Pages

Monday, January 7, 2013

Qari ta' Poeżiji ġewwa Cafe' Rocher





Il-bieraħ, 5 ta' Jannar 2013, jum mill-isbaħ imżejjen bix-xemx xitwija kompla sebbaħ l-ewwel attivita' ta' qari ta' poeżiji illi saret mil Għaqda Poeti Maltin ġewwa Cafe' Rocher. 
L-attendenza kienet sodisfaċenti ħafna għalkemm nixtiequ illi darb'oħra jkun hemm numru akbar ta' membri u ta' nies illi jħobbu l-poeżija. Fost oħrajn preżenti kienhemm Dr.Karmenu Mallia, il-moħħ wara din l-attivita', Salv Sammut, Charles Mifsud, Omar Seguna, Godwin Ċini u Miriam Ellul illi mexxiet din l-attivita'. Kien hemm xi wħud illi huma diġa membri fl-għaqda u anki oħrajn illi urew ix-xewqa illi jingħaqdu magħna. Kellna taħlita ta' poeżiji illi ġew moqrija u saħansitra kellna wkoll reċita ta' poeżija minn tifla ċkejkna. Kienet għodwa ħelwa ħafna u nispera illi jkollna ħafna oħrajn bħala. Wara li tmajna l-qari xi nies avviċinawna u qalulna illi ħadu pjaċir jisimgħu il-poeżiji tagħna. dan ikompli jimlina b-aktar kuraġġ biex isiru attivitajiet bħal din.
Nieħu l-opportunita' biex nirringrazzja lis-Sid u lil-ħaddiema ta' Cafe Rocher! Nerġgħu niltaqgħu jekk Alla jrid is-Sibt 2 ta' Frar fl-10am ġewwa Cafe' Rocher għal-aktar qari ta' poeżiji!

No comments:

Post a Comment