Tuesday, July 25, 2017
Premjazzjoni tal-Konkors 2017 - Tfal
Nhar il-Ġimgħa 26 ta' Mejju 2017 fis-7.30p.m. saret is-serata ta' premjazzjoni tal-Konkors li l-Għaqda Poeti Maltin organizzat għat-tfal tal-iskejjel primarji u sekondarji, pubbliċi u privati ta' Malta u Għawdex. Ħadu sehem b'kollox 299 tifel u tifla li 242 kienu f'kategorija A (10-11-il sena) u 57 kienu f'Kategorija B (12-16-il sena). Is-serata saret fis-sede tas-Socjeta Filarmonika G.M Fra.Antoine De Paule Banda Kristu Re, Raħal Ġdid. Ħadu sehem fil-programm mużikali tlett ghaqdiet muzikali u l-istudenti żgħażagħ tagħhom. Dawn kienu:
Is-Socjetà Filarmonika GM Fra.Antoine De Paule Banda Kristu Re, Raħal Ġdid, Il-Għaqda Mużikali Banda San Gużepp Ħal-Għaxaq u s-Socjetà Mużikali Każin Banda San Piju X Ħal-Lija. L-istudenti taħt it-tmexxija tas-Surmast Reno Busuttil daqqew programm varjat ta' mużika li żżewqet sew mal-qari tal-poeżiji rebbieħa tal-konkors.
Ir-rebbieħa u dawk imsemmija b'ġieħ ingħataw il-premijiet u ċ-ċertikati ta' rebħ u ġieħ rispettivament mill-President tal-Għaqda, Jesmond Sharples. Il-Viċipresident tal-Għaqda, Miriam Ellul preżentat is-serata.
L-Għaqda Poeti Maltin tixtieq trodd ħajr lis-Socjetà Filarmonika GM Fra.Antoine De Paule Banda Kristu Re ta' Raħal Ġdid talli laqgħetna fis-sala sabiħa tagħhom biex ittellgħet is-serata, lill-kapijiet tal-iskejjel kollha u lill-għalliema tal-Malti li ħeġġew lill-istudenti li ħadu sehem, lill-ġenituri tat-tfal u l-għalliemgħas-sapport u l-għajnuna li ngħataw u lill-Klabb Kotba Maltin għall-għotjiet tal-kotba għall-premijiet.
Il-lista tar-rebbieħa u ta' dawk imsemmija b'ġieħ tinstab mar-ritratti li ttellgħu hawnhekk.
REBBIEĦA F’KATEGORIJA A
1el Premju - Martina Mifsud bil-poeżija ‘It-Torri’
2ni Premju - Grupp ta’ Studenti (Skola Primarja Ħaż-Żebbuġ) bil-poeżija ‘Ħarġa sal-Wied’
3et Premju - Gabriel Scerri bil-poeżija ‘Dehra’
Dawn il-poeżiji ssemmew b’ġieħ fil-Konkors tal-poeżija tat-tfal Kategorija A.
Ħlewwa - Gabriel Scerri
Tislima ta’ Wild Ħad-Dingli - James Borg
Il-Ħanut tal-Fjuri - Martina Magro
I Am - Aimee Vassallo
Inżul ix-Xemx - Karol Zammit
Ngħajtu Lkoll Flimkien - Laura Sammut Birmingham
Lill-Baħar - Matthew Camenzuli
REBBIEĦA F’KATEGORIJA B
1el Premju - Matthew Debono bil-poeżija ‘Qtajt Fjura’
2ni Premju - Nathaniel Pio Scicluna bil-poeżija ‘Bosk ta’ Mħabba’
3et Premju - Francesca Grillo bil-poeżija ‘Il-Ħasda’
Dawn il-poeżiji ssemmew b’ġieħ fil-Konkors tal-poeżija tat-tfal Kategorija B.
Sheep - Kluivert Galea
Choices - Martina Grech
Life Passed By - Francesca Grillo
Familja fil-Milied - Matthew Debono
Qlub Maqsuma - Ruslana Barbara
Dmugħ - Matthew Debono
Ħalliel - Nathaniel Pio Scicluna
Friends Will be Friends- Yana Busuttil
IT-TORRI
Hemm huwa s-suldat
li l-istorja tat,
jixxemmex bla heda
fuq il-blat ixxamplat.
It-torri għassies
fuq medda bla qies,
jittawwal mill-għoli
bħal iħares lin-nies.
Jilmaħ il-bajja
fis-sajf hekk ħajja;
mhux hekk tkun fix-xitwa
l-eċitata plajja.
Jara l-għelieqi
b’għajnejh it-twieqi
mill-bogħod qishom twapet,
isaħħnu l-iljieli.
U ġieli theżżeż,
ried jibqa’ jgħasses;
sa baħħ id-dlam ċappa
lil dawk għajnejh jgħakkes
MARTINA MIFSUD – Rebbieħa tal-1el Premju Kategorija A
ĦARĠA SAL-WIED
Bħala skola morna l-wied,
il-Bambin hekk donnu ried:
ngawdu s-seħer tan-natura,
o xi ġmiel din kollha ħdura.
Ġiżimin, ward u pepprin,
dawn l-għelieqi mħaddrin.
Il-bebbux ħdejn il-lellux,
it-tuffieħ dan ma jħobbux!
Fix-xemx tiddi f’sema blu,
jiġru t-tfal bdew bil-ballun,
tifla mqarba fjuri qatgħet,
biex tpoġġihom fil-vażun.
Aħna mxejna mal-mogħdija,
min bil-ħeffa jew tbatija.
Qażquż qabeż ma’ qattus,
dlonk intefgħu ħdejn fellus!
Siġar, għasafar, żnażan u friefet,
bniet u subien, donnhom xi qniefed
jiġru mal-wied, addijo l-kwiet;
hemm ħofra daqs pied,
jekk jaqgħu x’inkwiet,
l-għalliema warajhom, tiġri stordiet!
Inżul ix-xemx għoddu wasal,
kulħadd kiel il-ħobż bil-basal!
Ħadna gost ġewwa dal-wied,
dil-ġurnata kif għaddiet!
GRUPP TA’ STUDENTI – SKOLA PRIMARJA ĦAŻ-ŻEBBUĠ
2ni Premju Kategorija A
DEHRA
Inħobb nippassiġġa
f’dik l-arja pura
fejn ilmaħt dehra
qalb il-ħdura.
Ilmaħt bizzilla
qalb dawk il-fjuri
mill-isbaħ, l-ifjen
ta’ tant sinjuri.
Mimlija nida
kmieni filgħodu
boċċa fejn boċċa
kollha joqogħdu.
Id-dawl jaħkimhom
u jibdew ileqqu
u tiċċassa lejhom
u għajnejja jitbexxqu.
Bieżla l-brimba
bl-għanqbuta tagħha
tinseġ u timxi
bil-ħajt li ġġorr magħha.
Bħal donnu ntbaħt
minn dir-realtà
tixbiha ħelwa
‘ma b’serjetà.
GABRIEL SCERRI – Rebbieħ tat-3et Premju Kategorija A
QTAJT FJURA
Meta kont tfajjel ċkejken,
mimli innoċenza,
lil ommi qtajtilha fjura,
warda
ta’ kulur demmi,
jbaqbaq bl-imħabba!
Meta kont żagħżugħ,
mimli bluha,
lit-tfajla qtajtilha varjetà
ta’ ward u qronfol,
kulur in-nar,
mkebbes mill-imħabba żagħżugħa tiegħi!
Meta sirt kuntrattur,
mimli esperjenza,
qtajt fjura
biex bnejt villa,
u oħra
biex bnejt pixxina,
u oħra
biex bnejt ġnien pubbliku,
u fih ħawwilt xi siġar
mibnijin ġo fabbrika,
biex jagħtu tikka arja u tikka kulur,
ġo dinja sewda u mdardra.
Meta kont xwejjaħ,
mgħawweġ u bil-bastun,
mort fil-ġnien,
u ħawwilt xi fjuri,
li kibru u taw il-kulur.
Meta rajt li kollox kien lest,
poġġejt bilqiegħda fuq
bank,
u xtriħajt
u lmaħt
lil tfajjel ċkejken,
jaqta’ warda,
ħamra bħar-rabja tbaqbaq,
u jagħtiha lil ommu,
b’innoċenza u imħabba!
X’fiha billi taqta’ fjura?
MATTHEW DEBONO – Rebbieħ tal-1el Premju - Kategorija B.
BOSK TA’ MĦABBA
Bosk mimli siġar.
U għasafar, tal-passa jew tal-bejt.
U naħal, iweġġgħu jew jithennew.
Bosk mimli ward.
Ġuvni kurjuż.
Ġuvni immatur.
Ġuvni maħbub.
Ġuvni bil-magħmul.
Fil-Bosk il-ġuvni ħabb il-kappar.
Fil-Bosk il-ġuvni ħabb il-għasel.
Fil-Bosk il-ġuvni ħabb il-kaboċċa.
Fil-Bosk il-ġuvni ħabb naħla.
Kappara morra.
Għasel ħelu.
Kaboċċa komuni.
Naħla liebsa ta’ warda.
In-naħla libset ta’ ward.
U ħafna nies waqgħu għad-dehra tagħha.
U ġuvni kurjuż imur. Imur
iħuf din il-warda. Tant sabiħa.
***
Il-Ġuvni sar ħbieb mal-ward
U ma’ sħabha għamilha.
U lil familtha sar jaf.
Il-Ġuvni sar iħobbha l-warda.
Warda żgħira.
Warda ħelwa.
Waħda ħanina.
Warda f’maskla.
Iżda l-warda sabet għasfur
U sabet maħbub
U ieħor wara l-ieħor
Sakemm sabet l-għasfur tal-qlub.
***
Il-Ġuvni spiċċa mdejjaq.
Hekk kif fil-passat
Il-warda ħabbet lilu
Hekk issa nsietu.
Qalbu telqet.
Qalbu ħdaret.
Qalbu dabet.
Qalbu lagħbet.
Hekk kif qabel ħabbitu
U b’qabu lagħbitlu u moħħu ħawditlu.
U rasu ġennitlu. Waqt li flusu użatlu.
Għannqitu u sentimenti kissritlu.
Tgħanniqa kbira.
Tgħanniqa sabiħa.
Tgħanniqa tifga.
Tgħanniqa taħkmu.
Iżda l-warda ħarġe xewka
In-naħa niggżitlu sidru.
Rasu kibritlu u ġildu fjammatlu.
Id-dwejjaq daħlu u xewqtu qatgħetlu.
Xewqitu kissritlu.
Xewqtu ħammġitlu.
Xewqtu mmankatlu.
Xewqtu qatgħetlu.
Il-warda qatgħetlu idu. Bħal sikkina
Fil-butir. Il-marki ħallietlu. Fuq
idu penġietlu. Il-kulur aħmar ħallietlu.
***
Il-Ġuvni darba sema’ l-għasfur.
L-għasfur tal-qlub. Li kissritlu
ħajtu u qalbu. Jittama li jitlaq lill-warda.
Il-Ġuvni ħasdu u ħawdu.
Ħasda li tħalli marka.
Ħasda li tħalli impatt.
Ħasda li tispjega ħafna.
Ħasda stramba ħafna.
Il-Ġuvni semma’ l-għarus tal-qlub.
U għal xi raġun qallu,
li hu m’għandux jinkwieta
għax hu l-għarus tal-qlub.
Il-Ġuvni għamel l-impossibbli.
L-għadu ġabu f’qalbu u żammu,
Waqt li ra mħabbtu u ħajtu tmut.
U l-warda tmur mal-għarus tal-qlub.
L-għasfur li jfuħ.
L-għasfur li jbus.
L-għasfur tal-flus.
L-għasfur tal-qlub.
Il-Ġuvni ma baqax kurjuż.
U immatur ma kienx.
U maħbub ma baqax.
Iżda l-magħmul ma marx.
Magħmul tal-bluh.
Magħmul tal-flus.
Magħmul mal-għasfur.
Magħmul mal-qlub.
Il-Ġuvni ħares ‘il fuq.
U l-ħamiema ħarsitlu.
U l-infinit għajjatlu.
Il-Ġuvni sabu f’qalbu.
Sab paċi.
Sab maħbub.
Sab l-anġlu.
Sab l-infinit.
NATHANIEL PIO SCICLUNA – Rebbieħ tat-2ni Premju – Kategorija B.
IL-ĦASDA
Fejn darba ma kien hemm xejn miżrugħ
Bla fidi, bla tama u kollox maqlugħ
Indifnet żerriegħa ċkejkna bla ruħ
U s-sema tieħu ħsiebha, issaqiha bid-dmugħ
X’imkien fil-għoli, mal-istilel u s-sħab
Man-nies għeżież tagħna li sfaxxaw fit-trab
L-anġli kollha b’leħen wieħed
Jgħannu kliem ħelu f’dan il-lejl sieket
Iħarsu b’għajnejn vojta lejn l-innoċenza tat-tfulija
Filwaqt li x-xjuħ bla saħħa juruhom emaptija
U wiċċ l-anġli jibqa’ skantat kif jinbidlu l-uċuh
U minn l-għeżież ċkejkna f’radda ta’ salib jispiċċaw xjuħ
B’kuntrast maż-żerriegħa li donnha baqgħet midfuna
Fgata fit-trab għadha hemm miżmuma
Iżda stqarr ir-riħ darba fost l-oħrajn
Li kif bdiet tiżfen ix-xita u l-ħamrija saret tajn
Sema’ żewġ għasafar jibku u jpespsu ġol-bejta
Għax kienu raw werqa bl-uġigħ nofsha mejta
U b’hekk kien li ħajja ġdida
Għaddielha l-ħin u tilfet l-isfida
Kien ġie jiġri tifel żgħir
U qata’ l-werqa bla ma ħasibha darbtejn
U dak li kien hemm fil-wied
Malajr spiċċa fix-xejn
U meta dak it-tifel kiber u sar xiħ
Kien l-ewwel wieħed biex gerger minnufih
Żtfal egoisti hawn bil-mija”
Iżda mur saqsi lill-qammar u jagħmillek stqarrija
Fuq il-passat tiegħek u kif bħalhom kont tagħmel
Issa nxteħet tibki u bid-dmugħ imla l-bramel
U iġri għall-wied biex issaqqi l-ħajja mejta
Fosi taħsel idejk u tgħid li mhux int fottejtha
Idejk flimkien, issa titlob għal miraklu
U bħaċ-ċuċ li int tibqa’ tistenna l-ipettaklu
Għandi mnejn ngħidlek li bħalma diġà bsart
Ftit taż-żmien ieħor sa tibilgħek l-art
U se tpinġi pittura sew tad-diqa
Kif tkun qed tinħaraq l-infern tittawwal mit-tieqa
FRANCESCA GRILL0 - Rebbieħa tat-3et Premju Kategorija B
Friday, June 2, 2017
Mario F. Bezzina (1950 - 2017)
B'sogħba nħabbru l-mewt tal-poeta Mario F. Bezzina (1950 - 2017) kittieb poetiku prolifiku u kien attiv fil-Moviment Qawmien Letterarju, l-Għaqda Poeti Maltin u l-Ħeġġa Letterarja. Funeral għada Knisja San Ġużepp Ħaddiem 2.30pm., Birkirkara
Wednesday, May 24, 2017
Konkors tal-Poeżija għat-Tfal
Serata ta' Premjazjoni tal-Konkors tal-Poeżija għat-tfal - Kategorija A u Kategorija B
Data : Il-Ġimgħa 26 ta' Mejju
Ħin : 7:30 pm
Post : Fis-Sala tas-Soċjeta' Filarmonika Banda Kristu Re, Raħal Ġdid.
It-tfal li ħadu sehem flimkien mal-ġenituri,qraba u ħbieb tagħhom huma wkoll mistiedna.
Data : Il-Ġimgħa 26 ta' Mejju
Ħin : 7:30 pm
Post : Fis-Sala tas-Soċjeta' Filarmonika Banda Kristu Re, Raħal Ġdid.
It-tfal li ħadu sehem flimkien mal-ġenituri,qraba u ħbieb tagħhom huma wkoll mistiedna.
Wednesday, May 10, 2017
‘Mi Manca il Mare’
Nhar il-Ġimgħa 17 Marzu, 2017, 18:30 – fis-sala tal-Istitut Kulturali, Taljan, il-Belt Valletta ttellgħet serata ‘Mi Manca il Mare’ - lejla speċjali ta’ poeżija u mużika b’Corrado Calabrò, poeta u kittieb magġruf Taljan, li qara poeżiji tiegħu bit-Taljan. Din is-serata ttellgħet flimkien mal-Għaqda Poeti Malti. Jesmond Sharples, President tal-Ghaqda Maltin Poeti, qara wħud mill-poeżiji ta’ Corrado Calabrò, liema poeżiji ġew tradotti minnu għall-Malti. Kien hemm ukoll id-duo Astor magħmul minn, Mro Fabio Maida (kitarra) u Mro Angelo Palmeri (oboe) li tellgħu mużika ta’ T. Albinoni, A. Piazzolla, F. Tarrega, V. Bellini, J. Rodrigo, R. Dyens, C. Machado, E. Morricone, u M. Ravel. L-Istitut Kulturali Taljan flimkien mal-Għaqda Poeti Malti kellhom il-pjaċir li joffru taħlita ta’ tnejn mill-ifjen arti, li huma sensittivi għall-ruħ tal-bniedem, u li għadhom popolari u aċċessibbli għal kulħadd: il-poeżija u mużika. Fl-aħħar tas-serata, il-President tal-Għaqda preżenta plakka ta’ onorifiċenza u rikonoxximent lill-poeta Corrado Calabrò. Diversi membri tal-Għaqda Poeti Maltin attendew din l-attività.
Corrado Calabro twieled f'Reggio Calabria. L-ewwel volum ta’ poeżija tiegħu tikkonsisti b’kitbiet ta’ meta kellu tmintax u għoxrin sena, u ġew ppubblikati fl-1960. Imbagħad ippublika mat-tmintax-il volum ieħor. Mi Manca il Mare ħareġ fl-2013. Ħafna mix-xogħol ta’ Calabrò ġie tradott f’diversi ilsna u anke ħareġ numru ta’ CDs. Hu ingħata diversi premijiet letterarji u diversi gradi onorarji minn universitajiet prestiġjużi.

Monday, March 13, 2017
IL-JUM INTERNAZZJONALI TAL-LINGWA MATERNA
IL-GĦAQDA POETI MALTIN TIEĦU SEHEM FIS-SERATA ‘IL-JUM INTERNAZZJONALI TAL-LINGWA MATERNA’ FIL-PALAZZ SAN ANTON – 1 ta’ Marzu 2017.
Nhar l-ewwel ta' Marzu 2017, l-Għaqda Poeti Maltin ħadet sehem flimkien ma' Għaqdiet oħra tal-Malti biex jiċċelebraw Il-Jum Internazzjonali tal-Lingwa Materna taħt il-Patroċinju tal-E.T. il-President ta' Malta, Marie Louis Coleiro Preca. Matul il-programm il-President tal-Għaqda, Jesmond Sharples u s-segretarju Josef Borg qraw żewġ poeżiji rispettivament - poeżija ta' Achille Mizzi - 'Il-Kelma Maltija' u poeżija ta' Anastasju Cuschieri - 'Lill-Ilsien Pajjiżi'. Is-serata saret fil-Palazz ta' San Anton u ntemmet bid-diskors tal-E.T. il-President ta' Malta, fejn tkellmet fuq l-importanza li jkomplu jinħolqu sinerġiji biex jitħeġġeġ l-għarfien tal-lingwa Maltija, s-sabiħ tagħha, is-sens ta' identita' u profondita' li tagħtina biex tassew turina aħna minn aħna.

Monday, February 13, 2017
KONKORS TA’ POEŻIJA GĦAT-TFAL U Ż-ŻGĦAŻAGĦ
Bħal kull sena, l-Għaqda Poeti Maltin qiegħda tniedi l-konkors tal-poeżija għall-istudenti. B’differenza minn snin preċedenti, din is-sena l-konkors se jkun maqsum f’żewġ kategoriji :
Kategorija A
Minn 10 sa 12/13-il sena (Year 6 – Form 2)
Kategorija B
Minn 13 sa 15/16-il sena (Form 3 – Form 5)
Il-Kummissjoni maħtura mill-kumitat ħejjiet dawn ir-regolamenti għal dan il-konkors.
1. L-istudenti parteċipanti jridu jkunu tal-età hawn fuq msemmija sal-għeluq tad-data tal-konkors u l-kategorija li ser jikkompetu fiha għandha tkun imniżżla qabel it-titlu tal-poeżija.
2. Il-poeżiji jistgħu jkunu kemm bil-Malti kif ukoll bl-Ingliż u s-suġġett tal-poeżiji huwa liberu.
3. Kull konkorrent jista’ jissottometti mhux aktar minn tlitt poeżiji fuq karta A4 jew A5, il-karti jridu jkunu mitbugħa (‘printed’).
4. Kull konkorrent irid jibgħat tlitt kopji separati ta’ kull poeżija li ser idaħħal għall-konkors, f’dan l-indirizz :
Charles Mifsud 51, “Caris” Triq F Żahra, Birkirkara BKR 1782
5. Data tal-għeluq tkun nhar it-13 ta’ Marzu 2017
6. Kull konkorrent għandu jniżżel mal-poeżija :
a. Isem u kunjom (ta’ min ħa sehem jew f’isem min qed issir is-sottomissjoni)
b. Indirizz tad-dar (ta’ min ħa sehem jew f’isem min qed issir is-sottomissjoni)
c. Numru tat-telefown jew mobile (ta’ min ħa sehem jew f’isem min qed issir is-sottomissjoni)
d. Età (ta’ min ħa sehem jew f’isem min qed issir is-sottomissjoni)
e. Skola fejn jattendi
f. Kategorija li ser jipparteċipa fiha
7. Jingħataw tliet premjijiet għal kull kategorija, l-ewwel, it-tieni u t-tielet post. Jistgħu jingħataw premjijiet ukoll lil dawk li jissemmew b’ġieħ mill-ġurija.
8. Kull parteċipant jingħata ċertifikat/diploma tal-parteċipazjoni.
9. Data tal-premjazzjoni tkun mħabbra aktar ’il quddiem
10. Kull deċiżjoni tal-ġurija hi finali u inappellabli.

Monday, January 16, 2017
Wednesday, December 7, 2016
Tnedija tal-kotba ta’ Jesmond Sharples u Andrew Sciberras
Tnedija tal-kotba ta' Jesmond Sharples "Il-Qtar li Nħobb" u Andrew Sciberras "Il-Vjaġġ Poetiku" fir-Razzett tal-Markiż, il-Mosta - 22 ta' Novemberu 2016. Il-Professur Charles Briffa ta taħdita interessanti ta' kritika letterarja b'eżemplari minn dawn iż-żewġ xogħlijiet letterarji. Il-poeti Louis Briffa u Joel P. Galea qraw numru ta' poeżiji mill-ktieb ta' Andrew Sciberras u Jesmond Sharples qara poeżiji mill-ktieb tiegħu filwaqt li ta sfond ħafif għall-kitba ta' dawn ix-xogħlijiet. Il-programm kien imżewwaq b'mużika bil-kitarra minn Ray Ellul. Il-programm filwaqt li beda b'diskors ta' minn Andrew Sciberras Viċi-President tal-Għaqda Poeti Maltin u ngħalaq b'diskors mill-President Jesmond Sharples. L-awturi kellhom opportunità jaqsmu x-xogħol tagħhom ma' diversi awturi oħra wara li spiċċa l-programm. L-attività kella attendenza tajba ħafna u nkoraġġanti.
Tnedija tal-ktieb “Fuq Din l-Art Ħelwa”
Nhar il-Ġimgħa 25 ta’ Novembru saret it-tnedija tal-ktieb “Fuq Din l-Art Ħelwa” ta’ Emmanuel Attard Cassar fil-Conference Room tal-Junior College. Il-ktieb fih poeżiji satiriċi li jinterpretaw aspetti tal-ħajja tagħna. Fis-serata mużiko-letterarja nqraw poeżiji mill-ktieb minn Sarah Crystal, Aaron Fenech, Michela Dalli u Myron Ellul. Ray Ellul interpreta biċċiet mużikali b’kitarra elettrika.
Patrick Sammut ippreżenta studju estensiv dwar il-ktieb u dwar l-awtur.
Dawk preżenti ingħataw informazzjoni minn Fr. Marco Portelli dwar il-grupp filantropiku JC4Others li jagħti bosta għajnuniet lil dawk li huma fil-bżonn. Wara s-serata inġabret is-somma ta’ €60.90 għal JC4Others.
Fl-aħħar tas-serata sar diskors tal-għeluq minn Jesmond Sharples, president tal-Għaqda Poeti Maltin.
Dawk preżenti ingħataw ktieb li ġie ffirmat mill-awtur. Wara kien hemm bibita.

Saturday, November 19, 2016
Tnedija - Emmanuel Attard Cassar
Emmanuel Attard Cassar "Fuq Din l-Art Ħelwa." Ġabra ta' poeżiji fi ktieb li sa jiġi il-Ġimgħa 25 ta' Novembru 2016 fil-Junior College, l-Imsida fis-6.30p.m. - Ktieb ta' poeżiji li jikxfu d-difetti u l-kontradizzjonijiet tagħna l-Maltin u wkoll tagħna l-bnedmin. Il-poeżiji huma konċiżi, satiriċi u bir-rima. Dan għandu jagħmel il-qari tagħhom esperjenza divertenti. Il-poeżiji huma aċċessibbli għal kulħadd għax jużaw il-vokabularju tal-Malti mitkellem bl-espressjonijiet (anki bl-Ingliż) u l-kliem fit-taħdit komuni.
Wednesday, November 16, 2016
Tuesday, November 15, 2016
IR-REBBIEĦA TAL-KONKORS TAL-POEŻIJA 'MONS' AMANTE BUONTEMPO'
Kif imħabbra nhar il-11 ta' Novembru 2016, fis-Sala Temi Zammit, Ċentru tal-Konferenzi, Dar il-Mediterran, Valletta huma:-
L-EWWEL PREMJU - Louis Briffa bil-poeżija 'Falco Peregrinus'
IT-TIENI PREMJU - Paul P. Borg bil-poeżija '...bini Ażil...'
IT-TIELET PREMJU - Louis Briffa bil-poeżija 'Storja Antika'
Is-serata infeħet mill-Kap Eżekuttiv tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb, is-Sur Mark Camilleri li qal kelmtejn tal-bidu. Wara li ngħataw il-premijiet u nqraw il-poeziji rispettivi, is-serata ngħalqet b'diskors mill-President tal-Għaqda, is-Sur Jesmond Sharples. Il-kumitat tal-Għaqda tixtieq tirringrazzja lill-parteċipanti kollha li ħadu sehem bil-poeżiji tagħhom u jawguralhom suċċess fil-kitbiet tagħhom.

IR-REBBIEĦA TAL-KONKORS TAL-POEŻIJA 'MONS AMANTE BUONTEMPO'

if imħabbra nhar il-11 ta' Novembru 2016, fis-Sala Temi Zammit, Ċentru tal-Konferenzi, Dar il-Mediterran, Valletta huma:-

Monday, November 7, 2016
Il-Premjazzjoni tal-konkors 2016
Il-Premjazzjoni tal-konkors annwali tal-poeżija 'Mons Amante Buontempo' li qed issir b'kollaborazzjoni mal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb, sa ssir nhar il-Ġimgħa 11 ta' Novembru fis-Sala Temi Zammit f'Dar il-Mediterran, Valletta fis-7.00p.m. Sa jingħataw 3 premijijet lil l-ewwel 3 poeziji rebbieħa.
Intom wkoll mistiedna biex min jogħġbu, wara s-serata tattendu għat-tnedija ta' numru ta' kotba ta' poeżiji mid-Dar tal-Pubblikazzjoni 'Horizons' fl-istess Sala u fis-7.30p.m.
Hi xi ħaġa sabiħa li numru ta' poeti membri tal-Għaqda Poeti Maltin ppubblikaw kotba ta' poezija u li t-tnedija tagħhom individwali għanda titħabbar iktar 'il quddiem, Dan hu xhieda ħajja ta' kemm il-poezija llum għada ħajja u tkompli tispira lin-nies.

Subscribe to:
Posts (Atom)