Pages

Wednesday, October 7, 2015

JUM IL-POEŻIJA - 2015

JUM IL-POEŻIJA

Jum il-Poeżija f’Malta hu ċċelebrat fil-15 ta’ Ottubru.  Mhux b’kumbinazzjoni li fl-istess ġurnata f’Malta niċċelebraw ukoll Jum Dun Karm, il-Poeta Nazzjonali ta’ pajjiżna.

Ir-raġuni li għaliha Dun Karm Psaila hu magħruf bħala l-Poeta Nazzjonali hi li fix-xogħol tiegħu, permezz tal-poeżija, għanna l-karattru Malti u l-elementi kollha li jikkostitwixxu l-identità ta’ pajjiżna u tal-Maltin.

Sfortunatament illum din l-identità qegħda titkisser bil-mod il-mod, kemm minn ċerti liġijiet li qegħdin jimminaw l-għeruq tagħha, kif ukoll mill-ġibda ta’ ħafna Maltin li nkilbu għal, u tkaxkru minn, sitwazzjonijiet li jeżistu f’pajjiżi barranin, li jwasslu biss għal kaos sħiħ fil-familji, fil-ħajja, fis-soċjetà u fil-pajjiż.

Ħafna Maltin qegħdin jaqtgħu qalbhom; daħlu f’pessimiżmu u f’negattiviżmu sfrenati.  Għandna nies li jqisu t-tradizzjonijiet u l-valuri tradizzjonali bħala xkiel u ostakli fil-ħajja libertina tagħhom.  Bil-mod il-mod dieħla l-moda ta’ ‘nagħmel li rrid u ma jindaħalli ħadd; ta’ dak li rrid, irridu issa u lest li nkisser kull kompetizzjoni biex nakkwistah’.

Dawn is-sitwazzjonijiet ġa jidhru irriversibbli, u l-konsegwenzi tagħhom bdew jinħassu diġà.  Il-problema tal-abbuż mid-droga ma nistgħux insibulha rkaptu; il-problemi fil-familji tagħna jiżdiedu minn jum għal ieħor; u ż-żieda fil-każi ta’ suwiċidji u traġedji oħrajn jirriflettu l-kaos li bdejna ngħixu fih.

Kuntrarju għal dan kollu, fl-Għaqda Poeti Maltin aħna nemmnu li jeżistu għodod, fosthom il-Poeżija, li jgħinuna nevitaw is-sitwazzjonijiet katastrofiċi tal-ħajja, jew nirkupraw minnhom.  Il-Poeżija tirrendina ottimisti li, iva, ir-rota tista’ ddur.

Flimkien ma’ J.R.R. Tolkien aħna nemmnu li:

All that is gold does not glitter,
Not all those who wander are lost;
The old that is strong does not wither,
Deep roots are not reached by the frost.

From the ashes a fire shall be woken,
A light from the shadows shall spring:
Renewed shall be blade that was broken,
The crownless again shall be king.

Il-poeżija mhix dik li tinkiteb mill-poeti biss, jew minn dawk li jirreċtawha waqt xi programm letterarju.  Il-poeżija hi f’qalb kull bniedem; u hawn hi t-tama tagħna, li l-bniedem f’ċerti sitwazzjonijiet jaġixxi aktar fuq dak li tgħidlu qalbu, milli fuq dak li jgħidlu moħħu jew li jiddettawlu ċerti sitwazzjonijiet li huma aljeni għalina u li jwasslu biss għall-qerda.

KONKORS NAZZJONALI TAL-POEŻIJA - Lista ta’ Parteċipanti

Għaqda Poeti Maltin

KONKORS NAZZJONALI TAL-POEŻIJA
‘Mons. Amante Buontempo’ 2015



Lista ta’ Parteċipanti





Poeżiji bl-Ingliż

1.   Ndp ‘Mika’ -           Pervasive Waters       
2.   Ndp ‘Mika’-           Of Calculi and Rare Stones   
3.   Ndp ‘Mika’-           The Undying ‘Other’ Flower   
4.   Ndp ‘Cornovaglia’ -       Insomnia           
5.   Ndp ‘Cornovaglia’ -       Mdina               
6.   Ndp ‘Calliope’ –         Everyday Is A Jigsaw Puzzle   
7.   Ndp ‘Calliope’ –         The Dancing Trees           
8.   Ndp ‘Calliope’ –         Night Time           
9.   Ndp 'Zoom’ -              Facebook Blues       
10. Ndp ‘Evergreen Shoots’ –    We Are The Greens       
11. Ndp ‘Survival’ -         Concrete Jungle       
12. Ndp ‘L-Oskur’ -          Tears Of A Clown       
13. Ndp ‘L-Oskur’ –         My Mother           
14. Ndp ‘L-Oskur’ –         You Are To Me       
15. Ndp ‘Nestle’ –         A Teacher’s Joy       
16. Ndp ‘Hyperbole’ -        The Lost Touch       
17. Ndp ‘Inquisitive’ -        As Winter Turns To Spring   





Poeżiji bil-Malti

1.   Ndp ‘Enero’ -       Eloġju Għall-Eloġju           
2.   Ndp ‘Enero’ -       Waħdi M’Għajnejk           
3.   Ndp ‘Tewba’ -       Il-Ħajja Ġugarell           
4.   Ndp ‘Tewba’ -       Baħar Ta’ Dmugħ           
5.   Ndp ‘Tewba’ -       Fl-Iżbarra Għall-Kriminal       
6.   Ndp ‘Esmeralda’ -       Int Kollox Għalija           
7.   Ndp ‘Il-Kanarin’ -       Għana Ta’ Kanarin           
8.   Ndp ‘Cornovaglia’ -   Il-Berwieq Ta’ Fuq ix-Xagħri   
9.   Ndp ‘Prometheus’ -    Ma Tafx?               
10. Ndp ‘Prometheus’ -     Inkomplu Fejn Ħallejna       
11. Ndp ‘Prometheus’ -     Diffiċli               
12. Ndp ‘Cinaed’ -         Waħdek               
13. Ndp ‘Cinaed’ -        Taħt Sema Mkewkba       
14. Ndp ‘Rover’ -          Lil Marti               
15. Ndp ‘Leqqien’ -        ll-Ġolf, it-Tewmija u l-Passatur   
16. Ndp ‘Aurora’ -        Għadu Kiefer           
17. Ndp ‘Jien’ -        Santwarju tat-Tafal           
18. Ndp ‘Artist’ -        Qisu Ħożoż               
19. Ndp ‘Ħarifa’ -       Għażla               
20. Ndp ‘Vjola’ -        Titbandal               
21. Ndp ‘Novembru’ -       Bla Kliem               
22. Ndp ‘Fire’ -        ‘ll Fuq               
23. Ndp ‘Pegasus’ -       Il-Mara bil-Kuruna           
24. Ndp ‘Snowhite’ -       Monalisa                   
25. Ndp ‘Orion’ -        Imrieżaq               
26. Ndp ‘Patrijott’ -        Il-Bandiera Maltija           
27. Ndp ‘Ilma Ġieri’ -     Nixxiegħa               
28. Ndp ‘Rebbiegħa’ -      Lill-Għażiża Marti Lejlet Għeluq Sninha       
29. Ndp ‘Ħarifa’ -       Lil Marti               
30. Ndp ‘Il-will’ -        Tifkiriet                
31. Ndp ‘Il-will’ -        Għal Għonq it-Triq           
32. Ndp ‘Il-will’ -       Dgħajsa               
33. Ndp ‘Folja’ -        Għażla Meqjusa           
34. Ndp ‘Artemis’ -       Linji Sofor               
35. Ndp ‘Artemis’ -       Jazmin               
36. Ndp ‘Kollass’ -        ‘L Hinn Mill-Qabar Sieket       
37. Ndp ‘Rima’ -        Sliem               
38. Ndp ‘Muża’ -       Is-Siġra               
39. Ndp ‘Versi’ -       Ħajr                   
40. Ndp ‘Polz’ -        Swat               
41. Ndp ‘Polz’ -       Solitarja               
42. Ndp ‘Polz’ -       Qabar Mediterranju           






Poeżiji bit-Taljan

1.   Ndp ‘Enero’ -        Lamento       
2.   Ndp ‘Ħamiema’ -        Riflessi       
3.   Ndp ‘Aurora’ -         ll Bimbo Mai Nato   
4.   Ndp ‘Aurora’ -        Con.fus. ione       
5.   Ndp ‘Fire’ -         Adagio           
6.   Ndp ‘Vita Iterum’ -     Inter Spemet Metum  
7.   Ndp ‘Fidus’ -        Dux Grecis           
8.   Ndp ‘sospiro’ -        Cercando       
9.   Ndp ‘Artemis’ -        Sboccia       

SERATA ta’ Poeżija u Mużika, Mellieħa.

Il-Kunsill Lokali Mellieħa u l-Għaqda Poeti Maltin jistiednu lill-Membri, lill-familji u lill-pubbliku għal


SERATA ta’ Poeżija u Mużika 

bil-parteċipazzjoni
tal-GRUPP SIMAR



Data:    il-Ġimgħa, 9 ta’ Ottubru 2015

Ħin:    fis-7:00 ta’ filgħaxija

Post:    Id-dar tal-Għaqda Korali u Orkestrali ‘Maria Bambina’.
Triq il-Kappillan Magri, Mellieħa.



Is-Serata tiġi fi tmiemha b’bibita.

Ġibu l-poeżiji magħkom.  Kulmin ikollu poeżija se jingħata ċ-ċans jaqraha.