Flimkien mal-Kunsill Lokali ta' Tas-Sliema, l-Għaqda Poeti Maltin ħadet sehem f'Serata ta' Mużika u Poeżija li l-Kunsill Lokali Sliema organizza f'Pjazza Sant'Anna, Tas-Sliema nhar il-15 t'Ottubru 2016 fil-5.00p.m.
Fis-serata ħadu sehem is-Soċjetà Mużikali tal-Karmnu Balluta li esegwiet numru ta' biċċiet mużikali kemm klassiċi u kemm popolari taħt id-direzzjoni tas-surmast Michael Borg. Preżenta s-serata is-Sur Alex Pace Gouder.
Diversi membri tal-GħPM qraw poeżiji minn tagħhhom fosthom is-Sur Ray Grech u s-Sur Anthony Vidal li huma t-tnejn minn Tas-Sliema. Il-Kunsill ippreżenta ċertifikat lill-Għaqda bħala rikonoxximent u tifkira tal-parteċipazzjoni, kif ukoll ċertifikati lil poeti kollha li ħadu sehem.
Friday, October 28, 2016
Tuesday, October 11, 2016
Aġġornament Kumitat
Il-Ħamis 6 ta' Ottubru 2016 saret l-ewwel Laqgħa tal-Kumitat il-ġdid fejn ġew maħtura il-karigi rimanenti. Il-kumitat komplut.:
Jesmond Sharples: President
Andrew Scibberras: Viċi President
Josef Borg: Segretarju
Charles Mifsud: Assistent Segretarju
Emanuel Attard Cassar: Kaxxier
Wayne Farrugia: Segretarju Internazzjonali
Jonathan Balzan: Ass. Segretarju Internazzjonali
Miriam Ellul: PRO
Josianne Azzopardi: Assistent PRO
Il-Kumitat il-ġdid jirringrazzja lill-membri tal-Kumitat 2015-2016 kollha, filwaqt li jsellem il-memorja ta' Charles Magro li serva fuq il-kumitat u lill-Għaqda għal numru ta' snin twal. Filwaqt li jirringrazzja lil dawk il-membri kollha li attendew għall-Laqgħa Ġenerali Straordinarja u nwegħidkom li flimkien mal-Kumitat il-ġdid (bħalma għamlu Presidenti u membri tal-Kumitati passati) sa naħdmu biex inkattru l-apprezzament u l-għarfien tal-poeżija Maltija u l-poeti Maltin u b'hekk inkomplu nwettqu l-viżjoni tal-fundaturi tal-Għaqda. Grazzi mill-ġdid.

Wednesday, October 5, 2016
Serata ta' Mużika u Poeżija f'Tas-Sliema
Il-Kunsill Lokali ta' Tas-Sliema stieden lill-Għaqda Poeti Maltin biex imsieħba tagħha jieħdu sehem f'Serata ta' Mużika u Poeżija li l-Kunsill Lokali Sliema qed jorganizza f'Pjazza Sant'Anna, Tas-Sliema nhar il-15 t'Ottubru 2016 fil-5.00p.m.
Intom mistiedna taqraw poeżija jew tnejn f'din is-serata. Peress li l-Kunsill irid ihejji l-programm tal-okkażjoni min hu interessat jiġi u jaqra poeżija u mistieden li jibgħatli t-titlu tal-poeżija/i li sa jaqra. Napprezzaw li tagħmlu dan sa nhar il-Ġimgħa 7'Ottubru 2016.

il-Laqgħa Ġenerali Straodinarja
Għeżież membri,
Nhar is-Sibt li għadda saret il-Laqgħa Ġenerali Straodinarja li fiha fost affarijiet oħra saret l-elezzjoni tal-Kumitat il-Ġdid 2016-2018. Fil-laqgħa tal-Kumitat għaddiet emenda fl-Istatut (peress li hu l-ħsieb li l-Għaqda Poeti Maltin tirreġistra bħala NGO biex tkun tista' tibbenefika minn fondi pubbliċi fost raġunijiet oħra) li l-Laqgħa Ġenerali Annwali ssir kull sentejn flok tliet snin. Din l-emenda għaddiet.
Ġie ukoll elett il-Kumitat il-Ġdid għall-2016-2018.
Dawn huma:-
President: Jesmond Sharples
Segretarju: Josef Borg
Kaxxier: Emanuel Attard Cassar.
Membri: Miriam Ellul
Josianne Azzopardi
Andrew Sciberras
Charles Mifsud
Jonathan Balzan
Wayne Farrugia
Il-karigi l-oħra tal-kumitat sa jinħatru fl-ewwel laqgħa tal-Kumitat li għad trid issir dalwaqt.
Nixtieq nieħu din l-okkażjoni biex nirringrazzja lill-membri tal-Kumitat 2015-2016, partikularment lil Doris Chircop, lil Omar Seguna u Alfred Caruana Ruggier. Nixtieq ukoll insellem il-memorja ta' Charles Magro li serva fuq il-kumitat u lill-Għaqda għal numru ta' snin twal.
Nixtieq ukoll ngħid grazzi lil dawk il-membri kollha li attendew għall-Laqgħa Ġenerali Straordinarja u nwegħidkom li flimkien mal-Kumitat il-ġdid (bħalma għamlu Presidenti u membri tal-Kumitati passati) sa naħdmu biex inkattru l-apprezzament u l-għarfien tal-poeżija Maltija u l-poeti Maltin u b'hekk inkomplu nwettqu l-viżjoni tal-fundaturi tal-Għaqda. Grazzi mill-ġdid.
Jesmond Sharples
President

Subscribe to:
Posts (Atom)