SERATA KULTURALI
organizzata mill- GĦAQDA POETI MALTIN
flimkien mal-KUNSILL LOKALI ĦAMRUN
Il-Ġimgħa, 20 ta’ Mejju 2016,
fis-7:00 pm,
fil-pjazza ta’ quddiem il-Kunsill,
Triq id-Duka ta’ Edinburgh.
Din is-Serata Kulturali, li tagħmel parti miċ-Ċelebrazzjonijiet ta’ JUM IL-ĦAMRUN, tkun magħmula minn Mużika u Poeżija. Id-dħul hu b’xejn, u l-okkażjoni hi miftuħa għal kulħadd. Kulmin jikteb il-poeżija hu mistieden iġib miegħu poeżija biex jaqraha (basta ma tkunx itwal minn għoxrin vers).
Is-Serata tiġi fi tmiemha b’riċeviment għal dawk preżenti.
Monday, May 16, 2016
Subscribe to:
Posts (Atom)