On Friday, 26th February 2010, the Maltese Poets Association held yet another Poetry Evening at the Razzett tal-Markiz, Mosta. The event was held outdoors and attendance was excellent. Those present read their poetry in Maltese, while duo Hilary Spiteri and Bernard Catania played some Beatles tunes on guitar. The evening was compered by MPA Secretary, Charles Magro.
Part of the poetry evening was dedicated to a new poetry anthology - Traġitti - co-authored by poets Andrew Sciberras and Patrick Sammut. Poet Stephen Cachia read a selection of poems written by the two poets, while 6th Form Lecturer Mark Debono, read a critical appreciation. MPA President, Alfred Massa, addressed those present reminding them that one of MPA's objectives was to help local emerging poets as much as possible. In fact in the past MPA has had similar launchings of poetry collections written by members Therese Pace, Lino Grech, Charles Bezzina, Patrick Sammut (together with Stephen Cachia). Massa also reminded those present that the MPA is open to all poetry lovers and is always glad to see established poets participate in such evenings. Traġitti was available at a special price after the event. A big thanks also to the Ghaqda Filantropika Talent Mosti.
Friday, February 26, 2010
TNEDIJA TA' KTIEB WAQT LEJLA TA' POEŻIJA
Waqt Lejla ta' Poeżija fir-razzett tal-Markiż fil-Mosta, organizzata mill-Għaqda Poeti Maltin saret it-tnedija uffiċjali tal-Ġabra ta' Poeżiji ta' Patrick Sammut u Andrew Sciberras, it-tnejn membri tal-istess Għaqda. Il-Ġabra jisimha Traġitti. L-attendenza numeruża li mliet il-bitħa ta' dan il-lokal semgħet qari ta' poeżiji meħudin mill-ktieb kif ukoll kritika taż-żewġ poeti. Patrick Sammut f'isem Sciberras li ma kienx preżenti minħabba mard fil-familja u f'ismu personali irringrazzja lil kulmin għen kemm fil-pubblikazzjoni tal-ktieb kif ukoll lil dawk preżenti.
Sadattant inqraw numru ta' poeżiji bil-Malti dwar suġġetti varji, filwaqt li l-parti mużikali kienet afdata f'idejn Hilary Spiteri u Bernard Catania.
F'diskors qasir lejn tmiem is-Serata l-President tal-Għ.P.M., Alfred Massa, stqarr li l-Għ.P.M. tħossha fid-dmir li tgħin fil-pubbliċita' tal-kotba ippubblikati mill-membri tagħha. Massa qal li jħossu kburi b'uħud mill-membri għas-suċċessi li kisbu dan l-aħħar. Fosthom semma lil Joseph Sciberras, lil Charles Bezzina u lil Trevor Żahra li rebħu premjijiet prestiġjużi fl-aħħar Konkors Nazzjonali tal-Ktieb. Magħhom semma lil Sunny Aquilina li l-lirika tiegħu kisbet suċċess fil-Festival tal-Kantunetta Maltija għall-Ewropa; lil Charles Magro u lil Alfred Palma li kienu onorati bl-unuri ta' Ġieħ ir-Repubblika.
Is-Serata tmexxiet mis-Segretarju tal-Għaqda, Charles Magro.

Wednesday, February 10, 2010
Nifirħu lill-Membri tagħna
Charles Bezzina (Għawdex), Joseph C. Sciberras (B'Kara) u Trevor Żahra (Wied il-Għajn) għar-rebħ fil-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2009.
Friday, February 5, 2010
Children’s National Poetry Prize Giving Ceremony 2009
On Friday 5th February 2010, the Maltese Poetry Association organised the Prize Giving Ceremony for the Children’s National Poetry competition for 2009 at the Guzeppi Despott hall at the Education Division in Floriana. The compére was Dr. Joseph Axiaq together with Dr. Manuel Attard Cassar who organized the competition.
In the speech for the occasion, the association’s President, Alfred Massa, said that for the past nine years the Gh.P.M gave a lot of thought to the children of today who will be tomorrow’s adults because if we instil the love of poetry today we will be sowing the seeds for the love of this beautiful art for the future. Special thanks went to the Publishing Houses Aguis and Aguis and Merlin Library of Blata l-Bajda for their sponsorship.
The judges made up of Ms. Mary Grace Caruana, Clair Zerafa and Chev. Carmel Bianchi were pleased with the number of poems which were submitted which were more than 100, also with the level of the poems. Some showed the help of the parents and also of the teachers. This year the competition was open for the last year students of primary schools and the first year students of secondary schools.
Result. 1. Refuġjat ta' Daniel Borg (Victoria, Għawdex); 2. Lil Ommi ta' Franklyn Beldacchino (M'Xlokk); 3. St. Paul's Poem ta' Laury Sam Cauchi (San Pawl il-Baħar); 4. L-Isbaħ Milied ta' Janelle Borg (Għajnsielem, Għawdex); 5. In-Nanniet Tiegħi ta' Miguel Gruppetta (Żejtun); 6. Comfort ta' Erika Harvey (Qawra); 7. Il-Fjuri ta' Maria Cassar (Xewkija, Għawdex); 8. Il-Kelb u lo-Qattus ta' Christian Vella (M'Xlokk); 9. TV Time ta' Odin Mamo (Pieta') u 10. A Puppet Called ta' Kristy Borg (Buġibba).

Premjazzjoni Konkors Nazzjonali tal-Poeżija għat-Tfal 2009
Nhar il-Ġimgħa, 5 ta' Frar 2010, l-Għ.P.M. organizzat il-Premjazzjoni tal-Konkors Nazzjonali ta' Poeżija għat-Tfal 2009 fis-Sala Ġużeppi Despott, Diviżjoni tal-Edukazzjoni, il-Furjana. Il-preżentatur kien Dr Joseph Axiaq, li flimkien ma' Dr Manuel Attard Cassar ħadu ħsieb l-organizzazzjoni tal-Konkors.
F'kelmtejn għall-okkażjoni, il-President tal-Għaqda, Alfred Massa, qal li għal dawn l-aħħar 9 snin l-Għ.P.M. ħasbet fl-importanza tat-tfal li huma l-irġiel u n-nisa ta' għada. Dan għax fehmet li jekk inderru lit-tfal jinnamraw mal-poeżija nkunu qegħdin ninvestu fl-imħabba lejn din l-arti sabiħa fil-ġejjieni. Massa ħeġġeġ lill-kbar biex ikunu ta' eżempju għaż-żgħar billi huma stess juru interess fil-qari tal-poeżija. Il-President appella lil dawk preżenti biex jirreferu spiss għas-sit elettroniku tal-Għaqda fejn isibu tagħrif dwar l-attivitajiet tagħha. Fl-aħħar nett Massa irringrazzja lil kulmin ta sehmu biex il-Konkors seta' jkun suċċess kif kieku ta' qablu. Ringrazzjamenti speċjali saru lid-Djar tal-Pubblikazzjoni Merlin Library Ltd u Agius&Agius it-tnejn ta' Blata l-Bajda li sponsorjaw ir-rigali tal-Konkors.
F'kummenti li għamlet il-Ġurija, magħmula mis-Sinjuri Mary Grace Caruana, Clair Zerafa u l-Kav. Carmel Bianchi, uriet is-sodisfazzjoni tagħha għan-numru sabiħ ta' poeżiji li daħlu, li qabżu l-100, kif ukoll għal-livell ġenerali li deher fil-poeżiji. F'uħud dehret l-għajnuna kemm tal-ġenituri kif ukoll tal-għalliema. Dis-sena l-Konkors kien miftuħ għall-istudenti tal-aħħar sena tal-primarja u tal-ewwel sena tas-sekondarja.
Riżultat: 1. Refuġjat ta' Daniel Borg (Victoria, Għawdex); 2. Lil Ommi ta' Franklyn Beldacchino (M'Xlokk); 3. St. Paul's Poem ta' Laury Sam Cauchi (San Pawl il-Baħar); 4. L-Isbaħ Milied ta' Janelle Borg (Għajnsielem, Għawdex); 5. In-Nanniet Tiegħi ta' Miguel Gruppetta (Żejtun); 6. Comfort ta' Erika Harvey (Qawra); 7. Il-Fjuri ta' Maria Cassar (Xewkija, Għawdex); 8. Il-Kelb u lo-Qattus ta' Christian Vella (M'Xlokk); 9. TV Time ta' Odin Mamo (Pieta') u 10. A Puppet Called ta' Kristy Borg (Buġibba).
Friday, January 8, 2010
Antoloġija bl-Esperanto Ġdida

L-Għaqda Poeti Maltin ippubblikat Antoloġija bl-Esperanto bix-xogħlijiet ta’ wħud mill-membri tagħha. B’kollox ħadu sehem fiha 42 membru. Il-poeżiji huma varjati kemm fit-temi ttrattati kif ukoll fl-istili mħaddma. Għandha Daħla Kritika mill-Professur Oliver Friggieri li titfa’ dawl fuq il-poeżija Maltija kontemporanja.
Din l-Antoloġija setgħet tara d-dawl bl-għajnuna tal-Għaqda Maltija tal-Esperanto. Ix-xogħol kollu kien tradott fl-Esperanto mill-Membru Onorarju tal-Għaqda tagħna, Dr Karmenu Mallia.
Il-poeti li ħadu sehem huma Abela Therese, Aquilina Sunny, Attard Mario, Dr Attard Cassar Emmanuel, Dr Axiaq Joseph, Bezzina Mario F., Bianchi Carmel, Borg Ġorġ, Busuttil Amanda, Camilleri Miriam, Caruana Mary Grace, Caruana Peter A., Cauchi Carmel G., Cini Godwin, Fabri Noel, Farrugia Anthony, Grech Lino, Grech Raymond, Grech Sergio, Lanfranco Guido, Mallia John, Dr Mangani Paul S., Massa Alfred, Micallef Jane, Muscat David, Pace Therese, Palma Alfred, Saliba Paul, Sammut Patrick, Spiteri Pio, Vella Therese, Dr Zammit Tabona Joe, Bezzina Charles, Oliver Friggieri, Mons. Dr Amante Buontempo, Magro Charles, Caruana Toni, Chetcuti Ġuże', Ellul Galea Karmenu, Cini Tarcisio, Patri Hugh Mallia O.Carm., u Ellul Godwin.
Ta’ min ifakkar li din kienet it-tieni Antoloġija ta’ din ix-xorta ippubblikata mill-Għaqda Poeti Maltin.
A NEW ANTHOLOGY IN ESPERANTO
The Maltese Poets Association (Għ.P.M.) has published an Anthology in Esperanto with the works of some of its members. In all, 42 members took part. The poems vary in the theme tackled as well as in the style adopted. The anthology has a Critical Preface by Profs. Oliver Friggieri that sheds a light on Maltese contemporary poetry.
This anthology could materialise through the help of the Maltese Esperanto Society. All works were translated into Esperanto by the honorary member of our society, Dr. Karmenu Mallia.
The poets taking part are Abela Therese, Aquilina Sunny, Attard Mario, Dr. Attard Cassar Emmanuel, Dr. Axiaq Joseph, Bezzina Mario F., Bianchi Carmel, Borg Ġorġ, Busuttil Amanda, Camilleri Miriam, Caruana Mary Grace, Caruana Peter A., Cauchi Carmel G., Cini Godwin, Fabri Noel, Farrugia Anthony, Grech Lino, Grech Raymond, Grech Sergio, Lanfranco Guido, Mallia John, Dr. Mangani Paul S., Massa Alfred, Micallef Jane, Muscat David, Pace Therese, Palma Alfred, Saliba Paul, Sammut Patrick, Spiteri Pio, Vella Therese, Dr. Zammit Tabona Joe, Bezzina Charles, Oliver Friggieri, Mons. Dr Amante Buontempo, Magro Charles, Caruana Toni, Chetcuti Ġuże', Ellul Galea Karmenu, Cini Tarcisio, Patri Hugh Mallia O.Carm., and Ellul Godwin.
It is worth reminding that this is the second Anthology of the same sort published by the Għaqda Poeti Maltin.

An Evening of Poetry in Attard
More than 20 poets, members of the Malta Poets Association, attended an Evening of Poetry. The well-attended event was held at the Parochial Centre in Attard on Friday 8th January 2010. This was held with the cooperation of the Gh.P.M., the Attard Local Council and the Attard Cultural section of the Pastoral Parish council.
Poems were read in both Maltese and English about various subjects. Patrick Sammut Vice President of the Malta Poets Association gave a speech about the Sonnet, how this was introduced in our literature. Dr. Joseph Axiaq Assistant Secretary was compere for the evening. The young violinist Augusto Quintano enchanted the audience with classical solos.
Alfred Massa expressed his satisfaction that the musico-literary evening drew a large audience. Massa insisted on the importance of Poetry in our times and referred to the appeal made at the World Congress of poets for poets to work towards peace, the values and the brotherhood of man. Once again Massa encouraged all those present to use the website of the Malta Poets Association for information about activities that from time to time the association organizes to nurture the interest of poetry on our island.
At the end of the evening a well-planned out reception, by the Local Council volunteers, was held for those who had attended.

LEJLA TA' POEŻIJA F' Ħ'ATTARD
Aktar minn 20 poeta membri tal-Għaqda Poeti Maltin nhar il-Ġimgħa, 8 ta' Jannar 2010, ħadu sehem f' Lejla ta' Poeżija li saret fis-sala taċ-Ċentru Parrokkjali ġewwa Ħ'Attard. Din saret bil-kooperazzjoni tal-Għ.P.M., tal-Kunsill Lokali Ħ'Attard u tat-taqsima Kultura fi ħdan il-Kunsill Pastorali Parrokkjali tal-post.
Inqraw poeżiji bil-Malti u bl-Ingliż dwar suġġetti varji. Patrick Sammut, Viċi President tal-Għ.P.M., tkellem dwar Is-Sunett u kif dan daħal fil-letteratura tagħna. Ħa sehem ukoll il-vjolinista żagħżugħ Augusto Quintano filwaqt li Dr Joseph Axiaq, Ass. Segretarju, ippreżenta s-Serata.
Alfred Massa wera s-sodisfazzjon tiegħu għall-udjenza numeruża li attendiet. Huwa nsista dwar l-importanza tal-poeżija fi żminijietna u rrefera għall-appell li sar fl-aħħar Laqgħa tal-World Congress of Poets biex il-poeti kollha jaħdmu favur il-paċi, il-valuri u l-għaqda fost il-bendmin. Għal darb'oħra Massa ħeġġeġ lil dawk preżenti biex jirreferu għall-website tal-Għaqda Poeti Maltin ħalli jsiru jafu bl-attivitajiet li minn żmien għal żmien torganizza f'riżq il-poeżija f'pajjiżna.
Fi tmiem is-Serata saret bibita għal dawk li attendew.

Friday, January 1, 2010
Godwin Cini (1952 - )
Membru Tal-Għaqda Poeti Maltin
Godwin Cini twieled Raħal Ġdid nhar it-18 ta’ April 1952. L-iżgħar fost sitt aħwa. Studja l-iskola Primarja tar-Raħal Ġdid u fl-istitut Tekniku ta’ l-Imrieħel. Ikkwalifika bħala tekniku tal-vetturi. Intbagħat korsijiet fl-inġinerija barra minn Malta. Attenda kors fit-teknika tal-bini fl’MCAST. Ħa kors qasir fil-ġurnaliżmu. Kiteb diversi artikli,sensiliet u poeżiji fuq bosta gażżetti,ġurnali,magazines u fuljetti. Kien editor ta’ tliet pubblikazzjonijiet differenti. Iżżewweġ lil Connie fil-1977 u għandhom żewġt ulied, Melanie u Carolyn. Kien u huwa membru (kien anki fil-kumitat) ta’ diversi għaqdiet fosthom; Mclaren F1 Malta, l-Għaqda Mużikali Sant’Anna Marsaskala. Saint Ann Choir Marseskala, Għaqda Poeti Maltin, Għaqda Letterarja Maltija, Kikkra Kulturali, Għaqda tal-Malti (Universita). Inħatar f’kumitati differenti mill-Kunsill Lokali Marsaskala. Għandu paġna fuq l-Internet, (poetry.com) tal-International Library of Poets fejn bħalissa ġew magħżula il-poeżiji tiegħu ”From fast to fast” ”Passion on wheels” ”Fair Share” “Cheers before you drive” u “I love and I hate”. Poeżiji tiegħu inqraw u ġew ippubblikati f’antoloġiji bħal “Voyage out of Darkness” fil 2002 u “Theatre of the Mind” fil-2003. u fil-ktieb “The Best Poems And Poets” kemm fl’Istati Uniti kif ukoll f’Pariġi u f’Londra. Poeżiji tiegħu bl-Ingliż wassluh biex jiġi nnominat għall-Poet of the Year Award fil-2003,2004,2005 u 2006 mill-International Society of Poets. Poeżija oħra rebbħitu “l-Editors Choice” fil-2002. Green Peace International stampaw poeżija tiegħu fil-Ġappun. Poeżiji tiegħu anki ġew ippubblikati minn Group 4 Securicor. Godwin huwa xandar bi programmi regolari dwar il-karozzi u b’ħidma kontinwa biex ma jsirux inċidenti tat-traffiku. Huwa ukoll dilettant tat-tpinġija bil-lapes u l-pittura bil-water colour u poster colour u xi drabi anki tella’ xi wirjiet tax-xogħolijiet tiegħu. Bħal issa huwa responsabbli mill-programm “Driveway” fuq Radju Hompesch u huwa ukoll membru fil-kumitat tal-kultura tal-Kunsill Lokali ta’ Marsaskala.
BEWSA TAHRAQ NAR
Godwin Cini 1/10/08
L-arlogg sejjer itektek
sekondi war’ xulxin,
tiktok tiktok bla jieqaf
Man-nifs sejjer il-hin.
Kull hin int dak li taghmel,
Kuljum int dak li trid,
Kull nifs u kull sekonda,
Ta’ hajtek li int is-sid.
Jekk tibla’ l-arja pura,
Fl-ghelieqi jew fix xtut,
Jekk tiekol ikel tajjeb,
Il-hxejjex jew il-hut.
Tehxin issir tqil hafna,
Irqiq hafif farfett,
Jekk teqred int trid sahhtek
Tbewwes ma’ sigarrett.
Kulhadd jibda iwarrbek,
Ghax tifga kullimkien,
Bil-loqom kull fejn tilmhek,
Iddahhan kullimkien.
Xi dwejjaq x’sigarretti,
Ihammgu l-arja pura,
Kemm jinten l-irmied taghhom,
U xejn ma jhallu sura.
Jiena ma nistax nifhem,
Kif hawn tant ghorrief
Daqsxejn tabakk imgerbeb,
Jikkmanda u jgib hrief.
Uhud tant pulikarja,
Ma jibzghu qatt u mkien,
Daqsxejn tabakk go karta ,
Igibhom minghajr snien.
U waqt li l-hajja tkompli,
U l-qalb thabbat bum bum,
Nifs tiehu waqt ki tbusu,
Jahraqlek il-pulmun,
Nifs tibla’ u iehor tonfoh,
U int tidhol fi sqaq,
l-qerrieda nikotina,
l-vini ggib irqaq.
Sidrek bid-duhhan timla’,
Butek tizvujtah,
Tbus bewsa tahraq nar,
Hajtek tispiccaha
godwincini@yahoo.com
GHAZIZ MISSIERI
Godwin Cini
Revised 6/8/10/08
Ghaziz missierrna,
Li inti fis-smewwiet,
Jien ninsab f’guf ommi,
Jum war’jum fis-skiet.
Qalbi issa bdiet thabbat,
Fil-hemda ta’ hawn gewwa,
Waqt li bdejt induq,
Xi ftit tl-hajja l-hlewwa.
Nitolbok missier Alla,
Izzomm ‘l ommi b’sahhitha,
Taf sewwa kemm nixtieq,
Nitghannaq f’imhabbitha.
Missieri hanin int tieghi,
Nixtieqek tiba’ hawn mieghi,
Nixtieqek dejjem hdejja,
F’di’ t-triq izzommli jdejja.
Ghaziz Alla missieri,
Din il-hajja gdida u twila,
Kulltant narah imcajpra,
Nixtieq li ma tkunx tqila,
Nixtieq missier hanin,
Tkun hdejja ta’ kull hin,
Biex flimkien m’ommi missieri,
Nghixu ‘lkoll ferhanin.

John Mallia (1944 - )
Membru Tal-Għaqda Poeti Maltin
John Mallia twieled Ħal Qormi fis-7 ta' Diċembru, 1944. Għallem għal 41 sena fl-iskejjel statali, l-aħħar 18-il sena bħala għalliem tal-Malti fil-Liċeo Maria Regina, Blata l-Bajda. Huwa membru fl-Għaqda Poeti Maltin u fl-Għaqda Letterarja Maltija. Xogħlijiet tiegħu ġew ippubblikati fl-antoloġija Spirali (1997), fil-ġabra ta' poeżiji Arkadja (2004), f'rivisti u f'ġurnali.
Fis-Skiet
Fis-skiet,
nisimgħek miexi, hemm, maġenbi.
Int dejjem miegħi tkun.
Ma' l-ewwel dawl tal-għodwa
nisma' ġmiel leħnek
fit-tpespis ħelu tal-għasfur tal-bejt
li wara lejl mistrieħ
jagħtik kull ġieħ.
Nixref fit-tieqa, tbusni fuq ħaddejja
b'dawk xofftejk żiffa friska;
nara madwari f'mirja qtar ta' nida
l-ilwien sbieħ tal-ħolqien.
Il-kobor tiegħek jimla s-sema jżernaq
f'għodwiet sajfin, xitwin,
meta, 'il bogħod, fix-xefaq,
tfiġġ xemx sħuna sħuna
jew jisbaħ b'leħħ il-beraq u t-tkarwit.
Narak fil-għajnejn kollhom ferħ tat-trabi,
f'teptip għajnejn iż-żgħażagħ imfarfrin,
narak fejn hemm l-imħabba fil-familja,
fejn jitlissen il-kliem li jġib is-sliem.
Int dejjem miegħi tkun.
Nisimgħek miexi, hemm, maġenbi,
fis-skiet.
John Mallia

Gużè Chetcuti (1914 - 2006)
Membru Onorarju ta' l-Għaqda Poeti Maltin
L-Għaqda Poeti Maltin issellem lil Guzè Chetcuti
L-Għaqda Poeti Maltin sogħbiha għall-mewt tal-kittieb Guzè Chetcuti li ħalliena fit-18 ta' Lulju 2006. Guzè Chetcuti twieled Bormla fil-11 ta' Awissu 1914. Ħuwa ħabb l-Ilsien Malti u dan urieħ bil-kitba ta' rumanzi, drammi, poeżiji u ħafna iktar matul ħajtu kollha. Ħuwa kien Membru Onorarju ta' l-Għaqda Poeti Maltin u wieħed mill-membri ewlenin li ngħaqad magħha sa kważi mill-bidu nett filwaqt li baqa' leali lejha sa l-aħħar. Fl-1986 rebaħ ukoll il-Premju Città di Valletta organizzat mill-GħPM stess flimkien mas-Soċietà dei Bronzi u s-Soċietà ISTEU ta' Catanzaro.
The Għaqda Poeti Maltin pays tribute to Guzè Chetcuti
The Għaqda Poeti Maltin pays tribute to Guzè Chetcuti who passed away last Tuesday 18th of July at the age of 91. Guzè Chetcuti was born in Cospicua on the 11th of August 1914. He worked throughout his whole life in favour of the Maltese language writing novels, plays and poetry. Guzè Chetcuti’s link with the Għaqda Poeti Maltin was a strong one. He was a life member of the Għaqda Poeti Maltin who became one of its members from almost the beginning while being loyal till the end. In 1986 he was awarded the Città di Valletta award organized by the Għaqda Poeti Maltin together with the Società dei Bronzi and the Società ISTEU of Catanzaro.

Stefano Farrugia (1986 - )
Jien twelidt fid-19 ta’ Diċembru 1986 u noqgħod l-Imqabba. Attendejt l-Iskola Primarja Theresa Nuzzo fil-Marsa, immexxija mis-Sorijiet Ulied il-Qalb ta’ Ġesù, l-Iskola Sekondarja San Mikiel f’Ħal Qormi, immexxija mis-Soċjetà tad-Duttrina Nisranija (M.U.S.E.U.M.), u l-Kulleġġ De La Salle fil-Kottonera mmexxi mill-Brothers Lasalljani għall-Edukazzjoni Postsekondarja. Minn dejjem kelli għal qalbi dak kollu li hu Malti, l-aktar l-Istorja u l-patrimonju rikk ta’ pajjiżna, fuq quddiem nett l-ilsien għani li writna mingħand missirijietna. Għalhekk bqajt nispeċjalizza f’dan is-suġġett bis-seħer kollu tiegħu, speċjalment il-letteratura Maltija, kemm il-qasam tal-poeżija kif ukoll dak narrattiv. Fil-fatt fl-istudji tiegħi fl-Università ta’ Malta fittixt li nistħarreġ aktar fuq dawn l-għelieqi akkademiċi. Permezz ta’ Baċellerat tal-Arti bl-Unuri fil-Malti li ggradwajt fih fis-6 ta’ Diċembru 2007 xtarrejt L-Element Bibliku fil-Poeżija ta’ Marjanu Vella, u permezz ta’ Masters mill-istess Dipartiment li ggradwajt fih fit-18 ta’ Novembru 2011 esplorajt Is-Simboliżmu fil-Kitbiet ta’ Dun Ġorġ Preca. Bdejt nikteb il-poeżija b’mod kostanti mindu kelli ħmistax-il sena. Għaldaqstant kien ta’ pjaċir kbir għalija li l-Għaqda Poeti Maltin (1975) stednitni nissieħeb fiha, għaliex b’hekk stajt insir aktar midħla tal-kontribut siewi li qed tagħti lis-soċjetà Maltija, u tas-sehem li nista’ nagħti bil-kitba tiegħi. Daqstant ieħor meta ġejt aċċettat bħala membru tal-Akkademja tal-Malti (1920) fit-30 ta’ Marzu 2011. Poeżiji tiegħi dehru fost l-oħrajn fir-rivista Versi, 2008 (3), 2010 (2) u Leħen il-Għaqda Poeti Maltin (Marzu 2011), kif ukoll f’Leħen il-Malti (Għadd 31, 2008) maħruġ mill-Għaqda tal-Malti - Università (1931) li kont nagħmel parti minnha, u fil-paġni letterarji ta’ xi ġurnali lokali u pubblikazzjonijiet ta’ għaqdiet mużikali u soċjali Maltin. Kien ukoll ta’ privileġġ għalija li fl-2007 u fl-2008 rispettivament ġejt ikklassifikat fit-tielet u t-tieni post fil-Konkors Nazzjonali tal-Poeżija organizzat mill-Għaqda Poeti Maltin, permezz tal-poeżiji “Minjatura tal-Enimmi” u “Requiem għal Anġlu Martri,” u li fl-2009 ġejt ikklassifikat fl-ewwel u t-tieni post f’konkors ieħor organizzat mill-istess Għaqda, fl-okkażjoni tal-50 anniversarju mill-ewwel ħarġa tal-ġurnal “it-Torċa” bil-Malti, permezz tal-poeżiji “Eliżir ta’ Mħabba Qalbiena” u “Solitarja Moribonda.” Poeżija oħra li ġejt ippremjat biha fit-tieni post f’konkors letterarju ġġib l-isem “Ħal Tarxien, Blata Kennija,” billi f’dan il-konkors jintlaqgħu kitbiet bil-Malti b’temi li jkollhom sfond Tarxiniż. Fil-fatt il-konkors isir mill-Kunsill Lokali ta’ Ħal Tarxien fl-okkażjoni ta’ jum dan ir-raħal, u fl-2011 meta ħadt sehem kien iċċelebrat fis-26 ta’ Ġunju. Fl-istess sena kelli l-unur ukoll li niġi kklassifikat fl-ewwel post fil-Konkors Nazzjonali tal-Poeżija fit-taqsima tal-poeżiji bil-Malti bil-poeżija “Flaxbekk,” filwaqt li ż-żewġ poeżiji l-oħra li ħadt sehem bihom fil-konkors, “Ġetsemani” u “Paranojja,” issemmew b’ġieħ mal-poeżiji rebbieħa.
Ġetsemani
B’dedika lill-annimali kollha mċaħħda mill-ambjent naturali tagħhom
Ġol-għerien ta’ sqaq il-ħemda donnha nstemgħet karba ġdida
li fis ħolqot babilonja qalb il-ħlejjaq ħfief fil-ħsieb
u ħalliet ġo ruħ il-merħla ħofra ħsus bil-mistoqsija
li ħadd qatt ma tħalla jwieġeb kif ’qas sab min kienu l-ħbieb.
Bħall-ħaddiema tal-minjieri kellhom jaqbżu f’ħalq l-eżilju
li kien jinbaħ biss għalihom sa mill-ibgħad żminijiet
u jkaħħalhom wara l-gaġeġ kollha msadda bl-esperjenzi
li jixirfu dlonk f’għajnejhom qishom krejn li jħott il-kwiet.
Għaddew jiem fi vjaġġ bla temma bla ma setgħu jobżqu kelma,
bla ma setgħu jimxu qajla jew jitgħaxxqu bil-ħolqien
u r-rixtellu nstabat f’wiċċhom hekk kif rifsu l-art mistmerra
li laqgħethom spiss bil-ħarta u rabtithom b’rit għajjien.
Bħall-ilsiera jkollhom jobdu kulma jamar l-ors li jsuqhom
għax jekk jonqsu tbexxex fuqhom xita qliel bin-nerf bla tehda
biex fiż-żgur ma jerġgħux jgħannqu lil uliedhom internati,
mikdudin ġo kamp imnikket li bħal qalbhom lagħaq kull wegħda.
Sider ommhom tbaħbaħ mistħi fis-sangraal li sqieh mal-għabex
kif bħal minġel xtaq jiġġelben bl-għafsa fraġli f’ġuf l-imħabba
ħalli jliġġem il-vjaġġ kiefer li qed jaħsad l-ulied dgħajfa,
imma leħnu le jinstema’ u l-għatx tiegħu xejn ma jxabba’.
U tissokta tidwi f’qalbhom dik il-karba ta’ żmien ilu
li taf tħanxar minn ħajjithom il-merżuq li jkeċċi l-lejl
kif dewwaqhom id-divorzju miċ-ċenaklu tan-natura
li fih dejjem xorbu l-hena bla ma ntalbu jieħdu l-kejl.
Stefano Farrugia
L-Imqabba, 19/04/2011
Paranojja
Lill-popli fl-Afrika ta’ Fuq u fil-Lvant Nofsani li qed jissieltu għal-libertà
Kif il-borra xħin titħaġġar tarmi minnha sriep ta’ ilma,
imkebbin fi blokok siekta bħall-bnedmin imbeżżgħa b’għada,
beda l-annu b’qasma ċċaqċaq li xxebilket fost il-popli
u bid-demm ibaqbaq, jaqbad, għolliet l-ilma m’ogħla s-sema.
Żrameġ jiġru ġewwa t-toroq bl-armi jfaqqsu fuq spallejhom,
ommijiet fuq qabar żewġhom li ħalliehom fil-battalja,
żgħażagħ jgħajtu għajta ttarrax maċ-ċuqlajta tar-rewwixta
u ġo nofshom jaqgħu mejta dawk li tqatlu għal pajjiżhom.
Oqbra jħaffru bla ma jsumu, ma jafux jekk baqax spazju,
jiġbru l-fdal mid-djar imġarrfa mgħaffġa bħalhom mill-kalvarju,
jistennew xi boxxla ġdida qalb is-sħab ta’ kull splużjoni
u mat-telf li tħalli l-ħajja bħaż-żejt jogħla l-prezz tad-dazju.
Monumenti jsiru trietaq donnhom kienu taċ-ċarruta,
binjiet sħaħ jitneżżgħu l-għabra li fewħithom f’għajn l-għedewwa,
nies bla tama jieħdu r-riedni f’kull stazzjon u raħal ġwejjef
u bħad-dud idawru denbhom jekk jinqabdu f’dell l-għanqbuta.
U bħal barri jdur fl-arena meta ħadd ma jista’ jżommu
ġriet il-bxara li xi ċkejkna ġarrbu m’ommhom l-id setgħana,
umiljati mis-suldati li firduhom minn missierhom
u tawhulhom lura mejjet bħal Bin Alla fi ħdan ommu.
U kif laqgħet l-għaref Pawlu u lil ħutu f’xifer l-għarqa
Malta xammret kmiem idejha biex tindokra lill-pajżana
u bħal pont f’nofs port imdemmi li ried jibla’ ’l kull Fargħuni
fetħet fommha biex twettaqhom sa ma jpassu minn din l-għalqa.
Imma l-ilma jibqa’ jlebleb u jittewweb mat-tbatija
u mad-demm inixxi l-ġrieħi ta’ kull qalb u art maqsuma,
ġrieħi jgħajtu daqs iż-żgħażagħ fit-tnissil ta’ ġens li jtuqhom
flok fil-ġungla tax-xakalli li bid-demm ma tkunx mifdija.
Stefano Farrugia
L-Imqabba, 19/04/2011
Flaxbekk
B’suffraġju għall-vittmi tat-tsunami fil-Ġappun li seħħ fil-11 ta’ Marzu 2011
Konna ħsibna li kien għadda dak li għexna lejla waħda fuq it-troni tad-djar tagħna
u kien għadu biss tifkira fuq it-tila illuppjata, tibki bikja għall-irkant
sa ma ttawlet għodwa mgħaddba tolfoq fl-ibħra qisha gawwi mal-pinnur tax-xhur xitwija
u filġitna tingħi tgħajjat qabel ħarġet ruħha kollha w mejlet rasha lejn il-lvant.
Fl-agunija tqila tagħha ġabret magħha kull fettuqa li nsiet l-ombra tax-xandara,
imkebbsin daqs kalamita forsi jlaħħqu ma’ ħruxitha u ċ-ċaqliq ta’ ġnus kotrana
u f’kull laqxa terda’ ’l oħra mill-ġid fqir li baqa’ jfekren fuq id-dbabar ta’ ġisimha
tilmaħ lilha moribonda tiġbed l-aħħar nifs imkaxkar f’baħar miksi b’elf sikrana.
Kollox issa sab imkienu fejn riġlejh ma meddx fi żmienu, metri bogħ’d mid-dura tiegħu;
djar jogħlew bħall-bastimenti u jitbandlu ma’ kull mewġa li ddawwarhom fuq subgħajha
u l-vetturi-ġugarelli jqanqlu ċ-ċirklu tat-traġedja qalb it-toroq flaġellati,
midfunin ġo żaqq il-lupu li ħatafhom bla karezzi f’art li xebgħet fuq saqajha.
Nies maqfula ġewwa l-kċejjen, jistennew min iweżinhom u jeħlishom minn kull kefen,
jgħaddu ħinhom bħall-għasafar, jitħnu l-ftiet li tħalla jterter fi friġġ kiesħa daqs l-azzar
u l-ksieħ tagħha jeħel f’demmhom bil-biżgħat li tmiemhom wasal u mhux sejjer jaħfirhielhom,
jgħidu t-talba tal-indiema donnhom riesqa lejn il-forka b’mota sewda mill-kampnar.
Xi waħdiet bil-lożor f’idhom, ixejruhom bħal bandani fuq il-bjut li nbidlu f’dgħajjes
flok fis-sodod ixxukkjati li kostretti jħallu l-ġifen biex qatt aktar ma jserrħuhom,
oħrajn jgħinu fit-tfittxija, jisfidaw li jisfaw martri biex imqar iħarsu ħajja
jew isawbu x-xrar tal-ilma fuq in-nar iħeġġeġ, jhedded li jniżżilhom għarkopptejhom.
U mal-mewġa daqs Gulija stenbħet oħra f’wiċċ il-gżira tfarfar rixha b’deni qawwi
li bħal għaġna ntisġet għoqda mal-ħalib u l-ilma tari li f’munqarha mrar daqs spiera,
hekk li f’moħħha bexxqu għajnhom il-memorji rieqda f’koma tal-mard kbir li kien ħakimha
meta ġenbha ċċarrat kollu bħall-kustat ta’ Kristu msallab bl-għodod qarsa tal-gwerriera.
Lilna wkoll dal-jum ċanfarna bħal jum ieħor bl-istess isem li ra n-nies jintfew bħal faħma
kif fis-snin mhux wisq imbiegħda żewġ tajriet minn xogħol il-bniedem daħlu jkesksu s-swar tewmin,
imma għalxejn min dbiel ġo ħobbhom rewwaħ idu bħal bandiera f’għajn id-dinja addolorata
għax is-swar inħallu kobob u sal-lum kulħadd jistaqsi x’sar mill-ħolm ta’ seklu rżin.
Stefano Farrugia
L-Imqabba, 22/04/2011

Amante Buontempo (1920 - 2004)
Fundattur Tal-Għaqda Poeti maltin
Monsignor Professor Dr. Amante Buontempo.
15 October 1920 Senglea – 21 June 2004 Valletta , Malta
Mons . Prof. Dr. Amante Buontempo has spent many years as a Roman Catholic Priest, involved in the legal aspects of the Church for much of the time. He is also well known as a writer and poet, receiving inspiration for his works not only from religion, but also from other sources, especially politics, about which he was strongly critical. The son of the late Carmelo and Victoria Buontempo, Amante Buontempo was born in Senglea , Malta on 15 October 1920. He studied at Malta Seminary from 1934-39, but when World War II broke out transferred to Gozo Seminary, where he remained until entering Malta University in 1943. Three years later a British Council Scholarship enabled him to pursue postgraduate studies at Nottingham University , England , from 1946 to 1947. While in Nottingham he was also Curate and Spiritual Director of the Catholic Evidence guild at St. Barnabas Cathedral.
Returning to Malta , Mons . Buontempo taught English at the Malta Seminary for a couple of years. Studies at the Pontifical Lateran university in Rome from 1949-53 led to a JUD (Doctor of Civil and Canon Laws), awarded cum laude. In addition, from 1951-54 he followed a course at the Sacred Roman Rota to qualify as Adv. SRR (Advocate of the Sacred Roman Rota). In the meantime, he had become Canon of the Chapter of St. Paul the Shipwrecked, Valletta , serving as such from 1952-87. Additionally, he was chancellor of the same Chapter from 1956-61, Examiner in Canon Law for the Archbishop’s Curia in 1959, chaplain to the Malta House of Representatives (Parliament) from 1962-71 and Parish Priest of St. Paul the Shipwrecked from 1963-66. Since 1961 he has been a member of the Deputation for Marriage Legacies. In 1978 he enjoyed the distinction of being appointed Chaplain to His holiness Pope John Paul II, receiving the title of Monsignor.
The author of a book entitled “Problemi di Diritto Ecclesiastico Maltese”, published in 1954, as well as a number of articles in Latin in “Dictionarium Morale et Canonicum”, Rome, 1962-65, and “Dizionario dei Concili”, Rome, 1963-67, Dr. Buontempo has also contributed to juridical journals. His long and short poems in Maltese, English and Italian, number over 3,000 and appear in poetry magazines and anthologies. He has published twelve books of his poetry under the titles “I was called”, 1967, “I have won”, 1968, “Si vis pacem cane semper”, 1973, “Wishful Thoughts”, 1975, “Lacrime di Speranza”, 1977, “Echi di Sdegno”, 1981, “Rhythmical Reactions”, 1981, “Almond’s Flowers”, 1983, “Mix-Xquq ta’ Qalbi”, 1987 “Another Shipwreck?”, 1990, “The pope’s and My fifty Years of Priesthood” and “Quid Retribuam”, 2000.
In 1941 Mons . Buontempo won 2nd Prize and Special Mention in a public competition for Maltese poetry, while 2nd and 3rd Prizes followed in another competition for poetry in Maltese in 1945. He has won various prizes from all over Italy for his Italian poetry and other prizes for his English poetry. Honoured by the Accademia Tiberina of Rome in 1966, he was appointed Life Member and Honorary Delegate for Malta by the President of the Centro di Culture European, Enemonzo-Udine , Italy , in 1970. during the 4th World Congress of Poets in San Francisco the Academy of Arts and Culture of Taiwan made him Poet Laureate International. Furthermore, the International Guild of Contemporary Bards, Australia , honoured him as International Bard. Selected by the American Biographical Institute as Man of the Year for 1990 and 1995, he has also received honours and awards from the International Biographical Centre, most notably being appointed a Deputy Director General of the organisation.
Prof. Buontempo’s most important accomplishments include acting as interpreter and Assistant Secretary for the first international Catholic Congress on problems of rural life, held in Castelgandolfo in 1951. In 1957 he co-founded the Mary Rose Fund Committed, becoming its Chairman, while from 1959-60 he was involved in organising the First Malta Song Festival and Open-air Opera in Malta . The founder of the Maltese Poets Association in 1975, he has been its Life President ever since; as such, with the cooperation of Editor Vincenzo Ursini of Catanzaro, Italy, he organised the internationally prestigious Citta di Valletta Prize on ten occasions. Mons . Buontempo co-founded The Our Lady of Consecration Movement with a holy woman, Guza Mifusd, who died in 1996. In the year 2000, Amante Buontempo after 25 years as President, resigned and was subsequently elected as the first Honorary President of the Maltese Poets Association. He remained very active in writing poetry and drama, as well as articles and other contributions for journals and newspapers. He passed away peacefully on 21 June 2004.
Valletta , 8th February 2007
Further information on Monsignor Amante Buontempo’s literary works and achievements may be obtained by contacting his nephew Victor Chetcuti on email victorchetcuti@onvol.net or mobile 99475572.
HALLU LILL-POPLU HIELES
Mishut min jara d-dlam f'ghemil haddiehor,
biex jirbah hu bil-qerq li jxandar kliemu:
is-sewwa qatt ma jirbah bi kliem b'iehor;
poplu maqsum jasal malajr fi tmiemu.
Jahasra ghal min jizra' s-semm tal-firda,
ghax jahsad frott l-imwied fid-djar ta' wliedu;
il-hbieb li jsiru ghedewwa jgibu l-qirda,
u tant hsarat ta' llum jibqghu jizdiedu.
Hallu, mexxejja, 'l dan il-poplu hieles,
biex jaghzel hu l-futur ghal art twelidna;
tibqghux timlewlu mohhu b'hafna flieles!
Kull Malti li jivvota kif irid,
ihalli l-kotra tghid kif ALLA jridna:
U dak li jsir minn Malta jkun ta' gid!
20/12/02
WHAT DOES WAR MEAN?
To those who never lived in times of war
may mean injustice as a just revenge;
may mean an after-suffering
of Nations poor,
that find no means to feed their families,
but find kind friends
to help them to confront their enemies.
May mean a remedy,
as well as a necessity,
to stop the courage of some terrorists,
who commit siucide,
with the only scope
of vindicating their opponents' pride.
But to me
and to all lovers of a living world
War means destruction, hatred, suffering.
It means the contrary
of what we want or hope:
in fact we want
the end of terrorism and caprice!
And so it goes against
all men's desire of free life and Peace.
08/01/03

Alfred Palma (1939 - )
Membru Tal-Għaqda Poeti Maltin
Alfred Palma twieled il-Furjana fl-1939. Studja fl-Iskola Primarja ta’ Haż-Żabbar u fil-Kulleġġ De La Salle, fejn beda jikteb l-ewwel poeżiji tiegħu li kienu bil-Franċiż. Fl-1957 beda jaħdem bħala għalliem fl-Iskejjel Governattivi sal-1959 meta daħal fiċ-Ċivil sa meta rtira fl-1987. Sa mis-sittinijiet bdew jidhru poeżiji tiegħu bil-Malti f’bosta ġurnali lokali; kiteb ukoll bosta drammi għar-radju (dak iż-żmien ir-Rediffusion) u aktar poeżiji tiegħu bdew ukoll jinstemgħu fuq ix-xandir. Fl-1972 dehru l-ewwel poeżiji tiegħu f’ġabra li ħareġ flimkien ma’ Alfred Massa. John Sciberras u Maurice Vella Borg. Beda jieħu sehem f’bosta konkorsi letterarji kemm ta’ poeżiji u kemm ta’ novelli u bosta drabi kiseb l-ewwel premju. Fl-1966 beda t-traduzzjoni bil-Malti tad-Divina Commedia ta’ Dante, li temm fl-1986 u stampa fl-1991. Fl-1993 beda t-traduzzjonijiet bil-Malti tad-drammi ta’ Shakespeare, li minnhom stampa tnax u għandu lesti għall-istampa għoxrin oħra. Għal sebgħa minn dawn id-drammi, fl-1997 rebaħ il-Premju Letterarju. Rebaħ ukoll f’dan il-konkors bid-Divina Commedia’ (1992) u ‘Preludji – Ġabra ta’ Poeżiji (1993). Sadanittant kompla bil-kitba ta’ poeżiji li rebbħuh premjijiet fl-Istati Uniti, l-Ingilterra u l-Italja. Ingħata l-Premju Citta’ di Valletta fl-1993 u fl-istess sena 2000, unuri mill-Kunsell Lokali taż-Żabbar. Fl-istess sena wkoll ingħata il-Literary Award min-National Library of Poetry ta’ l-Ingilterra. Baqa’ jieħu sehem f’bosta attivitajiet letterarji, jikteb poeżiji ,novelli, rumanzi u bosta xogħol ieħor ta’ traduzzjoni. Beda wkoll jikteb bosta kotba ta’ natura soċjali u psikoloġika li dehru fl-Ingliterra. Fl-2005 xandar id-dramm ta’ Oscar Wilde Salome’, u din is-sena lesta r-rumanz ċelebri ta’Wilde; ‘Ir-Ritratt ta’ Dorian Grey’. Palma huwa membru ta’ l-Akkademja tal-Malti, fl-Għaqda Letterarja Maltija u Membru Onorarju fl-Għaqda Poeti Maltin.
ELEĠIJA
Il-ferħ li għeb tas-snin tiegħi imġienen
tqil daqs is-sakra illi skirt ilbieraħ,
li llum dallmitli moħħi.
Iżda, bħalma l-inbid, id-diq tal-jiem mgħoddija
hu isħaħ maż-zmien.
Kiebja l-mogħdija tiegħi.
Il-mewġ qalil ta’ baħar il-ġejjieni
iwegħdni niket biss, xogħ’l u tbatija.
Imma, ħbieb tiegħi, jien ma nixtieqx immut,
jien irrid ngħix –
ħa’ nibqa’ b’hekk naħseb u nsofri.
Naf, xi pjaċiri jkolli wkoll
fost id-dulur, taqtigħ il-qalb u saram.
Xi drabi nerġa’ nisker bl-armonija
inkella nibki fuq id-dehriet tiegħi,
u jista’ jkun, jewwilla,
meta nħoss kiebi illi saħħti marret,
l-imhabba lili tiddi bi tbissima,
qabel tasal tħallini.
Alexander Pushkin (1830) Traduzzjoni; Alfred Palma
A DOTTOR MARINO FLERI
(pochi giorni dalla sua partenza da Malta)
Odio gli addii:
le mani che si stringono,
per poi lasciarsi,
a malincuore;
gli sguardi tristi,
i sorrisi amari…
Amici che vanno
per lor diverse strade…
Ombre che si sciolgono
in un tramonto d’autunno!
Ed ancor oggi,
sul cupo soglio di un altro addio,
le mani si stringono,
per poi lasciarsi,
a malincuore…
Gli sguardi sono tristi,
ed i sorrisi amari…
amari quanto sian dolci e cari
i bei ricordi,
che in eterno,
io serberò di te!
E nasce già
nel cuore mio,
con il crepuscolar di quest’autunno,
la fervida speranza
che questo nostro addio
non sia l’estremo…
e che un giorno,
forse non lontano,
ci rivederemo!
Alfred Palma - il 22 settembre, 1993
SOGNI SUL LARIO
Rosso di sera tinge di tramonto
le piume bianche
d’un cigno solitario
che ancor si specchia
nelle limpide acque
del Lario…
Il campanile tacque
una quercia vecchia
riapre il suo diario
sotto le fianche
d’un colle che riprende il suo racconto…
E il Lario
rispecchia ancora
il cigno solitario
che sogna gia’ l’aurora…
Il colle tace
e la vecchia quercia
chiude il suo diario!
Alfred Palma
TO A ROSE
Yesterday,
You were a tender bud, all closed and shining,
Crammed to the brim with red alluring fragrance;
Then you burst forth,
To throw a mellow kiss to Mother Springtime,
So keenly looking on upon your foliage!
To-day,
You’re glowing like a gem, all blood and velvet,
And through the dewdrops clinging to your petals,
You tease the wind,
Wafting away and claiming back your fragrance,
Curling your sensual lips in sweet abandon!
To-morrow,
The sun will choose another bloom beside you,
Robbing away your fragrance and your beauty…
The wind will tease,
And Earth’s promise of yore: “You are eternal!”
Will laugh you off, as once it did my folly!

Subscribe to:
Posts (Atom)