tar-riħ
ix-xemx tgħaddas geddumha
f’ħobb ix-xefaq
u s-sema jinfaraġ
int u tfellilli ħsibijietek
iddewwaqni l-iskur ħannien t’għajnejk
tibżax
imbagħad nitgeżwru fil-ħmura
nieżla tixxabbat
minn mal-bjut u l-gallariji
tinfirex liżar fuqna
inħallu s-skiet ikenninna
ħarstek bħal virgola
test sospiż
kultant virgola taf taħji sentenza
*********************************
Szent István tér
(Pjazza San Stiefnu)
’qas ċans induq dil-ġmiel ta’ pjazza
taqbadni f’nofs pass il-bażilika
hi u tferra’ l-anġelus f’ħobb il-belt
bħallikieku jeħtiġilha tisfida t-trassis griż t’Ottubru
tifrex setgħana l-ħafna tagħha
sal-ibgħad rokna ta’ Pest
sal-qalba nett – hemm fejn hemm miġmugħ id-dmugħ
li għad irrid xi darba nibki
fuq l-ewwel tarġa hemm tfajla u ġuvni jesibixxu bewsa
xufftejhom imġewħa jfakkruni kemm xjaħt
kemm għadni rridek
nerġa’ nitwebbel għalik
għall-guffaġni li biha għajnejk kienu jħaffru f’għajnejja
itini li nokrob
hemm mara mgermda mkebba ma’ kolonna
b’maktur imkittef jorbtilha rasha
b’geddumha jipponta lejn bott imsaddad
b’ħarsitha mtappna twieżen
għadx għandhom ħila dal-qniepen
irattbu l-qlub u jqanqlu l-qima
jeħimdu l-kampnari
jissokta t-tpaqpiq, it-tgeġwiġ, l-istagħġib
it-tektik fuq il-bankini
iċ-ċekċik tal-kikkri u l-plattini
nintelaq fl-istorbju ta’ dil-belt
inħallih iġorrni
inħallih jiblagħni
kliemek f’xagħri
bħal f’logħba noli
jiżgiċċa kif jista’
mill-ħafna tar-riħ
ix-xemx tgħaddas geddumha
f’ħobb ix-xefaq
u s-sema jinfaraġ
int u tfellilli ħsibijietek
iddewwaqni l-iskur ħannien t’għajnejk
tibżax
imbagħad nitgeżwru fil-ħmura
nieżla tixxabbat
minn mal-bjut u l-gallariji
tinfirex liżar fuqna
inħallu s-skiet ikenninna
ħarstek bħal virgola
test sospiż
kultant virgola taf taħji sentenza
*********************************
Szent István tér
(Pjazza San Stiefnu)
’qas ċans induq dil-ġmiel ta’ pjazza
taqbadni f’nofs pass il-bażilika
hi u tferra’ l-anġelus f’ħobb il-belt
bħallikieku jeħtiġilha tisfida t-trassis griż t’Ottubru
tifrex setgħana l-ħafna tagħha
sal-ibgħad rokna ta’ Pest
sal-qalba nett – hemm fejn hemm miġmugħ id-dmugħ
li għad irrid xi darba nibki
fuq l-ewwel tarġa hemm tfajla u ġuvni jesibixxu bewsa
xufftejhom imġewħa jfakkruni kemm xjaħt
kemm għadni rridek
nerġa’ nitwebbel għalik
għall-guffaġni li biha għajnejk kienu jħaffru f’għajnejja
itini li nokrob
hemm mara mgermda mkebba ma’ kolonna
b’maktur imkittef jorbtilha rasha
b’geddumha jipponta lejn bott imsaddad
b’ħarsitha mtappna twieżen
għadx għandhom ħila dal-qniepen
irattbu l-qlub u jqanqlu l-qima
jeħimdu l-kampnari
jissokta t-tpaqpiq, it-tgeġwiġ, l-istagħġib
it-tektik fuq il-bankini
iċ-ċekċik tal-kikkri u l-plattini
nintelaq fl-istorbju ta’ dil-belt
inħallih iġorrni
inħallih jiblagħni
Monday, November 13, 2017
Premjazzjoni 2017 - KONKORS NAZZJONALI TAL-POEŻIJA
KONKORS NAZZJONALI TAL-POEŻIJA ‘MONS. AMANTE BUONTEMPO’ 2017
Isem il-Poeżija | Isem il-Parteċipant | Ordni tal-mertu | Total tal-Marki (900) | |
Szent István Tér (Pjazza San Stiefnu) | Nadia Mifsud | 1 | 715 | l-1el Premju |
Il-beraħ f’għajnejk/ bħal xaqq | Nadia Mifsud | 2 | 715 | It-2ni Premju |
Virgola | Nadia Mifsud | 3 | 702 | It-3et Premju |
Ecce Homo | Francesco Pio Attard | 4 | 688 | Poeżiji msemmija b'ġieħ |
Toledo | Louis Briffa | 5 | 679 | Poeżiji msemmija b'ġieħ |
Id-Diqa tad-Dwejra | Robert Gatt | 6 | 664 | Poeżiji msemmija b'ġieħ |
Si Est Dolor Similis Sicut Dolor Tuus (Jekk Hemm Dulur bħad-Dulur Tiegħek) | Robert Gatt | 7 | 655 | Poeżiji msemmija b'ġieħ |
Allat Nisa | Elizabeth Grech | 8 | 650 | Poeżiji msemmija b'ġieħ |
Bħala Distintiva | Therese Pace | 9 | 641 | Poeżiji msemmija b'ġieħ |
Nixxennaq | John P Portelli | 10 | 634 | Poeżiji msemmija b'ġieħ |
Ballottra Ismi | Therese Pace | 11 | 631 | Poeżiji msemmija b'ġieħ |
Mustela Nivalis | 12 | 628 | ||
Mhux Int… | 13 | 616 | ||
Requiem għall-Ġawhra li Tlifna | 14 | 610 | ||
Mit-Tabernaklu – Bejn Żewġ Maħbubin | 15 | 604 | ||
L-Imbordin | 16 | 604 | ||
Quddiemek | 17 | 601 | ||
Lil Ommi | 18 | 600 | ||
Rapsodija tal-Boċċi | 19 | 599 | ||
Ċanfira | 20 | 595 | ||
Rimors | 21 | 595 | ||
Ibni Rieqed | 22 | 586 | ||
Siġra Kosmika | 23 | 572 | ||
Bejn Hawn u Hemm | 24 | 566 | ||
Fuga | 25 | 565 | ||
Chorisia Speciosa | 26 | 563 | ||
Bebbux | 27 | 563 | ||
Xrar ta’ Mħabba | 28 | 559 | ||
Fil-Kċina bil-Paġama | 29 | 558 | ||
Ċpar | 30 | 558 | ||
Awtonomija | 31 | 556 | ||
Zija Tonina | 32 | 555 | ||
It-Tieqa Magħluqa (Dedikata lill-….. | 33 | 549 | ||
Innu Melankoniku | 34 | 548 | ||
Iż-Żmien Toqob u Rqajja’ | 35 | 546 | ||
Il-Boto | 36 | 546 | ||
Dar Zarrouk | 37 | 545 | ||
Parodija Festiva Maltija | 38 | 543 | ||
Tarbija Marradija f’Ħoġor Ommha | 39 | 540 | ||
Il-Konvoj tal-Ħelsien | 40 | 538 | ||
Ġebla | 41 | 530 | ||
Tiħux Għalih dal-Ġens | 42 | 529 | ||
Partikolarità | 43 | 527 | ||
Qamar Imnikket | 44 | 524 | ||
Labirint | 45 | 517 | ||
Belt Siekta | 46 | 517 | ||
L-Għasfur | 47 | 516 | ||
Babilonja | 48 | 508 | ||
Iż-Żwieġ bħall-Etna | 49 | 506 | ||
Rundun | 50 | 505 | ||
Tibdil | 51 | 500 | ||
L-Antartika | 52 | 498 | ||
Għala? | 53 | 497 | ||
Ġiżimina | 54 | 496 | ||
Stennija fl-Istrixxa | 55 | 492 | ||
Nitolbok | 56 | 492 | ||
Tipuana Tipu | 57 | 480 | ||
Mistrieħ | 58 | 480 | ||
Stenna | 59 | 470 | ||
Trejqa | 60 | 469 | ||
Ja, Kewkba! | 61 | 468 | ||
Lil Ommna Marija | 62 | 467 | ||
Il-Binjata | 63 | 466 | ||
Frugħat l-Għorrief | 64 | 463 | ||
Il-Pantomina | 65 | 456 | ||
Kemm Se Ndum? | 66 | 455 | ||
Ir-Ritwal | 67 | 454 | ||
Imħabba Immortali | 68 | 453 | ||
It-Tfittxija tal-Bedwin | 69 | 453 | ||
Il-Kburija taċ-Ċkejken | 70 | 450 | ||
Karnival | 71 | 449 | ||
Kurrenti | 72 | 447 | ||
Hekk Kont Naħseb | 73 | 446 | ||
Penumbra | 74 | 444 | ||
Għawm | 75 | 442 | ||
Iż-Żmien | 76 | 441 | ||
Siġra Ħuġġieġa (delonix regia) | 77 | 439 | ||
Mingħajrkom | 78 | 439 | ||
Thewdin | 79 | 438 | ||
Paġni mid-Djarju tat-Tielet Millenju | 80 | 437 | ||
It-Tieqa tad-Dwejra | 81 | 437 | ||
Kmamar b’Katnazzi | 82 | 435 | ||
Rebbieħa | 83 | 432 | ||
Iċ-Ċiklisti | 84 | 432 | ||
Il-Kampnar | 85 | 431 | ||
Wiċċ il-Ktieb | 86 | 431 | ||
Abort II | 87 | 427 | ||
Is-Skiet | 88 | 427 | ||
Għax Saq | 89 | 427 | ||
Għanja ta’ Mħabba | 90 | 426 | ||
Ġebla Maltija | 91 | 424 | ||
Detenut | 92 | 422 | ||
Il-Qerda | 93 | 421 | ||
F’Xatt il-Baħar | 94 | 417 | ||
Tifkiriet 27/07/2016 | 95 | 414 | ||
Fanal | 96 | 414 | ||
Ħolma Reali | 97 | 411 | ||
Bħal Fjura… | 98 | 409 | ||
Maħbuba | 99 | 408 | ||
Ġnien | 100 | 408 | ||
Pjaneta fil-Brodu | 101 | 408 | ||
Għajjejt | 102 | 408 | ||
Fuq l-Għolja | 103 | 407 | ||
Mit-Tieqa tal-Istitut | 104 | 407 | ||
Lill-Isla | 105 | 406 | ||
Lilek Kittieb | 106 | 402 | ||
Lil Oħti | 107 | 399 | ||
Sebħ | 108 | 391 | ||
Lill-Ilsien Malti | 109 | 387 | ||
F’Gerards Cross, Bucks | 110 | 385 | ||
Ħerba u Terrur | 111 | 383 | ||
Ħsiebi | 112 | 382 | ||
Fejnha r-Ruħ | 113 | 380 | ||
L-Għadu Wiċċ Imb Wiċċ | 114 | 379 | ||
Dejjem Miegħek | 115 | 378 | ||
Mogħodrija u diversita’ | 116 | 378 | ||
Iż-Żmien Dejjem Għaddej | 117 | 377 | ||
L-Għalqa u Hu | 118 | 376 | ||
Din l-Art Kiefra | 119 | 372 | ||
L-Imħabba | 120 | 372 | ||
Ġemgħa | 121 | 371 | ||
Waqtiet | 122 | 368 | ||
Id-Dyslexia | 123 | 367 | ||
Għaliex Tlaqt | 124 | 359 | ||
Sfajt Waħdi | 125 | 359 | ||
L-Abort | 126 | 354 | ||
Dar in-Nanniet | 127 | 351 | ||
Il-Ħabib Immaġinarju | 128 | 351 | ||
Thennija mal-Poeżija | 129 | 350 | ||
Anomalija | 130 | 349 | ||
L-Istaġuni tal-Qalb | 131 | 346 | ||
Unita’ | 132 | 345 | ||
Fosthom Lemħu Lili | 133 | 345 | ||
Is-Sogħba tal-Widien | 134 | 344 | ||
Ħudni Miegħek | 135 | 340 | ||
Spettaklu | 136 | 336 | ||
Ferita li Tikber | 137 | 336 | ||
Ortografija | 138 | 335 | ||
Dell it-Tfulija | 139 | 333 | ||
Fittixtek | 140 | 327 | ||
L-Artist | 141 | 326 | ||
Bniedem? | 142 | 323 | ||
Is-Sema | 143 | 320 | ||
Il-Ġnien Sigriet | 144 | 312 | ||
M’hemmx Rassenjazzjoni | 145 | 304 | ||
Ja Poeżija | 146 | 295 | ||
Hi u Hu | 147 | 287 | ||
Binti | 148 | 285 | ||
Tradiment u Mħabba | 149 | 285 | ||
Inkorri fit-Triq | 150 | 276 |
Subscribe to:
Posts (Atom)