KONKORS
NAZZJONALI TAL-POEŻIJA
‘MONS.
AMANTE BUONTEMPO’ 2018
L-Għaqda
Poeti Maltin flimkien mal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb
qiegħda tniedi l-Konkors Nazzjonali tal-Poeżija ‘Mons. Amante
Buontempo’
għal din is-sena 2018
-
Din is-sena il-konkors fiha żewġ kategoriji: 1. Kategorija ‘Poeżija bil-Malti’ u 2. Kategorija ‘Poeżija bl-Ingliż’.
-
Il-konkorrenti jistgħu jieħdu sehem f’wieħed jew fiż-żewġ kategoriji differenti.
-
Il-konkorrenti huma mitluba jibagħtu sa poeżija waħda bil-Malti għall-Kategorija ‘Poeżija bil-Malti’ u/jew poeżija waħda bl-Ingliż għall-Kategorija ‘Poeżija bl-Ingliż’, liema poeżiji ma għandhomx tkun itwal minn sitta u tletin vers.
-
Il-poeżija għandha tkun ttajpjati fuq karta ta’ daqs A4, u għandhom jintbagħtu tliet kopji tal-poeżija. Il-poeżija għandha tkun iffirmata biss bi psewdonomu (nom de plume).
-
F’envelop separat u ssiġillat, il-konkorrent għandu jniżżel il-Kategorija, l-isem tal-poeżija li jkun se jieħu sehem fil-Konkors biha, il-psewdonomu, ismu u kunjomu, l-indirizz, in-numru tat-telefown u/jew dak ċellulari u l-indirizz elettroniku.
-
Jiġu ppremjati l-poeżiji kklassifikati fl-ewwel tliet postijiet għal kull kategorija. L-ewwel poeżija tingħata €400, it-tieni poeżija tingħata €200, u t-tielet poeżija tingħata €100. Il-premijiet jistgħu ma jingħatawx jekk ma jintlaħaqx il-livell mistenni f’kompetizzjoni bħal din.
-
Il-ġurija se tkun komposta minn tliet membri: Wieħed magħżul mill-Għaqda Poeti Maltin u tnejn mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb.
Is-sottomissjonijiet
għal dan il-konkors għandhom jaslu biss għand: Għaqda Poeti
Maltin, 25,
“Tabor”, Triq il-Knisja, Ħal Lija – LJA 1031 u
sa mhux
aktar tard mill-24 ta’ Awwissu, 2018.
-
F’envelop wieħed għandhom jintbagħtu l-poeżija/i għall-kompetizzjoni u l-envelop issiġillat bid-dettalji. Ma għandux jinkiteb l-indirizz tas-sender fuq wara tal-envelop.
-
Membri fil-kumitat tal-Għaqda Poeti Maltin jew tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb ma jistgħux jieħdu sehem.
-
Ix-xogħol sottomess irid ikun oriġinali u li qatt ma ġie pubblikat kemm f’kotba/rivisti jew ġurnali.
-
Kull min jonqos f’xi waħda minn dawn ir-regolamenti jiġi skwalifikat immedjatament.
-
Wara li tagħlaq id-data għad-dħul tas-sottomissjonijiet, tkunu tistgħu tiċċekkjaw l-isem tal-poeżija tagħkom fil-websajt tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jew tal-Għaqda Poeti Maltin.
N.B.
-
Il-Premijiet huma ġentilment mogħtija mill-fondi tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb.
-
Ir-riżultat tal-Kompetizzjoni jitħabbar waqt attività speċifika matul il-jiem tal-Festival tal-Ktieb li l-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jorganizza f’Novembru.*************************************************************************NATIONAL POETRY CONTEST‘MONS. AMANTE BUONTEMPO’ 2017‘L-Għaqda Poeti Maltin’ and the ‘Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb’ are launching the National Poetry Contest ‘Mons. Amante Buontempo’ for the year 2018.
-
This year the contest shall consist of two different categories: 1. A category for Maltese Poetry and 2. A category for English Poetry.
-
The contestants may participate in either or both categories.
-
The contestants shall submit only one poem for each category, i.e. The Maltese Poetry category and the English Poetry category, and which poem shall consist of no more than 36 verses.
-
The poems shall each be typed on A4 paper and each contestant is to send three copies of each poem. The poems shall be signed only by a nom de plume.
-
The contestant shall submit in a separate sealed envolope, the category for which s/he is competing, the name of the poem, the nom de plume, his or her full name, postal address, landline and mobile telephone number and email address.
-
The first three poems in each respective category, which achieve the highest marks shall be awarded the first three prizes respective. The poem which will win the first prize will be awared €400, the poem which places secon €200, and the poem which place third €100. If the poems do not reach the required standard, the prizes may not be awarded.
-
The jury panel shall consist of three members, one from ‘Għaqda Poeti Maltin’ and two members from the ‘Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb.’
-
The entries for this poetry contest are to be sent to: Għaqda Poeti Maltin, 25, “Tabor”, Triq il-Knisja, Ħal Lija – LJA 1031 by not later than 24 August 2018.
-
The poems for this contest are to be sent in one envelope, and the details of the contestants are to be sent in a separate sealed envolope together with the envelope with the poem/s. The entrant shall not write his or her name on the back of the main envelope.
-
Members of both the committee of ‘Għaqda Poeti Maltin’ or that of the ‘Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb’ cannot participate in the competition.
-
The poetic work submitted has to be original and was never published in either a book/journal or newspaper.
-
Whoever does not adher to any of these regulations shall be disqualified automatically from the competition.
-
The names of the poems submitted for the competition shall be published on either the website of the ‘Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb’ or that of ‘Għaqda Poeti Maltin.’
N.B.
-
The prizes for the winning entries shall be provided by ‘Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb’.
-
The result of the poetry competition shall be announced in one of the activities to be held during the Book Festival in November, which festival is organised annually by the ‘Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb.