Il-premjazzjoni tal-Konkors Nazzjonali tat-tfal 2014, imtellgħa mill-Għaqda Poeti Maltin, ser issir nhar il-Ġimgħa 20 ta’ Ġunju 2014, fis-6.30 pm. Din se ssir fis-sala tal-konferenzi tal-Ministeru tal-Edukazzjon u Impjiegi.
F’isem l-Għaqda Poeti Maltin, nixtieq ngħid prosit mhux biss lir-rebbieħa, imma lit-tfal kollha li ħadu sehem, u lill-ġenituri tagħhom. Nixtiequ nirringrazjaw minn qalbna lill-għalliema li b’tant dedikazzjoni inkoraġġixxew lit-tfal.
Omar Seguna,
f’isem l-Għaqda Poeti Maltin
Tuesday, June 17, 2014
Monday, June 9, 2014
Lejla ta’ Poeżija u Mużika f’Ħal Safi
Nhar il-Ħamis, 5 ta’ Ġunju 2014, l-Għaqda Poeti Maltin flimkien mal-Kunsill Lokali ta’ Ħal Safi, organizzat Lejla ta’ Poeżija u Mużika quddiem il-Knisja ta’ Santa Marija f’Ħal Safi. Inqraw poeżiji mill-membri tal-Għaqda Poeti Maltin b’tema patrijottika ladarba l-avveniment kien qrib is-Sette Giugno, filwaqt li għadd ta’ tfal tal-lokal qraw versi b’tema libera.
Il-President tal-Għ.P.M., Charles Magro, fetaħ b’diskors u qal li din kienet it-tieni daba li l-Għaqda ġiet fil-lokal. L-U.R.P., Miriam Ellul, mexxiet is-serata. Fost dawk li qraw il-versi tagħhom kien hemm Rigu Bovingdon u Rosemary Attard mill-Awstrajla. Bovingdon qara versi dwar l-“imtarrfin”, mela dwar l-emigranti Maltin fl-Awstralja, filwaqt li Attard tkellmet dwar l-attivitajiet li jtella’ l-Grupp Letteratura Maltija f’Melbourne u qrat versi patrijottiċi tal-mibki Manuel Nicholas Borg. Saviour Sammut qara diskors storiku-dokumentattiv dwar is-Sette Giugno, u parti minn dan ir-rakkont ġie mqiegħed f’versi u moqri mill-membru poeta, Charles Mifsud.
Il-lejla ġiet imżewqa mill-mużika sabiħa tan-Novum Ensemble. Inqraw ukoll poeżiji patrijottiċi ta’ poeti tal-ewwel nofs tas-seklu 20 bħal Nikol Biancardi u Ġużè Chetcuti. Is-sindku ta’ Ħal Safi għalaq l-okkażjoni bid-diskors tiegħu. Tkellem dwar ir-raħal tiegħu bħala raħal safi u patrijott li lanqas intrebaħ mill-pesta u qal li hu tajjeb ferm li pajjiżna jiġi mfaħħar saħansitra b’ilsna barranin. Fl-aħħar tal-lejla kien hemm ukoll riċeviment żgħir.

Sunday, June 1, 2014
Jitnieda ktieb tal-poeżiji ta’ poetessa mill-Kanada.
Nhar il-Ġimgħa, 30 ta’ Mejju, l-Għaqda Poeti Maltin flimkien mal-Faraxa Publishing, tellgħu Lejla ta’ Poeżija u Mużika fis-Sala tal-Konferenzi fil-Ministeru għall-Edukazzjoni u l-Impjiegi fil-Furjana. Waqt din il-lejla ġie wkoll imniedi l-ktieb ta’ poeżiji tal-poetessa Amerikana Sheryll Loeffler, A Land in the Storytelling Sea.
Din ma kenitx l-ewwel lejla tat-tip li l-Għaqda Poeti Maltin tellgħet. Fl-imgħoddi din l-għaqda kellha mistednin poeti barranin bħal Stephen Morris (mir-Renju Unit) u Paola Mara De Maestri, Alberto Figliolia u Clirim Muca (mill-Italja).
Il-lejla tat-30 ta’ Mejju nfetħet b’diskors mill-president tal-Għ.P.M., Charles Magro. Wara kien hemm ħin biex il-membri u dawk preżenti jaqraw il-poeżiji tagħhom, kemm bil-Malti kif ukoll bl-Ingliż. Aktar tard saret it-tnedija tal-ktieb A Land in the Storytelling Sea. Inqrat bijografija qasira ta’ Sheryll Loeffler minn Miriam Ellul, l-U.R.P. tal-għaqda u l-persuna li mexxiet is-serata. Imbagħad il-viċi-president tal-Għ.P.M., Patrick Sammut, intervista lill-poetessa li kellha wkoll il-ħin taqra għadd ta’ poeżiji minn din l-antoloġija ġdida tagħħa. Il-lejla kienet akkumpanjata mill-mużika ta’ Maria Luana Ellul (kantanta) u Myles Azzopardi (kitarrist) li huma parti mill-Milk Mi rock band.
Fl-aħħar tal-lejla kien hemm bibita li matulha dawk preżenti setgħu jixtru kopja ta’ A Land in the Storytelling Sea, u jitkellmu mal-poetessa mistiedna li ffirmat kopji tal-ktieb.

Subscribe to:
Posts (Atom)