Hu fl-interess ta’ l-Għaqda Poeti Maltin li tgħin ‘il-poeżija lokali toħroġ barra minn Pajjiżna. Għalhekk il-kuntatti tagħna mal-poetessa Taljana u editriċi tal-Gazetin Bottega Letteria, Paola Maria De Maestri. Għalhekk fl-imgħoddi saru kuntatti ma’ għaqdiet kulturali oħra mill-Italja bħas-Societa’ dei Bronzi u l-ISTEU.
Issa, grazzi għall-inizjattiva ta’ wieħed mill-Membri Onorarji tagħna, Dr.Karmenu Mallia’ l-Għaqda ser terġa tikseb għarfien mill-Esperantisti mxerrdin mad-dinja.
Nieħdu gost naraw l-entużjażmu tal-membri bis-sehem li xtaqu jieħdu f’din l-Antoloġija, tradotta fl-Esperanto minn Dr.Mallia. L-għażla saret minn Kummissjoni maħtura miż-żewġ Għaqdiet (Għ.P.M. u Għ.K.E.) Xtaqna niftħu l-bieb beraħ imma min-naħa l-oħra fhimna li f’din il-vetrina poetika Maltija ridna nesponu prodott verament ta’ livell tajjeb.
B’hekk l-Għ.P.M. tkun wettqet pass ieħor ‘il quddiem fil-ħidma tagħha b’riżq il-Poeżija Maltija.
Alfred Massa
President
Subscribe to:
Post Comments (Atom)
No comments:
Post a Comment