Pages

Wednesday, April 18, 2018

Lejla Poemużikali 'Jum l-Imtarfa 2018'

Sa tittella' lejla ta' qari ta' poeżija u mużika fl-okkażjoni ta' Jum l-Imtarfa 2018 nhar is-Sibt 28 t' April 2018, fis-7.30p.m. 'Dar Kenn għal Saħħtek, l-Imtarfa li hi organizzata mill-Kunsill lokali Mtarfa flimkien mal-Għaqda Poeti Maltin. 

 Dawk li jixtiequ jaqraw poeżija tagħhom fis-serata jew jikkuntattjawni fuq dan l-indirizz email jew fuq ghaqdpoetimaltin@gmail.com sal-25 t'April 2018.


Wednesday, April 11, 2018

KONKORS TA' POEŻIJA GĦAT-TFAL U Ż-ŻGĦŻAGĦ

Bħal kull sena, l-Għaqda Poeti Maltin qiegħda tniedi l-konkors tal-poeżija għall-istudenti. Din is-sena l-konkors se jkun maqsum f’żewġ kategoriji :


Kategorija A
Minn 10 sa 12-il sena (Year 6 – Form 2)


Kategorija B
Minn 13 sa 15-il sena (Form 3 – Form 5)
Il-kummissjoni maħtura mill-kumitat ħejjiet dawn ir-regolamenti għal dan il-konkors.
1. L-istudenti parteċipanti jridu jkunu tal-eta’ hawn fuq msemmija u l-kategorija li ser jikkompetu fiha għandha tkun imniżżla qabel it-titlu tal-poeżija.
2. Il-poeżiji jistgħu jkunu kemm bil-Malti kif ukoll bl-Ingliż u s-suġġett tal-poeżiji huwa liberu.
3. Kull konkorrent jista’ jissottometti mhux aktar minn tlitt poeżiji printjati fuq karta A4 jew A5.
4. Kull konkorrent irid jibgħat tlitt kopji separati ta’ kull poeżija li ser idaħħal għall-konkors, f’dan l-indirizz :
Josef Borg
25, Tabor Triq il-knisja 
Ħal Lija
LJA 1031
5. Data tal-għeluq tkun nhar l-20 t’April 2018
6. Kull konkorrent għandu jniżżel mal-poeżija :
a. Isem u kunjom
b. Indirizz tad-dar
c. Numru tat-telefown jew mobile
d. Eta’ 
e. Skola fejn jattendi
f. Kategorija li ser jipparteċipa fiha
7. Jingħataw tliet premjijiet għal kull kategorija, l-ewwel, it-tieni u t-tielet post. Jistgħu jingħataw premjijiet ukoll lil dawk li jissemmew b’ġieħ mill-ġurija.
8. Kull parteċipant jingħata ċertifikat/diploma tal-parteċipazjoni.
9. Data tal-premmjazzjoni tkun mħabbra aktar ‘il quddiem
10. Kull deċiżjoni tal-ġuriija hi finali u inappellabli.