Il-millennju, għalkemm ġab miegħu ġid f’diversi oqsma ta-soċjeta’- mhux biss Maltija – min-naħa l-oħra, donnu ta daqqa ‘l isfel lill-volontarjat. Jinħass li qed jerġa jerfa’ rasu l-materjaliżmu sfrenat imsejjes fuq il-marda kerha ta’ l-egoiżmu. B’hekk, qegħdin nassistu għal ċerta indifferenza u apatija f’bosta oqsma tal-ħajja.
Nibża’ li, jekk din il-marda tirfes anki l-għatba tal-Għaqda tagħna, allura jkun wasal iż-żmien li nkunu qbadna t-triq tan-niżla li tista’ twassal għall-qerda totali.
Kulmin għandu ftit melħ f’moħħu, jirrealizza li n-numri għandhom siwi limitat; hija kwalita’ li tgħodd. Għaliex qed ngħid dan? Għax il-fatt li, għall Grazzja t’Alla, illum l-Għ.P.M qabżet id-90 membru, jekk dawn il-membri ma jkunux attivi, ħawtiela u verament ħajjin, jiswew ftit wisq biex l-Għaqda tissokta timxi ‘l quddiem.
Jiena nitlob lill-membri jissuġġerixxu lill Kumitat x’għandu jagħmel biex jirnexxilu jlaqqa’ ħafna mill-membri flimkien. Għax sinċerament inħoss li f’dan ir-rigward almenu sal-lum fallejna.
Alfred Massa
President
Subscribe to:
Post Comments (Atom)
No comments:
Post a Comment