Għal
darb’oħra, l-Għaqda Poeti Maltin żammet l-appuntament ta' kull xahar billi
xi membri tal-Għaqda u dawk kollha li bħalna niggustaw il-poeżija ltqajna
flimkien nhar is-Sibt, 6 ta’ Lulju f'Dar l-Emigrant. Din
id-darba, il-laqgħa kienet ftit differenti minn laqgħat oħra. Minħabba
li din is-sena jaħbat il-ħamsin sena mill-mewt tal-Poeta Rużar Briffa,
Dr.Karmenu Mallia għadu kif kiteb essej bl-isem ta’ “Il-Poeżija tat-tbatija f’Rużar Briffa b’riferenza għall-poeta Franċiż Alfred de Vigny”. Dan l-istess essej ġie miġbur fi ktejjeb ta’
24 paġna għal dawk kollha li jixtiequ jiksbu kopja tiegħu għal prezz
baxx ħafna. Għaldaqstant waqt il-laqgħa, is-sur Salv Sammut qara xi
siltiet minn dan il-ktejjeb għan-nom ta' Dr Mallia. Is-Sur Patrick Sammut
qara wkoll xi poeżiji ta' Briffa u għamel diversi riflessjonijiet, Ma
setax jonqos li ħafna minn dak li kienu preżenti qraw ukoll xi xogħoljiet minn
tagħhom.
Wednesday, July 10, 2013
Subscribe to:
Post Comments (Atom)
No comments:
Post a Comment