Pages

Wednesday, December 7, 2016

Tnedija tal-kotba ta’ Jesmond Sharples u Andrew Sciberras

Tnedija tal-kotba ta' Jesmond Sharples "Il-Qtar li Nħobb" u Andrew Sciberras "Il-Vjaġġ Poetiku" fir-Razzett tal-Markiż, il-Mosta - 22 ta' Novemberu 2016. Il-Professur Charles Briffa ta taħdita interessanti ta' kritika letterarja b'eżemplari minn dawn iż-żewġ xogħlijiet letterarji. Il-poeti Louis Briffa u Joel P. Galea qraw numru ta' poeżiji mill-ktieb ta' Andrew Sciberras u Jesmond Sharples qara poeżiji mill-ktieb tiegħu filwaqt li ta sfond ħafif għall-kitba ta' dawn ix-xogħlijiet. Il-programm kien imżewwaq b'mużika bil-kitarra minn Ray Ellul. Il-programm filwaqt li beda b'diskors ta' minn Andrew Sciberras Viċi-President tal-Għaqda Poeti Maltin u ngħalaq b'diskors mill-President Jesmond Sharples. L-awturi kellhom opportunità jaqsmu x-xogħol tagħhom ma' diversi awturi oħra wara li spiċċa l-programm. L-attività kella attendenza tajba ħafna u nkoraġġanti.







Tnedija tal-ktieb “Fuq Din l-Art Ħelwa”

Nhar il-Ġimgħa 25 ta’ Novembru saret it-tnedija tal-ktieb “Fuq Din l-Art Ħelwa” ta’ Emmanuel Attard Cassar fil-Conference Room tal-Junior College. Il-ktieb fih poeżiji satiriċi li jinterpretaw aspetti tal-ħajja tagħna. Fis-serata mużiko-letterarja nqraw poeżiji mill-ktieb minn Sarah Crystal, Aaron Fenech, Michela Dalli u Myron Ellul. Ray Ellul interpreta biċċiet mużikali b’kitarra elettrika.

Patrick Sammut ippreżenta studju estensiv dwar il-ktieb u dwar l-awtur. 

Dawk preżenti ingħataw informazzjoni minn Fr. Marco Portelli dwar il-grupp filantropiku JC4Others li jagħti bosta għajnuniet lil dawk li huma fil-bżonn. Wara s-serata inġabret is-somma ta’ €60.90 għal JC4Others.

Fl-aħħar tas-serata sar diskors tal-għeluq minn Jesmond Sharples, president tal-Għaqda Poeti Maltin.

Dawk preżenti ingħataw ktieb li ġie ffirmat mill-awtur. Wara kien hemm bibita.